Ma’ din it-Taqsima hemm mas-60 haddiemli huma responsabbli mit-tindif ġenerali tal-bajjiet tagħna kemm dak bl-idejn kif ukoll dawk bil-makkinarju li jinkludi fost oħrajn tindif ta’ ammonti kbar ta’ alka li tkun akkumulat matul ix-xitwa. Matul l-ahhar gimghat ingabru madwar 6000 tunnellata ta’ alka mill-bajjiet.
Fost l-ewwel xogħol li sar kien hemm it-tibdil u l-installazzjoni ta' slielem godda tal-baħar. Il-slielem il-ġodda li bdew jitwaħħlu ġew modifikati biex ikunu iktar forma ta’ taraġ u mhux sellum wieqaf, kif ukoll bil-pedati tal-injam sabiex in-nies ma jweġġgħux u ma jiżolqux. Dawn huma ferm aktar komdi u żgur jiffaċilitaw it-tlugħ u l-inżul għal kulħadd b’mod partikolari għal min hu anzjan.
Fil-gimghat li gejjin se jinbidlu ukoll il-bins nofs tank li ghandna fil-bajjiet tar-ramel. Se jiehdu posthom mal-200 sett ta’ wheelie bins fejn wieħed ikun ukoll jista’ jarmi l-iskart anki b’mod separat. Il-bieraħ kelli l-opportunita’ nżur il-bajja tal-Exiles, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Mario De Marco, li hija waħda mis-siti fejn tbiddlu s-slielem. Irrid nispeċifika li wħud jaħsbu li dan hu xogħol għat-turist. Veru li minnu jgawdi t-turist li jżurna, pero qabel xejn it-titjib u t-tisbiħ fil-bajjiet qed isir għalina li nqattgħu tant ħin fihom fix-xhur sħan tas-sajf.
No comments:
Post a Comment