
Il-ħasra hija li din l-emozjoni għandha tkun tagħna lkoll. Il-proposta fil-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Uniti biex timbotta lis-Sirja lejn pjan għal bidliet meħtiega u li m’għaddietx bil-veto tar-Russja u c-Cina għandha tħammar wiccna lkoll. Il-komunita internazzjonali falliet għal darba oħra. Mhix l-ewwel darba – ħallejna l-genocidju tar-Rwanda jseħħ quddiem wiccna, ħallejna l-atrocijiet fl-ex Jugoslavja. U gwaj jekk naħsbu li l-logħba tal-veto hija xi logħba tac-Cinizi u r-Russi biss. Sas-sena li għaddiet, l-Istati Uniti wkoll użat il-veto tagħha biex tipprotegi l-binjiet ġodda mbuttati mill-istat tal-Israel f’nofs art maħkuma.
U l-falliment nistgħu narawh ukoll aktar vicin tagħna. Din ir-‘Rebbiegħa Għarbija’ li ġgħelet lil miljuni ta’ nies joħolmu, qed ikollna nerġgħu nirridimensjonawha. Ix-xewqa għad-drittijiet u l-ħelsien kienet komuni ghal ħafna cittadini f’pajjizi differenti imma sa issa kellha eżitu felici f’numru ckejken minnhom . Anke hemmhekk il-komunita’ internazzjonali ma tistax tgħid li hija bla ħtija.......forsi jistħoqilhom biss l-għajnuna tagħna dawk il-popli li nzertaw jgħixu f’pajjiżi li huma strategikament importanti biss ?
No comments:
Post a Comment