Il-proġett għat-taffija tal-għargħar hu maħsub biex itaffi l-problemi tal-għargħar, bl-effetti negattivi kollha li dawn iġibu magħhom, fuq ir-residenti u kull min juża ż-żoni ta’ disa’ lokalitiajiet li huma Birkirkara, l-Imsida, Ħal Balzan, il-Gżira, Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Ħal-Qormi u l-Marsa. Hu kkalkulat li bejn residenti u persuni li jużaw dawn l-inħawi, dan il-proġett li jaqdi mal-200,000 persuna.
Għal dan il-proġett li se jiswa ‘l fuq minn €56 miljun, se niksbu 85% tan-nefqa minn fondi Ewropej. L-akbar xogħol se jkun dak bejn Naxxar u Ta’ Xbiex li waħdu se jiswa ‘l fuq minn €33 miljun. Hemmhekk se ssir mina twila mal-11 il-kilometru li tieħu l-ilma li llum jegħrreq Hal-Lija, Balzan, B’Kara u l-Msida. Ma’ dan it-tunnel se jiġi miżjud tunnel ieħor li jieħu l-ilma jkun ġej minn naħa tal-Kappara - San Gwann, li llum jeghrreq il-Gzira kull meta tagħmel maltempata. L-ilma kollu li jinġabar minn din il-mina se jibda jisbokka ġo Ta’ Xbiex.
Permezz ta’ dan il-proġett għat-taffija tal-għargħar, se jkun ittripplat l-ammont ta’ xita li jinħażen peress li minn ġol-mini se jiġi ppumpjat ilma ġol-ġibjuni ezistenti jew oħrajn li se jinbnew. Fil-fatt il-proġett għandu l-potenzjal li jiġbor u jirreċikla mas-700,000 metru kubu ta’ ilma tax-xita.
No comments:
Post a Comment