Showing posts with label Salini. Show all posts
Showing posts with label Salini. Show all posts

Mar 3, 2011

Xi gmiel !

Imqar li l-granet kollha jibdew bhal llum ! Dalghodu żort il-BirdPark fl-inħawi tas-Salini. Verament hemm x'tara. Ghasafar u annimali mizmuma b'dedikazzjoni kbira minn Kevin u Rita, li litteralment bnew dan il-park mix-xejn. Wiehed jista jara fost ohrajn swans, flamingos, pelicans, vultures, storks f'wirja ta' madwar 4,000 għasfur u annimali ohra.

B’investiment ta’ €380,000 li minnhom €190,000 ghajnuna finanzjarja mill-UE Kevin u Rita qed jibnu Visitors Centre biex lejn l-aħħar ta’ Mejju jifthu dan il-park ghall-pubbliku. Dan l-iżvilupp ser jikkumplimenta l-investiment li ahna bhala gvern ghamilna u qed inkomplu naghmlu fl-inhawi tas-Salini sabiex l-inhawi jilqghu dejjem aktar fihom studenti, familji u turisti.

Dan il-BirdPark huwa wieħed mill-proġetti li jgawdi minn minn programm ta' ghajnuna ghat-tijib, tisbiħ tal-wirt naturali u kulturali taż-żoni rurali. B'kollox se nkunu qed ninvestu €33 miljun f’proġetti bħal parks, restawr ta’ monumenti storiċi f’żoni rurali u ħolqien ta’ mixjiet fil-kampanja. B’ kollox se jkunu mghejjuna madwar 26 progett fi 22 lokalita. Dawn il-progetti se jservu biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti fiż-żoni rurali, jinħolqu numru ta’ żoni ta’ rikreazzjoni għall-familji, jinħolqu impjiegi ġodda, kif ukoll jkun hemm aktar attivita ekonomika f’dawn iż-żoni.

Il-park ser iservi wkoll bħala post edukattiv li jenfażizza s-sbuħija tal-biodiversità u l-bżonn tal-konservazzjoni. Laqatni l-kumment li ghamlet Rita dalghodu "Mhux il-kaz li ahna naddottaw l-annimali, izda l-annimali jaddottaw lilna". Il-veru kaz. Kevin ghandu zewg whooper swans bhala gwardjani tieghu. Filwaqt li Rita ghandha bhala gwardjani taghha lil Elizabeth, grey crown crane u lil Dino l-pappagall. U Elizabeth tiprotegi sew lil Rita !

Nov 8, 2009

Rigenerazzjoni tas-Salini

F'dawn il-granet zort ix-xogħlijiet li saru tajjeb fil-kanal tas-Salini magħruf bħala s-sukkursu fejn reġgħet inħolqot iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma baħar madwar is-salini tal-melh ta' hdejn Burmarrad.
Din il-korsa tal-ilma kienet maħluqa apposta meta nbnew is-salini mill-Kavallieri. Il-kurrenti fil-bahar u it-tides kellhom parti importanti fil-funzjoni tas-salini u l-mod kif kienu jintlew. Bil-moviment tat-tides, l-ilma kien idur madwar is-salini skond il-kurrenti u l-qawwa tal-mewg. Wara li dan safa bblukkat bil-hama, veġetazzjoni u materjal iehor li niezel go fih matul l-ahhar 20-30 sena, din ic-cirkolazzjoni tal-ilma waqfet, is-salini ma baqgħux jiffunzjonaw u l-ilma sar qiegħed.

Għalhekk il-Ministeru daħal għal dan il-proġett fejn mill-kanal inġabar xejn inqas minn 10,000 tunnelata ta’ skart li ngabar matul is-snin matul mhedda ta' madwar 900 metru ta' kanal. Dan il-proġett li sar b’investiment ta’ madwar €250,000, kien jinkludi wkoll it-tisħiħ u r-restawr ta’ ħajt ta’ madwar 90 metru li jmur lura għal żmien il-Kavallieri u li kellu numru ta’ ħsarat kawża tal-maltemp. Kull min jgħaddi minn hemmhekk illum se jkun jista jgawdi id-dehra tal-mgħodija tal-ilma li reġgħet tagħat il-ħajja lill-post. Iżda fuq kollox ir-riħa xejn pjaċevoli li kienet tinxtamm f’dawn l-inħawi spiccat għal-kollox.

Dan li sar s'issa huwa l-ewwel pass sabiex tiġi rrijabilitata ż-żona kollha tas-Salini. Dan ix-xogħol ser jikkonsisti wkoll fir-restawr u r-rijabilitazzjoni tas-salini, fir-restawr tal-huts li kienu jintużaw biex jiġi proċessat u mahzun il-melħ, fir-restawr tax-Ximenes Redoubt kif ukoll fir-rijabilitazzjoni tal-marshland fuq in-naha ta' Kennedy Grove. Dan il-progett b'kollox se jkun sewa mas-7 Miljun Euro. Fil-fatt diha applikajna sabiex nuzaw fondi Ewropej halli fit-3 snin li gejjin inkunu nistghu naghmlu dan ix-xoghol.

Dan huwa progett importanti sabiex noffru attrazzjoni mportanti fuq l-ghatba ta' wahda miz-zoni turistici l-aktar mportanti f'pajjizna. Apparti minn hemm nkomplu naghmlu minn din iz-zona dejjem aktar park ta' mistrieh ghal Maltin, kif diga jaghtu xhieda l-mijjiet li johonqu s-Salini Park li llum jokkupa spazju sitt darbiet akbar minn dak li kien Kennedy Grove.