Dalgħodu żort l-iskola primarja ta’ Santa Monika fil-Gżira, fejn kien qed isir ghall-ewwel darba tqassim ta’ kontenitur mimli laring frisk minghajr additives bhala parti mill-iskema ta' promozzjoni tal-frott u ħaxix fl-iskejjel. Din l-iskema, li hija supported b'ghajnuna ta' 75% mill-UE, se taghmilha possibli li ghallanqas l-istudenti ta' bejn 3 u 10 snin fl-iskejjel kollha jinghataw frott jew haxix darba fil-ġimgħa skond menu li jigi stabbilit kull xahar. L-ispiza din is-sena se tkun ta' madwar €300,000.
L-għan prinċipali ta’ din l-iskema hu li ndaħħlu fit-tfal tagħna d-drawwa li jibdew jagħżlu bħala is-snack tagħhom frott flok ikel ieħor. Il-qies tal-porzjon li jiehdu t-tfal inhadem skond rakkomandazzjonijiet tal-World Health Organization. Tfal bejn 3 u 5 snin se jinghataw porzjon ta' 50 gramma filwaqt li tfal ta' bejn 6 u 10 snin se jinghataw porzjon ta' 75 gramma bejn wiehed u iehor. It-tfal mhux biss se jingħataw il-prodotti izda se jircievu nformazzjoni dwar in-nutrienti tal-prodott. Din l-iskema se tghin lit-tfal japprezzaw dejjem aktar ix-xogħol tal-bdiewa tagħna u l-ħidma u s-sagrifiċċju li huma jagħmlu sabiex jipproduċi prodott frisk u bnin.
Tajjeb li wiehed isemmi li pajjizi oħra bħal Belgju u l-Irlanda bdew iħaddmu din l-iskema għal numru ta’ ġimgħat biss fis-sena bil-kumplament tal-ġranet jkunu l-ġenituri tat-tfal infushom li jridu jaħsbu biex jagħtu lit-tfal tagħhom frott u ħaxix magħhom l-iskola. Ċipru qed tħaddem l-iskema biss għal 6,000 student u hemm pajjiżi oħra li ddecidew li ma jintroducux l-iskema minkejja l-ghajnuna tal-UE.
Bhas-soltu hadt gost niltaqa mat-tfal, li maghhom verament niehu nitkellem ghax l-entuzjazmu u s-sincerita' taghhom bhal jaghtuni raguni ghalfejn nibqa naghti sehmi fil-hidma pubblika. Kieku l-kbar jitghallmu jkunu posittivi u ghatxana ghal gdid bhat-tfal ikollna socjeta' ferm aktar dinamika.
No comments:
Post a Comment