Il-kaz tal-gimgha l-ohra tat-tfajla Ingliza ta’ 14-il sena, Hannah Smith,
li kkommettiet suwicidju wara li giet cyber-bullied
fuq is-sit elettroniku Ask.fm, verament geghlni nhewden kemm bhala genitur kif
ukoll bhala politiku. Il-komunikazzjoni
ta’ tfal u zghazagh fuq dawn it-tip ta’ sites
saret xi haga ta’ kuljum. Tista
tissieheb bhala membru fuq din is-site sa mill-eta’ ta’ 13-il sena billi taghti
indirizz elettroniku, isem u kunjom. Dan is-sit, li sar popolari hafna
mat-teenagers, jhalli mbaghad lill-users ipoggu
kummenti jew mistoqsijiet b’mod anonimu lill-users ohra. Sfortunatament fuq dan is-sit ma hemmx il-possibilita’ li
timblokka certi users imma tista biss
tirraporta. Sfortunatament matul l-ahhar xhur kien hemm diversi kazijiet simili
ohra.
Hannah kienet qed tircievi
kummenti jikritikaw id-dehra taghha u jhajruha tikkommetti suwicidju. Ghalkemm
lill-habiba taghha kienet tghidilha li mhux taghti kaz ta’ kummenti bhal dawn,
fil-verita’ sfortunatament spiccat temmet hajjitha. Jum qabel ma temmet hajjitha, Hannah Smith
kitbet "You
think you want to die, but in reality you just want to be saved."
Appell li safa njorat. Storja verament tragiku, anke ghax matul l-ahhar sena
kien hemm kaz simili iehor.
Missier Hannah appella
lill-awtoritajiet biex jaghmlu ferm aktar biex siti elettronici bhal dawn ikunu
regolati. It-teknologiji ta’
komunikazzjonijiet avvanzaw imma l-ligijiet baqghu antikwati. Ghalkemm
personalment naqbel li l-awtoritajiet hemm bzonn jaghmlu aktar biex jiprotegu
lill-membri tal-komunita’ l-aktar dghajfa mill-abbuz fuq l-internet, izda minn
naha l-ohra rridu nammettu li mhux facli taghmel kontroll fuq l-internet. Nahseb
li ghallanqas siti bhal dawn ghandhom ikollhom l-obbligu li jirrekordjaw l-IP address tal-persuni anonimi li jkunu
qed jikkummentaw b’mod abbuziv halli wiehed ikun jista jiehu passi kontra dawk
li jabbuzaw, li jissejhu trolls.
Illum aktar minn qatt qabel
hemm bzonn li t-tfal u z-zghazagh ikunu aktar mharrga fl-iskejjel specjalment
fil-personal skills kif jafrontaw
siti bhal dawn. Nemmen ukoll li hemm
ukoll responsabilita’ akbar fuq il-genituri biex josservaw x’ikunu qed jaraw
uliedhom, ghalkemm fil-verita’, u nitkellem bhala genitur, mhux daqstant facli
li tissolvelja lill-uliedek fil-kamra taghhom.
Zgur li storja bhal din ghanda tibghatilna messagg biex inqumu
min-naghsa kollettiva taghna u nikkomunikaw ferm aktar u ahjar anke ma’ uliedna
biex nipruvaw nifhmuhom aktar u niproteguhom aktar.
No comments:
Post a Comment