Showing posts with label membri parlamentari. Show all posts
Showing posts with label membri parlamentari. Show all posts

Jul 26, 2013

Htiega ta' Commissioner for Standards


Il-ġimgħa l-oħra ġew ippubblikati, anke jekk tard ħafna, id-dikjarazzjonijiet tal-assi u d-dħul tal-ministri u s-segretarji parlamentari.  Din kienet saret obbligu madwar 25 sena ilu mill-Gvern Nazzjonalista biex ikun hemm trasparenza sħiħa anke dwar il-finanzi privati ta' min ikollu karigi pubbliċi.  Dawn id-dikjarazzjonjiet qajmu għagħa kbira għax fihom bosta stramberiji.  
 
Ha naghti ftit ezempji. 1. Is-segretarju parlamentari Franco Mercieca ddikjara dħul ta' 116,000.  Issa meta tneħħi s-salarju tiegħu bħala konsulent mal-gvern u tikkalkola li meta jopera fil-privat dan idaħħal 3,600 ewro f'nofstanhar, dan qed jiprova jghidilna li jopera biss nofstanhar wieħed fix-xahar. 2. Il-ministru Anton Refalo iddikjara li bħala avukat is-sena l-oħra daħħal anqas mill-paga minima. Fl-istess waqt, għandu loan mal-bank ta' 800,000. Liema hu l-bank li jislef 800,000 lil min lanqas biss idaħħal il-paga minima ? 3. Il-ministru Chris Cardona li ddikjara dħul li, meta tneħħi l-onorarja tal-parlament minnu, issib li bħala avukat f'sena daħħal biss 3,000. U anke Chris Cardona għandu loan kbir ta' 600,000 !  Dawn jemminhom xi hadd ?! 
 
Imma aghar minn hekk imbaghad insibu li kellna tliet ministri li lanqas biss iddikjaraw x’daħħlu. Il-ministri Manwel Mallia, Edward Scicluna u Louis Grech ma ddikjarawx id-dħul tagħhom tas-sena l-oħra. Imbaghad ghandna lil  Manwel Mallia li ghandu nofs miljun ewro cash li kien qed iżomm id-dar !  
 
Jien nemmen li ghandna bzonn skrutinju ahjar ta’ dikjarazzjonijiet bhal dawn, anke ghax li kull min hu fil-politika irid jezercita d-dmirijiet tieghu b’mod li jispira fiduċja fl-aġir u mġieba tieghu. Biex jissaħħu dawn il-prinċipji fl-1995 fir-Renju Unit twaqqaf il-“Parliamentary Commissioner for Standards” bħala riżultat ta’ rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat dwar Standards. Tajjeb infakkar li l-ex Ministru Tonio Borg kien ssuggerixxa f' Settembru tal-2012, f’White Paper dwar “Il-Parlament Malti: Iktar Awtonomija, Iktar Responsabilità”, li f’pajjizna ghandu jkun appuntat Kummissarju bhal dan.  Fl-opinjoni Kummissarju bhal dan ghandu jkollu wkoll il-fakulta’ li jimmonitorja kull dikjarazzjoni li jaghmel deputat u/jew Ministru.

Jun 15, 2011

9% mhux 40%

Illum kellna centre-page f’The Times bl-ucuh tal-Membri Parlamentari kollha, distrett distrett, u b’persentagg ta’ seduti li suppost konna assenti ghalihom mill-bidu tas-sena. Jien favur l-accountability. Nifhem ukoll li l-media li topera f’demokrazija bhal taghna ghanda dritt u dmir tirraporta l-attendenza tal-Membri fil-Parlament. Hdejn ir-ritratt tieghi kien hemm miktub Assenti 40%. Veru li f’kantuniera kien hemm il-kliem “MPs are only marked as excused if they are away on parliamentary duty. This does not include official executive duty of ministers and parliamentary secretaries. MPs who are abroad on party business or who are sick are also marked as absent.”

Fil-kaz tieghi kont 17-il darba imsiefer fuq xoghol tal-Ministeru. Hafna drabi kont qed nattendi l-Kunsill tal-Ministri Ewropej. Jien nattendi tlett Kunsilli tal-Ministri: 1.dak tal-Agrikoltura u Sajd, 2.Energija u 3.Tibdil fil-Klima. Irrid nghid ukoll meta nkun il-laqghat tal-Ministri xorta nkun qed naghmel dmiri lejn il-Parlament meta nkun qed niprepara t-twegibiet ghall-mistoqsijiet parlamentari.

Dan ifisser li fir-realta’ ma attendejtx biss ghal 9 seduti waqt li kont Malta. U kien hemm okkazzjonijiet fejn ma attendejtx ghax kelli xoghol iehor marbut mal-Ministeru, bhal naghmel diskors fil-Mini European Assembly, jew nattendi public lecture ta’ professor belgjan li gibnih Malta biex jitkellem fuq it-Tibdil fil-Klima, jew kelli press briefing dwar l-irziezet tal-baqar f’pajjizna. Ma kontx qed nilghab imma naqdi dmiri wkoll.

Dan ifisser li kont assenti biss ghal 9% tas-seduti u mhux 40% li hadu l-impressjoni l-qarrejja llum tat-Times. Kieku ndaga ftit il-gurnalist kien jaghti stampa ferm aktar veritiera tal-attendenza tieghi u ta’ dawk il-Ministri u Segretarji Parlamentari li jsiefru fuq xoghol ufficjali. Is-sistema li tintuza bhala rassenja mhijiex gusta u taghti stampa zbaljata tal-impenn tal-membri parlamentari li jifformaw parti mill-Ezekuttiv. Hemm bzonn li s-sistema tkun aktar ugwali. Jekk deputat, li mhux Ministru, isiefer f’delegazzjoni parlamentari s-sistema tirrikonoxxih imam jekk deputat tal-Kamra hu Ministru u jsiefer fuq xoghol tal-Gvern, is-sistema tghid li hu assenti. Din mhux gustizzja.

