Illum kelli l-okkażjoni nkun preżenti għall-inawgurazzjoni ta’ mpjant ġdid ta’ Farm Fresh Ltd f’Għawdex mill-Prim Ministru. Farm Fresh Ltd hija kumpanija li tifforma parti mill-grupp ta’ Magro Brothers, li hija kumpanija ewlenija fil-qasam agro-alimentari f’pajjiżna. Fil-fatt, fl-impjant il-ġdid, il-kumpanija Farm Fresh ser tkun qed tipproduċi prodotti bħalma huma l-irkotta u ġobniet, kif ukoll prodotti oħra magħmulin mill-ħalib u derivati minn dawn il-prodotti.
Din ta’ llum hija okkażjoni ta’ sodisfazzjon kbir u li għandha tkompli timla b’kuraġġ lill-poplu kollu. Sodisfazzjon għax kumpanija lokali qed tkompli tkabbar u tiddiversifika l-operat tagħha. Dan hu l-mutur ekonomiku li joħloq il-ġid u l-postijiet tax-xogħol. Sodisafazzjon ukoll għax din hi kumpanija li se topera minn Għawdex u li allura se tkompli tgħin lill-gżira Għawdxija biex tkompli għaddejja ‘l quddiem, minkejja diffikultajiet li għandha bħalma hi l-insularita’ doppja tagħha.
Sodisfazzjon ukoll għax, minkejja s-soliti ġeremiji, mhux talli din l-industrija agro-alimentari lokali ma tkissritx bis-sħubija taghna fl-Unjoni Ewropea, talli dan l-impjant sar propju b’fondi Ewropej ! Din hi d-differenza bejn min jemmen u min ma għandu ebda fiduċja f’pajjiżna u fil-poplu tagħna. Illum il-Prim Ministru inawgura impjant li hu frott tal-għaqal tal-imprenditur Malti u l-għajnuna ta’ fondi Ewropej – żewġ aspetti illi kieku smajna mill-Oppożizzjoni żgur li ma kienetx iseħħ l-inawgurazzjoni ta’ llum.
No comments:
Post a Comment