Apr 4, 2009

Umilta'

"Ippermettuli nfisser ruħi hawn quddiemkom f’kelma waħda – umiltà. Umiltà sħiħa hi dik li nħoss f’dan il-jum. " Hekk beda d-diskors tieghu Dr.George Abela meta dalghodu ghamel l-indirizz tieghu hekk kif ha l-gurament tal-hatra. B'dawn il-kliem nahseb li l-President il-gdid naqqax il-Presidenza bil-personalita' tieghu.

Laqatni ukoll meta qal "Nazzjon żgħir, demokratiku u repubblikan, kif bnewh il-mexxejja tiegħu bħala pajjiż indipendenti u ħieles, fiduċjuż fih innifsu li jkun strument ta’ paċi u li jimxi b’rasu merfugħa fl-Unjoni Ewropea, illum f’għeluq il-ħames sena ta’ sħubija, u li jmexxi ’l quddiem politika rilevanti fl-Ewropa, fir-Reġjun tal-Mediterran u fil-bqija tad-dinja." Ma ddejjaqx ifakkar fl-ghazla storika ta' pajjizna hames snin ilu. Dakinhar huwa wera kuragg ghax ha posizzjoni li kienet kontra l-kurrent tal-kamp tieghu.

L-ghazla tal-President il-gdid turi ghal darb'ohra l-ghaqal tal-Prim Ministru Gonzi meta sostna li wasal il-mument li pajjizna jaghmel pass iehor, dak li ghall-ewwel darba jigi nominat politiku li ma jappartenix lill-partit fil-Gvern. Dalghodu kelli l-opportunita' li niltaqa ma' Fr.Hilary Tagliaferro li rega' rrepeta mieghi dak li qal il-bierah fuq it-televizzjoni. Haseb li qatt mhu se jasal mument bhal dan fejn jigi nominat xi hadd mill-kamp politiku oppost, imma Gonzi ssorprendih b'mod posittiv u wera ghaqal.

George Abela jgawdi rispett ghax huwa persuna umana hafna, moderat u razzjonali. Kellu karriera mzewqa b'impenn fil-professjoni legali, t-trejdjunjonizmu, il-politika u anke l-isport. M'ghandix dubju li se jkompli jseddaq il-Presidenza kif ghamlu dawk ta' qablu. Temm id-diskors tieghu hekk "bil-valuri mnissla fija minn missieri u ommi jiggwidawni, nittama li jirnexxili nagħmel dan f’servizz sfiq li nixtieq nagħti lil artna u lill-poplu tagħna fis-snin li ġejjin. Hekk Alla jgħinni." Dikjarazzjoni ta' umilta'. Auguri George !

No comments: