F’dawn il-jiem ta’ kalma relattiva, il-kwistjoni tad-distribuzzjoni taċ-ċilindri tal-gass kienet fiċ-ċentru tal-attenzjoni tagħna. M’inix beħsiebi nuża dan l-ispazju biex nidħol fil-mertu tal-kwistjoni anke għax il-Gvern diġa ddikjara li se jkun qed ikompli bid-diskussjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin. Pero rrid nieħu spunt biex nitkellem fuq kif l-użu tal-gass jista’ jkompli jitwessa’ u jitjieb fis-snin li ġejjin.
L-użu tal-gass f’pajjiżna s’issa kien wieħed limitat. Fl-opinjoni tiegħi s-suq liberalizzat tal-gass għandu jwassal għall-iżvilupp ta’ swieq ġodda ta’ fejn jintuża l-gass, li f’ħafna każijiet joffri alternattiva li tirrispetta aktar l-ambjent. Biżżejjed insemmi oqsma bħalma hu l-autogas, l-installazzjoni ta’ gas storage kemm f’residenzi kif ukoll f’azjendi kummerċjali kif ukoll l-użu tal-gass biex jitħaddem apparat domestiku bħalma huma l-airconditioners. Dan kollu nistghu anke naghmluh bl-introduzzjoni ta’ gas networks fit-toroq taghna.
Sfortunatament ghad hemm biza xi kultant ghall-uzu tal-gass mill-konsumaturi. Fil-verita’ illum hafna mill-appliances ghandhom safety features hafna aktar minn adegwati. Ghad hemm biza ukoll ghall-hazna tal-gass f’reservoirs jew anke id-distribuzzjoni ta’ gass permezz ta’ pajpijiet. Fil-fatt hemm ferm anqas periklu f’hazna ta’ gass bhal din aktar milli l-hazna ta’ gass f’numru ta’ cilindri mqeghda hdejn xulxin.
Nittama li s-sena l-ġdida ġġib magħha l-iżvilupp ta’ dan is-suq tant importanti kemm gaħll-konsumaturi, għall-ambjent tagħna u għal pajjiżna. Biex naslu hemm, hemm bzonn ukoll li l-awtoritajiet jaghmlu l-ahjar taghhom biex jiffacilitaw dan l-izvilupp.
No comments:
Post a Comment