Showing posts with label indafa. Show all posts
Showing posts with label indafa. Show all posts

Jun 28, 2010

Ziebel fil-kampanja ?

Ma nistax nifhem ghaliex persuna llum tarmi affarijiet goffi fil-kampanja taghna ! Dan mhu xejn hlief vandalizmu u vendikazzjoni kontra l-komunita’. Illum pprovdejna l-facilitajiet kollha biex wiehed jiddisponi minn materjal bhal dan, minghajr hlas u bil-kumdita’ kollha. Bnejna 5 ċentri biex jilqgħu fihom l-iskart goff. Miftuha kuljum mis-7.00am sal-5.00pm u ghal dan is-servizz ma thallasx. Barra hekk ghandna s-servizz tad-Door-to-Door Bulky Refuse fejn l-iskart goff jingabar minn wara biebek ukoll minghajr hlas. Imkien fl-Ewropa ma jezistu servizzi bhal dawn u huma bla hlas.

Izda minkejja dan kollu xorta ghadna nsibu fridges, freezers, ghamara ta’ kull tip, toilets, televisions, tankijiet taz-zejt u tant materjal iehor ! Dalgħodu żort ix-xogħlijiet ta’ tindif li qed isir mill-haddiema tal-Cleansing Services Division CSD fil-Fortizza ta’ San Pawl fl-inhawi ta’ Marsaxlokk. Preżenti mieghi kien hemm l-Onor Franco Debono li kien permezz ta’ mistoqsija parlamentari tieghu li gejna konxji mill-kwantita’ kbira ta’ skart li ntefa’ fid-ditch ta’ din il-Fortizza. Hu kkalkulat li f’dan il-post intefgħu mal-25 tunnellata ta’ skart.

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena il-haddiema ta’ din it-Taqsima gabru madwar 300 tons ta’ skart goff mill-kampanja. Ghidli kemm konna naghmlu aktar progetti kieku lil dawk il-haddiema ddedikajnihom fuq progetti ta’ tisbih minflok ta’ tindif ! Fl-ewwel 6 xhur ukoll ta’ din is-sena l-haddiema tac-CSD ukoll ġabbru ‘l fuq minn 9,000 tunellata ta’ skart mit-toroq. Fl-aħħar xhur il-Gvern investa man-nofs miljun ewro sabiex kompla jżid l-inġenji li għandu sabiex tiżdiet il-frekwenza tal-indafa fil-pajjiż. Izda hemm bzonn l-isforz ta’ kulhadd mhux biss tal-Gvern biex neqirdu din is-sahta ta’ dawn l-atti rresponsabbli li jwaqqghulna wiccna mal-barranin li jzuru pajjizna. Fil-verita' matul l-ahhar snin rajna anqas materjal jintefa barra, imma din il-marda ghadha prezenti.

Hemm min jghidlek li hemm bzonn ta’ aktar infurzar izda fil-verita’ ma nistghux nitfghu wardens jew pulizija ma’ kull rokna mwarrba ta’ pajjizna. Minkejja dan matul is-sena l-ohra u anke din is-sena nqabdu persuni u kellna kazijiet fejn anke l-vetturi taghhom gew kkonfiskati. Biss biss kellna minn lanqas 2 trucks li gew konfiskati matul l-ahhar xhur ! Imma kemm hadu prominenza dawn il-konfiski fuq il-gurnali forsi dawn il-kazi jservu ta’ deterrent ghall-ohrajn ?

Aug 24, 2009

L-indafa responsabilita' ta' kulhadd

Jiddispjacini nghid li f’ħafna minnha għadha teżisti l-marda li nżommu djarna nodfa u nħammġu barra. Ngħidha bla tlaqlieq – hija responsabbilta’ tal-Gvern u tal-Kunsilli Lokali li jnaddfu u jinvestu f’apparat li jnaddaf, pero hija r-responsabbilta’ ta’ kull wieħed u waħda minnha li nżommu nadif. Fl-aħħar ġimgħat kelli l-opportunita’, flimkien mal-Prim Ministru, li niltaqgħu mal-ħaddiema tal-Cleansing Services Department, li jnaddfu pajjiżna u naraw b’għajnejna makkinarju ġdid u li beda jintuża, inkluz tlett mechanical sweepers kbar. Bosta mill-haddiema esprimew ir-rabja li ftit wara li jkunu hallew post pupilla, jerga jintefa l-hmieg.

