Showing posts with label Gnien Qui-si-Sana. Show all posts
Showing posts with label Gnien Qui-si-Sana. Show all posts

Dec 2, 2010

Gnien iehor ta' kwalita'

Ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-ġnien il-gdid gewwa Qui-si-Sana f’Tas-Sliema huma fi stadju avvanzat u fil-fatt qed nipjanaw li nifthuh dan ix-xahar. Kien hemm bżonn li f’din iż-żona urbana ta’ Tas-Sliema nerġgħu nagħtu lura lil-poplu spazju rikreattiv ta’ kwalita'. Il-gnien li kien hemm qabel definittivament ma kienx wiehed li jixraq lil dik iz-zona, li rat fiha tant investiment mill-privat fl-ahhar 20 sena. F’sentejn se nkunu tajna lil komunita’ Slimiza u lil kull min iżur din iz-zona Pjazza Sant’Anna, kif ukoll promenade u Ġnien gdid fi Qui-si-Sana.

Dan il-ġnien qed jinbena f’forma ta’ benniena biex jilqa’ għal-irjiħat li jaħkmu minn fuq in-naħa tal-baħar. Fil-granet li gejjin il-ġnien se jibda jinkesa bit-turf. Sabiex inkunu nistghu inmantnu dan it-turf anke fix-xhur shan tas-sajf, inbnew 3 gibjuni kbar taħt il-ġnien li għandhom kapaċita’ li jilqgħu fihom mal-1,000 metru kubu kull wieħed. Il-gnien se jkun mghammar bi play equipment ghat-tfal ta’ etajiet differenti kif ukoll b’outside gym equipment u 3 funtani.

Tajjeb pero li wieħed japrezza ix-xogħol kollu li sar li hafna drabi ma jkunx evidenti ghal ghajn, allavolja jkun ikkonsma hafna hin. Il-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet fi hdan il-Ministeru għamlu pedamenti tal-konkos rinforzat taħt il-promenade b’tul ta’ madwar 1 kilometru, skavar ta’ trinek għal diversi servizzi, bini tal-gibjuni, inkluż tqegħid ta’ numru kbir ta’ pajpijiet fuq tul ta’ madwar 4.8 kilometru.

Il-gnien originali kien fuq area ta’ madwar 5,000 metru kwadru, filwaqt li l-gnien il-gdid hu mifrux fuq area ta’ madwar 8,000 metru kwadru. Il-proġett tal-ġnien flimkien max-xogħol fuq il-promenade ta’ Qui-si-Sana sar b’investiment ta’ €2 miljun. Dan l-investiment mhux biss se jitgawda mis-Slimizi u dawk il-maltin li jzuru din iz-zona imma se jkompli jgholli l-prodott ta’ pajjizna f’din iz-zona turistika.

Mar 26, 2010

Lejn gnien gdid fi Qui-si-Sana

Fil-granet li gejjin se nibdew ix-xoghol fuq Gnien gdid u akbar gewwa Qui-si-Sana f’Tas-Sliema. Il-gnien ta’ llum mhu xejn hlief passaggi tal-konkos, bankijiet u konok bi ftit sigar. Dan is-sit huwa kemmxejn espost ghar-rih u ghar-raxx tal-bahar. Allura l-ewwel hsieb mar biex nipruvaw inkennuh xi ftit. Ghamilna dan billi ghamilnih forma ta’ benniena halli nkennu lin-nies li rridu li juzaw dan il-gnien.

Gie ddisinjat bhala gnien ta’ attivita’ ghal generazzjonijiet differenti. Mit-toddlers, ghaz-zghazagh, ghall-adulti. Kulhadd se jkollu l-area ta’ attivita’ tieghu bi play equipment jew exercise equipment. Ghall-ewwel darba se ninstallaw gym equipment fil-miftuh. Din hija area popolari fejn hafna nies imorru jimxu matul il-promenade u allura hsiebna li jaghmel sens li ninstallaw dan it-tip ta’ equipment halli dak li jkun jekk irid ikun jista jieqaf fuq il-post halli jaghmel ftit esercizzji.

Peress li se nestendu l-area tal-gnien fuq carpark li hemm, hsiebna li naghmlu carpark bi tlett livelli fejn illum diga jezisti carpark iehor halli ma nnaqsux l-ammont ta’ parkegg li hemm diga prezenti llum. Se niehdu hsieb ukoll naraw li jkun installat passagg taht it-triq halli jkun hemm safe pedestrian footpath bejn dan il-gnien u gnien iehor li jrid jigi zviluppat fuq in-naha tal-Fortizza Cambridge, liema art sa llum ma kenitx accessibli ghall-pubbliku. Id-disinn, li gie spjegat lir-residenti f’laqgha ta’ informazzjoni din il-gimgha, intlaqa tajjeb hafna.

Is-success tal-Adventure Park f’Ta’ Qali, li qed jispicca ffullat bin-nies, wera kemm ghandna bzonn ninvestu aktar fi spazji rikreattivi bhal dawn. Hu ghalhekk li apparti dan il-gnien qed nahdmu fuq id-disinn ta’ zewg parks ohra fuq in-naha t'isfel ta' Malta. Park Nazzjonali gdid gewwa Delimara, mill-Fortizza ‘l gewwa, u park iehor kbir bejn l-impjant ta’ Sant’Antnin u r-Razzett tal-Hbiberija gewwa Wied il-Ghajn. Zewg parks kbar ohra b’karattri differenti. Ma rridux li dawn il-parks jispiccaw fotokopja ta’ mudell wiehed.