Showing posts with label salini tal-melh. Show all posts
Showing posts with label salini tal-melh. Show all posts

Feb 8, 2013

Salini - il-proġett miexi sew


Ix-xogħlijiet fuq ir-riabilitazzjoni tas-Salini jinsabu f’fażi avvanzata. Dan stajt nikkonfermah il-bieraħ wara nofsinhar meta zort  ix-xogħlijiet flimkien mal-Ministru De Marco.  Hawnhekk il-Ministeru tiegħi qed jagħmel xogħol kbir, fejn qed isir ir-restawr tas-salini sabiex dawn jerġgħu jibdew jagħmlu l-melħ, r-restawr tal-Ximenes Redoubt u l-fougasse li jinstab fi stadju avvanzat,  il-bini mill-ġdid ta’ tliet strutturi (huts) li minnhom diġa telgħet waħda, u r-riabilitazzjoni tal-bur mielaħ (salt marsh) u t-tindif tax-xagħri.  
 
Ix-Ximenes Redoubt se jintuża bħala Ċentru għall-viżitaturi. Ser issir mina taħt l-art minn dan iċ-ċentru sabiex il-viżitaturi jkunu jistghu jmorru jaraw is-salini mingħajr periklu.  Is-Salini ser jerġgħu jitħaddmu sabiex issir il-produzzjoni tal-melħ li ser jinżamm f’żewġ ħuts minn 3 li qed jinbnew fl-injam, bit-tielet hut tintuża bħala musew dedikat għall-ħsad tal-melh. 
 
Dan il-proġett hu parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt L-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2007-2013 – L-Ewropa tinvesti f’Żoni Rurali. Ix-xogħlijiet mistennija li jitlestew sa’ l-aħħar ta din is-sena u l-proġett ser jiswa madwar 7 miljun ewro. 
 
L-għan tal-proġett hu li ġaladarba x-xogħlijiet jitlestew, is-Salini titqies bħala destinazzjoni turistika li tinforma it-turist kemm lokali u kemm barrani fuq il-potenzjal li joffri dan is-sit mill-aspett naturali, kulturali u arkeologiku. Il-proġett tas-Salini se jkompli jtejjeb il-prodott turistiku tagħna f’din in-naħa ta’ Malta li b’dan il-proġett u oħrajn li qed isiru din il-parti se tingħata spinta kbira ‘l quddiem. F’Dan l-inħawi qed issir ir-riabilitazzjoni tal-Magħtab biex tinbidel f’Park, qed isir Aquarium fil-Qawra, filwaqt li estendejna l-park tas-Salini u nfetaħ Bird Park fl-inħawi tas-Salini.

 

Aug 7, 2012

Salini - Investiment kbir ieħor

Is-salini li hemm ħdejn is-Salina limiti tal-Qawra, nbnew mill-Kavalieri fis-seklu sittax minħabba fl-importanza li l-melħ kellu għall-ipriservar tal-ikel. Biex jiddefendu s-salini bnew l-istruttura difensiva tax-Ximenes Redoubt. Aktar tard fiż-żmien inbena maħżen għal melħ ġewwa ir-Redoubt mill-Gran Mastru Ximenes de Texada u fil-1743 ġie skavat fougasse ġewwa ir-Redoubt innifsu u ieħor ftit distanza ’l bogħod. Ix-Ximenes Redoubt huwa uniku għax ġewwa fih għandu ukoll fougasse li hija struttura speċjalizzata ta’ natura difensiva u militari. 

Fis-seklu dsatax inbnew ukoll numru ta’ strutturi (huts) qrib tas-salini sabiex il-melħ jiġi maħżun u maħdum. Dawn l-istrutturi nbnew mir-reġiment Ingliż (Sappers) u huma simili għal dawk li ssib fis-salina ta’ Guerande ġewwa Franza u li jissejħu ‘salorges’. Dawn l-istrutturi kienu mibnija fuq qafas tal-injam li kien magħqud permess ta’ elementi tal-ħadid. Dawn l-istrutturi kienu miksija bl-injam li maż-żmien tmermer u ġie mibdul b’corrugated sheeting tal-ħadid.

