Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol fuq Pjazza Sant’Anna, f’Tas-Sliema biex fil-ġimgħat li ġejjin din tkun tlestiet u wara snin sħaħ tingħata lura lin-nies biex igawduha mill-ġdid bħala spazju miftuħ.
Fi żjara oħra li għamilt fis-sit mas-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi, ħabbart kif immodifikajna l-pjanijiet biex issa fi Pjazza Sant’Anna se ssir funtana oħra bi 11-il jet tal-ilma u mhux aktar kiosk kif kien maħsub oriġinarjament. Dan qed isir fil-kuntest ta’ ħolqien ta’ spazju miftuħ u li jservi ta’ post ta’ rilassament għal kulħadd. L-idea hi li l-kiosk jkun inkorporata fil-pjanijiet li qed jitħejjew bħalissa għat-tisbiħ tax-Xatt ta’ Tas-Sliema.
Dan it-tisbiħ ta’ Pjazza Sant’Anna wara li ġiet żgumbrata huwa xhieda tar-rieda u l-impenn tal-Gvern li jagħti lura lill-poplu pjazza sabiħa li sservi ta’ pulmun f’żona kummercjali tant popolari bħalma hi Tas-Sliema. Irrid intenni r-ringrazzjament u l-apprezzament tiegħi lis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi għas-sehem tiegħu fil-proċess legali biex tintemm l-okkupazzjoni tal-pjazza mill-istrutturi li kien hemm sa ftit tal-ġimgħat ilu.
Irrid nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet li qed iwettqu x-xogħol skont il-programm ta’ ħidma stabbilit biex f'Gunju nifthu l-pjazza. Ma' dan ix-xoghol jkun lest ukoll x-xoghol li qed isir fil-fetha ta' quddiem dak li kien il-Joinwell. Hemm ukoll se tigi nstallata funtana ohra. B'hekk inkunu tajna hajja gdida lil dawn l-ispazji.
1 comment:
Thank you. The Magic kiosk should never have been allowed and should have been removed long ago, but at least now we will be able to enjoy again the much needed square pace.
Post a Comment