Showing posts with label ST Microelectronics. Show all posts
Showing posts with label ST Microelectronics. Show all posts

Jul 28, 2010

Kompetittivita'

Il-haddiema tal-ST Microelectonics fis-sieghat li ghaddew ivvutaw b’mohhom, ivvutaw biex ma jitilfux l-impjieg taghhom anke jekk dan kien ifisser ammont ta’ sagrifficju minn naha taghhom. Il-gvern ghamel u baqa’ jaghmel il-parti tieghu anke b’ghajnuna finanzjarja lil ST biex tkun tista’ tinvesti b’linja ta’ produzzjoni gdida imma l-gvern ma jistax jobbliga l-privat biex jibqa’ jinvesti f’pajjizna. L-ghazla ahharija tibqa’ tal-kumpanija, pjuttost decizjoni li ssir barra minn xtutna, fl-ahjar interess tal-kumpanija u min jehodha qajla jinkwieta jekk humiex haddiema Maltin jew Spanjoli jew Cinizi li jispiccaw bla xoghol. Dan ipoggi fuq il-gvern il-piz li jwettaq politika li tkun thajjar u twiezen l-investiment barrani izda ma jezentax lill-haddiema li jaghmlu l-parti taghhom biex izommu l-kumpanija kompetittiva.

Gieni f’idejja artiklu f’gazzetta barranija dwar il-futur ta’ impjant tal-Fiat f’Pomigliano, belt qrib Napli. Mhux qed nqabbel imma tkompli ssahhah il-fehma tieghi li dak li qed nghaddu minnu ahna huwa hafna inqas drastiku minn dak li ghaddej f’hafna pajjizi ohra. Dan l-impjant f’Pomigliano ihaddem 5200 impjegat u l-Fiat tiggenera nofs l-attivita’ ekonomika tar-regjun. Ghal dan l-ahhar sentejn l-impjant kien qed jopera bi 32% tal-kapacita’ tieghu minhabba n-nuqqas ta’ domanda kawza tal-krizi ekonomika. Ghal Fiat ma kienx jaghmel wisq sens izommu l-impjant miftuh izda il-gvern ghamel pressjoni biex jipprova jissalvagwardja l-ghixien ta’ 15,000 familja.

Il-management talab lill-impjegati li jbiddlu l-etika tax-xoghol tagghom – u f’vot li ttiehed ix-xahar li ghadda 63% tal-impjegati vvutaw favur li jnaqqsu l-hin tal-break taghhom, li ma jistrajkjawx fi zmien meta jkun hemm domanda gholja u li jigu penalizzati jekk jinstab li jkunu qed jabbuzaw mis-sick leave. B’rizultat, il-Fiat iddecidiet li zzomm l-impjant miftuh u li tinvesti aktar fil-fabbrika li issa se tibqa’ miftuha 24 siegha kuljum. U wiehed irid jara dan ukoll fl-isfond tal-mizuri ta’ austerita’ mhabbra minn Berlusconi f’Mejju li jinkludu fost ohrajn li s-salarji tal-gvern ikunu marbuta mal-produttivita’ u li toghla l-eta’ tal-pensjoni.

Fl-Italja hafna jghidu li jekk il-Fiat tmur il-bahar, ifalli l-pajjiz. Il-kaz tal-ST fortunatament mhux hekk ghalina minkejja li l-ST llum hija l-akbar employer fil-pajjiz fil-qasam tal-manifattura b’1,500 impjegat u t-tluq tal-ST ihossu l-pajjiz kollu. It-triq li ghazlu l-haddiema tal-ST ghalhekk tqawwilna qalbna li l-gvern, is-settur privat, il-unions u fuq kollox il-haddiema qed jaraw li s-success fil-futur jiddependi minn kemm jirnexxielna nigbdu habel wiehed.

Jul 1, 2010

Kuntrast impressjonanti

Min isegwi l-ahbarijiet ta’ barra, qed jisma’ kif pajjiz wara l-iehor qed ihabbru mizuri ta’ tnaqqis fin-nefqa tal-gvernijiet u zidiet fit-taxxi biex jippruvaw igibu l-finanzi taghhom f’posthom. Ir-ricessjoni, l-aghar wahda fi tmenin sena – naqset id-dhul ta’ hafna gvernijiet u ziedet in-nefqiet taghhom fuq servizzi socjali ghall-haddiema qieghda. Hafna pajjizi Ewropej huma milquta sew. Il-Grecja, ir-Renju Unit, l-Italja, Spanja, Franza, l-Irlanda, il-Portugall u l-Germanja kollha kellhom ihabbru mizuri t’awsterita’.

F’Malta, ghandna kuntrast kbir ma’ dawn il-pajjizi. Il-Gvern kellu l-finanzi fis-sod bizzejjed biex seta’ jaghmel investiment sostanzjali halli jghin ditti Maltin u barranin biex ikabbru, jaghmlu l-hidma taghhom aktar efficjenti, jaghmluha ambjentalment aktar nadifa, u jimpjegaw aktar haddiema. L-ahhar ahbar li smajna kienet dik li mill-ST Microelectronics li ftit ilu kien hemm min ipprevedi li se jibda jberraq fuqha. Mhux talli l-ST mhix se tnaqqas il-hidma taghha f’Malta, talli b’ghajnuna mill-Gvern se zzid ix-xoghol taghha f’Malta u ggib hawn linji godda ta’ produzzjoni.

Din tal-ST hi l-ahhar ahbar f’sensiela twila ta’ ahbarijiet tajbin dwar ditti li qed jinvestu f’Malta: uhud godda li gejjin Malta ghall-ewwel darba u ohrajn li kienu hawn u qed ikabbru. Ma’ dawn jizdiedu l-ahbarijiet dwar progetti li l-Gvern qed jidhol ghalihom mal-privat bhal dak tal-White Rocks. Maghhom jizdiedu l-istocks li hargu hafna kumpaniji Maltin biex ikabbru f’Malta u anke barra – stocks li nhatfu mill-pubbliku Malti b’uhud ikollhom jaghlqu fi ftit minuti tant kemm ried jinvesti l-pubbliku Malti.

Il-kuntrast ma’ pajjizi ohrajn johrog qawwi hafna fil-qasam tal-impjiegi. L-ahhar cifri ppubblikati mill-NSO juru li dawk jirregistraw ghax-xoghol f’Mejju naqsu ghal taht il-5 %. Dan hu persentagg baxx meta tqis li hafna pajjizi ghandhom qghad fuq l-10 fil-mija, b’uhud anke 20 fil-mija. Triq tqis ukoll li fir-ricessjoni anqas kiefra tas-snin tmenin, Malta kellna qghad ta’ aktar minn 10 % ghal hafna snin. Cifri li ghadhom kemm hargu l-Erbgha mis-servey dwar is-suq tax-xoghol juru li n-nies jahdmu bejn Marzu tas-sena l-ohra u Marzu li ghadda zdiedu bi 3,700. Fil-maltemp li ghaddejja minnu d-dinja u fl-issikkar tac-cintorin li qed jaghmlu hafna pajjizi, dan hu kuntrast tassew.