Konna tajna attenzjoni speċjali biex
ikun massimizzat l-ispazju rikreazzjonali għall-familji, fl-istess ħin li jiġi
kkreat il-volum mibni għall-faċilitajiet komunitarji. Dan kien se jsir possibbli bl-isfruttament
ta’ livell differenzjat (split levels). B’hekk is-saqaf tac-Centru
Civiku kien se jifforma parti mill-ispazju rikreattiv għall-familji. Progett b’disinn simili għac-Centru Civiku
tas-Swieqi, liema proġett fl-aħħar il-Gvern preżenti għaddih lill-Kunsill
Lokali wara li dam 5 xhur ikaxkar saqajh, wara li konna lestejnih !
Biex nagħmlu
l-proġett fil-qalba ta’ San Ġwann konna ħsiebna biex nirrillokaw l-pitch
tal-bocci u fil-fatt sa qabel l-elezzjoni konna bnejna facilita’ oħra f’post
alternattiv f’San Ġwann stess. Kollox kien lest biex jinbeda x-xogħol ġaladarba
l-club tal-bocci jkun rilokat fil-post il-ġdid.
Il-permess tal-MEPA kien ilu li ngħata. Imma jidher li l-Gvern
tal-Labour ma felaħx ikompli fuq il-progett għall-komunita’ li konna ħeħħejna. Hemm min qal li dan il-Gvern għazel li jwarrab il-proġett biex jifranka
l-flus, għax issa l-ispiża amministrattiva tal-akbar Kabinett li qatt ra
pajjiżna qed tibda tagħfas.
Oħrajn qalu li din id-decizzjoni
ttieħdet biex jkunu agevolati tal-klabb tal-bocci, li bosta minnhom huma vicin ħafna taż-żewg Ministri li tellgħu minn fuq id-Disa
Distrett, Leo Brincat u Manuel Mallia. Jidher car li ghal dawn iż-żewġ Ministri l-interessi tal-ftit jirbħu fuq
l-interessi tal-komunita’. Ohrajn bħali, jaħsbu li kienu ż-żewġ raġunijiet f’daqqa
li waslu lill-Gvern tal-Labour icaħħad lill-komunita’ ta’ San Ġwann minn dan
il-progett ta’ fejda għaliha. Kienet x’kienet ir-raġuni, il-fatt jibqa wieħed:
il-komunita’ ta’ San Ġwann tpoġġiet fuq l-ixkaffa. L-aqwa li Malta Taghna Lkoll fuq il-karta !
No comments:
Post a Comment