Bilkemm ridt nemmen dak li qrajt f’dawn il-jiem meta ntqal li mill-funtana ta’ Putirjal il-Belt, inġabar mal-elf kilo ta’ ħmieġ ta’ kull tip ! Irrid ngħid li dan minkejja li din titnaddaf bejn tlieta u erba’ darbiet fis-sena minn ħaddiema tat-Taqsima tat-Tindif u dan bi spejjeż kbar għax kull darba din trid titbattal u terġa timtela’ bl-ilma.

Dan ifisser li għexieren ta’ nies ma ddejqu xejn jarmu xi ħaġa f’wieħed mill-aktar postijiet pubbliċi li għandna f’Malta. Jien nistaqsi – allura dawn it-talin x’ikunu lesti jarmu f’postijiet aktar imwarrbin u kwieti bħalma hi l-kampanja? Jien għandi mistoqsija oħra – kemm nies inqabdu jarmu karta, flixkun jew sigarett fil-funtanta ta’ Putirjal ? Possibli li minn elf kilo ħmieġ ma nqabad ħadd? Jew ma rraporta ħadd ? Irridu naraw li nziedu l-infurzar. Imma din hija fuq kollox kwistjoni ta' attegjament, ta' kultura.

Qed naghmlu sforz qawwi biex inzommu nodfa l-bajjiet f'pajjizna. Għandna team ta’ ħaddiema jnaddfu l-bajjiet u qed innaddfu l-bajjiet bir-ramel kollha bis-sand sifters. Minn dan is-sajf ziedna l-frekwenza tat-tindif tal-bajjiet. L-isforzi l-Gvern qed jaghmilhom, imma hi r-responsabilita' ta' kulhadd li pajjizna jinzamm nadif.

Aug 10, 2008

Clean-Up fil-Mellieha

Il-bierah filghodu mort sal-Mellieha fejn il-Kunsill Lokali t'hemmhekk organizza Clean-Up. Hadu sehem diversi ghaqdiet tal-lokal u persuni. Impressjonanti x'gabru. Minn kollox ! X'hasra. Irrid nghid li fl-ahhar snin sar titjib, imma ghadni ma nistax nifhem kif f'pajjizna ghandna servizz b'xejn tal-Bulky Refuse u facilitajiet tas-Civic Amenity Sites u certi nies xorta jiddeciedu li jnittnu l-kampanja minflok ma juzaw servizzi bhal dawn.

Il-kwistjoni tal-indafa pubblika se tinghata priorita' fil-gimghat li gejjin. Fost affarijiet ohra se niehdu inizjattivi biex 1) ikunu nstallati madwar 1,200 litter bin gdid f'postijiet li huma mantenuti mill-Gvern Centrali u f'zoni turistici, 2) se ninfurzaw regolamenti aktar stretti fuq kif jitghattew it-trakkijiet tal-industrija tal-kostruzzjoni, 3) se nimpenjaw aktar nies biex jaghtu semhom biex jingabar l-iskart anke billi f'Ottubru se norganizzaw Clean-Up Weekend, 4) se ninstallaw numru ta' CCTVs f'postijiet fejn jintefa hmieg u 5) se norganizzaw kampanja aggressiva fuq il-media favur l-indafa.


Fost it-Taqsimiet li jaqghu taht il-Ministeru tieghi hemm il-Cleansing Services Department li jaghmel xoghol tajjeb hafna, ghalkemm irrid nammetti li hemm fejn wiehed jista jtejjeb anke b'uzu ta' aktar makkinarju. Il-haddiema jaghtu semhom imma anke l-bierah esprimew mieghi d-dizzappunt taghhom li meta jkunu ghadhom kemm nadfu post, wara ftit dan jerga jsir mandra.


Irridu nkomplu nfehmu bis-sewwa imma rriedu nkunu lesti ukoll li nfehmu bid-dnewwa lil dawk li huma egoistici u jtellfu mis-sbuhija ta' pajjizna. Anke hawn hemm bzonn il-hidma tal-hafna.