Showing posts with label Sirja. Show all posts
Showing posts with label Sirja. Show all posts

Feb 8, 2012

Qed nistennew biex naraw ngħixux jew immutux

“Qed nistennew biex naraw jekk ngħixux jew immutu”. Hekk esprima ruħu Waleed, attivist Sirjan li tkellem mal-ġurnal “The Guardian”. X’emozjoni kiefra għan-nies kuraġġjuzi ta’ Homs li qegħdin fl-epicentru tar-rewixxta popolari biex jitneħħa l-gvern ta’ Bashar al-Assad.

Il-ħasra hija li din l-emozjoni għandha tkun tagħna lkoll. Il-proposta fil-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Uniti biex timbotta lis-Sirja lejn pjan għal bidliet meħtiega u li m’għaddietx bil-veto tar-Russja u c-Cina għandha tħammar wiccna lkoll. Il-komunita internazzjonali falliet għal darba oħra. Mhix l-ewwel darba – ħallejna l-genocidju tar-Rwanda jseħħ quddiem wiccna, ħallejna l-atrocijiet fl-ex Jugoslavja. U gwaj jekk naħsbu li l-logħba tal-veto hija xi logħba tac-Cinizi u r-Russi biss. Sas-sena li għaddiet, l-Istati Uniti wkoll użat il-veto tagħha biex tipprotegi l-binjiet ġodda mbuttati mill-istat tal-Israel f’nofs art maħkuma.

U l-falliment nistgħu narawh ukoll aktar vicin tagħna. Din ir-‘Rebbiegħa Għarbija’ li ġgħelet lil miljuni ta’ nies joħolmu, qed ikollna nerġgħu nirridimensjonawha. Ix-xewqa għad-drittijiet u l-ħelsien kienet komuni ghal ħafna cittadini f’pajjizi differenti imma sa issa kellha eżitu felici f’numru ckejken minnhom . Anke hemmhekk il-komunita’ internazzjonali ma tistax tgħid li hija bla ħtija.......forsi jistħoqilhom biss l-għajnuna tagħna dawk il-popli li nzertaw jgħixu f’pajjiżi li huma strategikament importanti biss ?