Sep 2, 2010

Character assassination

L-assassinju tal-karattru mill-Oppożizzjoni Laburista reġa ħareġ fid-deher fl-aħħar jiem b’kampanja ta’ insinwazzjonijiet kontra s-Sur David Spiteri Gingell. Ħareġ ukoll l-element tant għal qalb l-esponenti tal-Oppożizzjoni, dak li bejn il-kliem u l-fatti hemm il-baħar jikkumbatti.

Fil-pubbliku l-Oppożizzjoni fil-passat dejjem tkellmet b’rispett dwar Spiteri Gingell. Fost kitbiet oħra, f’artiklu fil-Malta Independent tas-16 ta’ Settembru 2008, Leo Brincat kien iddeskriva lil Spiteri Gingell bħala bniedem kompetenti meta qal "A committee headed by a highly competent person like David Spiteri Gingell." Iżda malajr waqgħet il-maskra u fl-isforz biex ikomplu jħawdu l-qiegħa u jitfgħu t-tajn dwar il-kuntratt għall-estensjoni tal-power station, l-Oppożizzjoni, bdiet assassinju tal-karattru ta’ Spiteri Gingell. Leo Brincat qal li Spiteri Gingell "ghamel U-turn" fuq l-istrategija dwar l-emissjonijiet u li "dan jaghti lok ghal hafna thassib". Ipprova jinsinwa li Spiteri Gingell kellu xi interessi jaghmel din "il-bidla". Issa kif urejna bil-fatti fi stqarrija ma kien hemm l-ebda "U-turn" la minn Spiteri Gingell u lanqas mill-kumitat.

Leo Brincat jiskandalizza ruhu li Spiteri Gingell qed jaghmel "xoghol ta’ konsulenza ghal kuntrattur Nazzareno Vassallo". Issa kif spjega Spiteri Gingell ix-xogħol ittiehed mill-kumpanija (li hu jifforma parti minoritarja fiha) wara li din rebhet assignment wara li kkompetiet ma' kumpaniji ohra. Barra hekk ix-xoghol ittiehed wara li Spiteri Gingell kien irriżenja minn kull kariga li kellu mal-Gvern. Ix-xogħol involut huwa wieħed li jlaħħaq l-€4,000 u bl-ebda mod m’għandu x’jaqsam max-xogħol li Spiteri Gingell wettaq meta kien jokkupa kariga mal-Gvern.

Din hija s-serjeta’ ta’ Oppożizzjoni li lesta tgħaddi minn fuq kulħadd biex tilħaq l-għan tagħha. L-ghan taghha hu li tbezza lil dawk li lesti jaghtu servizz lil Gvern, biex dawn jibdew jibqghu lura milli jaccettaw li jassocjaw ruhhom ma' xoghol ghall-Gvern. Minn naha l-ohra mbaghad l-istess Opposizzjoni tghid li tqabbad konsulenti biex jghinuha tifformula posizzjonijiet, izda qatt ma tghid minn huma. Meta nikritikawha fuq dan jghidulna, inkluz Leo Brincat, "inkella tippersegwitawhom". Il-veru kaz li l-ispiżjar milli jkollu jaghtik!

No comments: