Showing posts with label Mellieha. Show all posts
Showing posts with label Mellieha. Show all posts

Jan 20, 2012

Park fil-Mellieha - progett iehor ghall-familja

Proġett ieħor li żort f’dawn il-ġranet kien dak tal-Park tal-Familja fil-Mellieħa. Ikolli nistqarr li kont verament impressjonat bix-xogħol li jinsab fi stadju avvanzat. Dan il-park, apparti li se jservi l-iskop ta’ post għar-rikreazzjoni tal-familji f’żona li toffri wkoll veduti sbieħ, se jkun fih hemm numru ta’ faċilitajiet sportivi, bħal track għall-atleti u multi purpose court li fuqu jistgħu jiġu pprattikati numru ta’ dixxiplini sportivi bħal basketball, volleyball u tennis. Dan il-park se joffri wkoll cycling track.

Fiż-żjara li għamilt mas-Sindku tal-Mellieħa Robert Cutajar, laqatni l-fatt kif il-proġett ġie ntegrat mal-ambjent tal-post, tant li s-siġar tal-ħarrub li kien hemm fiż-żona nżammu kollha u l-proġett ġie ddisinjat madwarhom. Barra hekk il-ħitan tas-sejjiegħ li kien hemm jew inżammu inkella ġew restawrati. Il-ħitan tal-faċilitajiet li nbnew, inkluż id-dressing rooms, ġew kollha miksija b’ġebel antik, ħalli jinżamm il-karattru rurali tal-post. Dan ovvjament fisser ħafna aktar xogħol, liema xogħol sar b’reqqa kbira taħt is-superviżjoni ta' Stephen Farrugia, il-perit tal-Kunsill Lokali u Geoffrey Buttigieg, l-foreman tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Dan hu proġett li qed isir bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u qed isir b’investiment ta’ €800,000.

Il-bieraħ il-media, inkluż il-media elettronika, rrapurtat iż-żjara tiegħi. Ovvjament ma naqsux il-kummeti mibgħuta. Ikolli nistqarr li uħud minnhom huma verament patetiċi. Wieħed li ffirma bl-isem Albert Fenech kiteb “Goodness me, what a sudden flurry of activity throughout Malta and Gozo. Now, why is it all suddenly coming into place within the last few days?”. Jiprovaw jagħtu l-impressjoni li bdejna naħdmu issa! Dan il-proġett inbeda lejn l-aħħar tal-2010 bi grupp żgħir ta’ ħaddiema li ħadmu b’galbu kbir fuq area ta’ madwar 9 tmiem ta’ art. Dawn huma kummenti orkestrati li huma intiżi biex jippruvaw inessu x-xogħol kbir li sar f’pajjiżna minn fuq s’isfel u li ma waqfu qatt. U x-xogħol għadu għaddej kif ippjanat. Dan Gvern li fadallu ħafna xogħol x’iwettaq jekk jitħalla jaħdem.

Apr 27, 2010

Il-hazin nirbhuh bit-tajjeb

Għalkemm diffiċli biex titwemmen, irridu nammettu li hawn min hu rresponsabli u nsensittiv fostna. Ma nistax nuza aggettivi ohra ghal persuna jew persuni li kienu nvoluti fl-atti kodardi ta' tkissir ta' madwar 100 sigra fil-Foresta 2000 fil-Mellieha. Tqacctu madwar mitt sigra taz-znuber (pini) li whud minnhom kienu fihom anke tul ta' 2.5metru u aktar b'zokk ta' madwar 6cm. Sigar li kienu thawlu minn familji jew tfal. Hafna minnhom b'tabelli li ghandhom kitba tat-tfal li hawluhom. Att kodard ta' vandalizmu kontra l-ambjent u kontra uliedna.

Din mhix l-ewwel darba li s-sit tal-Foresta 2000 spiċċa fil-mira ta’ attakk vandalu. Dan hu sit li hu mmexxi b’mod konġunt mill-Gvern, permezz tad-Dipartiment tal-PARKS li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħi, l-Birdlife Malta u Din l-Art Ħelwa. Huwa sit għal qalb il-poplu Malti u lkoll niftakru r-risposta nkredibbli li kien hemm meta fl-istess sit kienu tqaċċtu mat-3000 siġra. Minkejja l-mizuri ta' sigurta wiehed izomm f'rasu li dan hu sit fil-miftuħ u taghmel x'taghmel dejjem se jibqalek riskju ta’ attakki simili.

L-appell tiegħi hu biex jekk xi ħadd għandu xi informazzjoni biex jgħaddiha lill-pulizija halli forsi min hu responsabbli jitressaq quddiem il-ġustizzja. Imma l-appell tieghi huwa ukoll biex ma naqtgħux qalbna. L-aqwa risposta lil dawn il-vandali tkun parteċipazzjoni akbar fl-inizjattivi ta’ afforestazzjoni. Gimgha ilu kont mistieden tieg fejn l-gharajjes iddecidew li minflok jaghtu souvenirs ghat-tieg taghhom hawlu mal-40 sigra bhala tifkira ghall-okkazzjoni taghhom. Gest sabih li jinghaqad mal-inizjattivi l-ohra tal-kampanja 34U. Il-hazin irridu nirbhulu b'gesti bhal dawn. U f'Ottubru li gej nistiednu lil pubbliku jhawwel aktar sigar gewwa l-Mellieha. M'ghaniex dubju li se nsibu hafna li jwiegbu b'mod posittiv kif dejjem sibna s'issa.

Aug 10, 2008

Clean-Up fil-Mellieha

Il-bierah filghodu mort sal-Mellieha fejn il-Kunsill Lokali t'hemmhekk organizza Clean-Up. Hadu sehem diversi ghaqdiet tal-lokal u persuni. Impressjonanti x'gabru. Minn kollox ! X'hasra. Irrid nghid li fl-ahhar snin sar titjib, imma ghadni ma nistax nifhem kif f'pajjizna ghandna servizz b'xejn tal-Bulky Refuse u facilitajiet tas-Civic Amenity Sites u certi nies xorta jiddeciedu li jnittnu l-kampanja minflok ma juzaw servizzi bhal dawn.

Il-kwistjoni tal-indafa pubblika se tinghata priorita' fil-gimghat li gejjin. Fost affarijiet ohra se niehdu inizjattivi biex 1) ikunu nstallati madwar 1,200 litter bin gdid f'postijiet li huma mantenuti mill-Gvern Centrali u f'zoni turistici, 2) se ninfurzaw regolamenti aktar stretti fuq kif jitghattew it-trakkijiet tal-industrija tal-kostruzzjoni, 3) se nimpenjaw aktar nies biex jaghtu semhom biex jingabar l-iskart anke billi f'Ottubru se norganizzaw Clean-Up Weekend, 4) se ninstallaw numru ta' CCTVs f'postijiet fejn jintefa hmieg u 5) se norganizzaw kampanja aggressiva fuq il-media favur l-indafa.


Fost it-Taqsimiet li jaqghu taht il-Ministeru tieghi hemm il-Cleansing Services Department li jaghmel xoghol tajjeb hafna, ghalkemm irrid nammetti li hemm fejn wiehed jista jtejjeb anke b'uzu ta' aktar makkinarju. Il-haddiema jaghtu semhom imma anke l-bierah esprimew mieghi d-dizzappunt taghhom li meta jkunu ghadhom kemm nadfu post, wara ftit dan jerga jsir mandra.


Irridu nkomplu nfehmu bis-sewwa imma rriedu nkunu lesti ukoll li nfehmu bid-dnewwa lil dawk li huma egoistici u jtellfu mis-sbuhija ta' pajjizna. Anke hawn hemm bzonn il-hidma tal-hafna.