Is-Salini fl-aħħar snin kienu jinstabu f’qagħda ħażina ħafna tant li huma mgħarrqa minħabba l-ħsara li saritilhom fil-maltempata tal-2003. Minn dak iż-żmien ’l hawn is-salini ma ntużawx u tħallew fi stat ta’ abbandun. Ix-Ximenes Redoubt kient tinstab ukoll f’qagħda ħażina u fi bżonn ta’ restawr waqt li l-fougasse li hemm ġewwa r-Redoubt jinstab mirdum. Kien għalhekk li tlaqna bi proġett ta’ riabilitazzjoni u restawr ta’ dan il-post. 

Ix-Ximenes Redoubt ser jintuża bħala ċentru għall-viżitaturi li jagħti informazzjoni fuq is-sit kollu – storja, arkaeoloġija, ekoloġija: flora u fawna, ornitoloġija u l-użu tradizzjonali tas-salini. Dan iċ-ċentru se jkun magħqud mal-huts tas-salini permezz ta’ mina li se tgħaddi minn taħt l-art. Is-salini ser jerġgħu jitħaddmu sabiex issir il-produzzjoni tal-melħ u b’hekk tnejn mill-istrutturi li ser ikunu mibnija ser jintużaw biex jaħżnu il-melħ u biex jaħdmuh, jiġifieri kif kienu jintużaw fl-imgħoddi. It-tielet struttura li ser tinbena ser tintuża bħala mużew dedikat għall-produzzjoni tal-melħ f’pajjiżna. Dan il-proġett, li ser jiswa madwar €7 miljun, hu parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.

Nov 8, 2009

Rigenerazzjoni tas-Salini

F'dawn il-granet zort ix-xogħlijiet li saru tajjeb fil-kanal tas-Salini magħruf bħala s-sukkursu fejn reġgħet inħolqot iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma baħar madwar is-salini tal-melh ta' hdejn Burmarrad.
Din il-korsa tal-ilma kienet maħluqa apposta meta nbnew is-salini mill-Kavallieri. Il-kurrenti fil-bahar u it-tides kellhom parti importanti fil-funzjoni tas-salini u l-mod kif kienu jintlew. Bil-moviment tat-tides, l-ilma kien idur madwar is-salini skond il-kurrenti u l-qawwa tal-mewg. Wara li dan safa bblukkat bil-hama, veġetazzjoni u materjal iehor li niezel go fih matul l-ahhar 20-30 sena, din ic-cirkolazzjoni tal-ilma waqfet, is-salini ma baqgħux jiffunzjonaw u l-ilma sar qiegħed.

Għalhekk il-Ministeru daħal għal dan il-proġett fejn mill-kanal inġabar xejn inqas minn 10,000 tunnelata ta’ skart li ngabar matul is-snin matul mhedda ta' madwar 900 metru ta' kanal. Dan il-proġett li sar b’investiment ta’ madwar €250,000, kien jinkludi wkoll it-tisħiħ u r-restawr ta’ ħajt ta’ madwar 90 metru li jmur lura għal żmien il-Kavallieri u li kellu numru ta’ ħsarat kawża tal-maltemp. Kull min jgħaddi minn hemmhekk illum se jkun jista jgawdi id-dehra tal-mgħodija tal-ilma li reġgħet tagħat il-ħajja lill-post. Iżda fuq kollox ir-riħa xejn pjaċevoli li kienet tinxtamm f’dawn l-inħawi spiccat għal-kollox.

Dan li sar s'issa huwa l-ewwel pass sabiex tiġi rrijabilitata ż-żona kollha tas-Salini. Dan ix-xogħol ser jikkonsisti wkoll fir-restawr u r-rijabilitazzjoni tas-salini, fir-restawr tal-huts li kienu jintużaw biex jiġi proċessat u mahzun il-melħ, fir-restawr tax-Ximenes Redoubt kif ukoll fir-rijabilitazzjoni tal-marshland fuq in-naha ta' Kennedy Grove. Dan il-progett b'kollox se jkun sewa mas-7 Miljun Euro. Fil-fatt diha applikajna sabiex nuzaw fondi Ewropej halli fit-3 snin li gejjin inkunu nistghu naghmlu dan ix-xoghol.

Dan huwa progett importanti sabiex noffru attrazzjoni mportanti fuq l-ghatba ta' wahda miz-zoni turistici l-aktar mportanti f'pajjizna. Apparti minn hemm nkomplu naghmlu minn din iz-zona dejjem aktar park ta' mistrieh ghal Maltin, kif diga jaghtu xhieda l-mijjiet li johonqu s-Salini Park li llum jokkupa spazju sitt darbiet akbar minn dak li kien Kennedy Grove.