Filwaqt li ahna qeghdin niccelebraw dawn il-granet tal-Milied fil-kumdita' ta' djarna u l-knejjes taghna, naghmlu tajjeb li niftakru f'dawk l-insara madwar id-dinja li ma jistghux jiccelebraw din il-festa tant importanti ghax huma persegwitati bil-kbir. Fost dawn insibu lill-insara fl-Iraq li bhalissa ghaddejjin minn perjodu verament ikrah ta' persekuzzjoni mill-Musulmani. Bosta membri ta' din il-komunita' antika hafna fl-Iraq, sahansitra qed ikollhom ihallu pajjizhom ghax qed jisfaw attakkati fi djarhom jew anke fil-knejjes taghhom.
Nofs il-populazzjoni nisranija fl-Iraq, li sal-invazzjoni tal-2003 kienet tlahhaq kwazi mal-miljun u nofs diga halliet l-Iraq. Il-grupp Al Qaeda wissa li jrid jeqred lill-Insara "kull fejn jinsabu". Ix-xahar li ghadda kien hemm diversi attakki fil-belt kapitali Baghdad u l-belt ta' Mosul. L-armata tghid li "ftit tista taghmel" biex tiprotegi lil din il-komunita'. Effettivament hafna nsara jibzghu li l-armata stess hija komplici, u jekk mhux komplici zgur li mhux lesta tispicca fin-nofs ! Dan minkejja li l-kostituzzjoni Iraqqina titkellem fuq liberta' tal-espressjoni anke ghall-minoranzi etnici jew religjuzi.
Uhud mill-familji harbu lejn it-Turkija, is-Sirja jew il-Kurdistan. Ohrajn spiccaw jissakru fil-monasteri nsara. Familji shah spiccaw ippakjati fi spazji zghar fil-monasteri. Il-monasteru ta' San Mattew, wiehed mill-eqdem monasteri fid-dinja, spicca ppakjat bir-refugjati, fejn wiehed jista jsib sahansitra familja ta' 15-il persuna tghix f''kamra wahda ! Minkejja li fl-2008 il-Milied kien gie dikjarat bhala festa nazzjonali, hafna nsara jispiccaw jiccelebraw il-Milied b'mod klandestin. Is-sena li ghaddiet fil-belt ta' Kirkuk lanqas il-quddiesa ta' lejliet il-Milied ma setghet tigi ccelebrata ghax l-Insara kienu attakkati anke fil-knejjes taghhom.
Ghalhekk meta nkunu migbura ghall-ikla tal-milied din is-sena ejja nghidu talba wkoll ghal dawn l-insara, li bhalna jixtiequ jiccelebraw il-migja tal-Mulej fil-kwiet ta' djarhom izda ma jistghux.
No comments:
Post a Comment