Jan 15, 2011

Tghawwig tal-fatti

Dan l-aħħar qamet diskussjoni dwar l-hlas li jieħdu l-Ministri. L-Oppozizzjoni ppruvat taghti l-impressjoni li din inzammet siġrieta. Mhux il-kaz. F’Novembru 2008, aktar minn sentejn ilu, The Malta Today kienet irrapurtat li l-Ministri ma baqghux jitilfu l-onorarja ta’ deputat tal-Parlament. Gimgha wara kienet ghamlet intervista lill-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Joe Mizzi li qal li jaqbel mal-fatt li l-Ministri ma baqghux jitilfu l-onorarja, “Joe Mizzi said he agreed in principle with the increase in ministers’ wages. Mizzi argued that ministers in developing countries have better salaries than their counterparts in Malta. Personally I think that this decision was unavoidable because it does not make sense that a chairman earns more than the minister who appointed him.” Dak x’qal d-Deputat Laburista Joe Mizzi aktar minn sentejn ilu, meta kienet saret il-bidla !

Mhux vera li l-Ministri kellhom zieda ta’ €600 fil-gimgha fil-paga taghhom ta’ Ministri. Izda l-Ministri bdew jircievu l-paga ta’ deputat tal-Parlament, liema hlas minkejja li huma deputati daqs d-deputati ohra qatt ma kienu jircievu. Huwa gust li Ministru jaghmel xoghol full-time ta’ Ministru u jmur il-Parlament ghas-seduti, izda jircievi paga biss ta’ Ministru izda l-paga ta’ deputat ghas-sieghat li jaghmel fil-Parlament jitlifha? Hu gust li deputat li hu konsulent mal-Gvern jircievi paga ta’ deputat u paga ta’ deputat, izda Ministru le ? Jien nghid li le. U ma nghidx le ghax jien llum Ministru izda bhala cittadin komuni.

Kellna ingustizzja ohra li fis-snin li ghaddew kienet irrangata. Sa tlett snin ilu jekk int kont tahdem mal-Gvern, tohrog ghall-elezzjoni u tigi elett u ssir deputat, ridt taghzel: jew tibqa’ impjegat u tiehu paga izda titlef postok ta’ deputat; jew inkella tiehu l-onorarja ta’ deputat izda titlef l-impjieg u l-paga minn dak l-impjieg. L-ghazla ta’ xi hadd li gie elett kienet tkun li jiehu l-onorarja u jitlef l-impjieg – dan kien ifisser ukoll tnaqqis fid-dhul ghaliex il-paga ta’ deputat hi anqas minn ta’ hafna impjegati tal-Gvern. Din kienet giet irrangata b’mod li d-deputat thalla jibqa’ jahdem mal-Gvern u jiehu l-onorarja u l-paga. Allura jekk dik kienet gustifikata, ghaliex li Ministru jiehu wkoll il-paga ta’ deputat mhux gustifikata?

Minkejja li zdied id-dhul ghal Ministri bi €525 fil-gimgha, hawn xi hadd li ghandu dubju li kieku dawk li huma professjonisti jagtu s-sieghat taghhom fil-professjoni ma jirnexxielhomx idahhlu l-istess dhul ? Hafna minn dawk li jaccettaw li jservu ta’ Ministru ghal numru ta’ snin jitilqu l-professjoni. Meta mbaghad jispiccaw minn Ministri iridu jaraw li jibdew il-hajja professjonali taghhom mill-bidu nett. Mhux facli li taghmel dan meta fl-ghalqa jkunu dahlu professjonisti ohra. Naf mill-esperjenza, deputati mill-Partit Nazzjonalista u mill-Partit Laburista li ma baqghux ministri u sabu diffikultajiet kbar biex jidhlu lura f’impjieg. Batew huma u baghtiet il-familja taghhom.

Mhux sew li xi uhud mill-Opposizzjoni , fosthom il-Kap tal-Opposizzjoni, qed jipruvaw jistrumentalizzaw din il-bidla. Nifhem ir-rabja li hemm fost uhud mid-deputati laburisti ghal dak li ghamel il-Kap tal-Partit taghhom stess. Jien nista naghmel bhal Kap tal-Oppozizzjoni u nghid kemm hu s-salarju tieghu bhala Kap tal-Oppozizzjoni biex nipprova nohloq l-ghira, kif qed jaghmel hu. Mhux lest li naghmel l-istess. Il-klassi politika tizbalja bi kbir meta tiprova tkisser lilha nnifisha. Jekk irridu nies validi u onesti jersqu lejn il-politika irridu noffru dhul xieraq lil dawn il-persuni u mhux nipretendu li dawn jaghtu l-aqwa servizz a skapitu ta’ familthom. Kif anki kien qal id-deputat laburista Joe Mizzi id-dhul tal-Ministri f’pajjizna xorta ghadu relattivament baxx hafna hdejn id-dhul ta’ Ministri ohra Ewropej, minkejja li zdied ix-xoghol ghax tnaqqsu n-numru ta’ Ministri. Izda fuq dak li gie ffrankat ghax tnaqqsu l-Ministri u n-nies addetti maghhom fis-segretarjati, fuq dak hadd ma jitkellem.