Showing posts with label waterpolo. Show all posts
Showing posts with label waterpolo. Show all posts

Apr 13, 2014

Waterpolo – Teamsport li jixraqlu investiment akbar


Il-bierah it-team nazzjonali tal-waterpolo gab unur kbir ghall-pajjizna.  Rebah it-tieni post fil-Kampjonat tal-Commonwealth.  Irrid nghid grazzi lil dawk kollha li ffurmaw parti minn dan it-team li f’temp ta’ ftit gimghat gab rizultati verament posittivi.  L-ewwel fil-loghob fl-Irlanda u issa fil-Kampjonat tal-Commonwealth fl-Iskozja. Fuq kollox izda rrid nghid grazzi lil dawk kollha li matul is-sena kollha jaghtu hinhom u sahhithom biex dan l-isport flimkien mal-ghawm ikun ipprattikat f’pajjizna.  Mill-Presidenti tal-clubs ghal kit managers ! 
 
Dan huwa teamsport li matul is-snin b’mod konsistenti ghamel gieh lill-pajjizna.  Minhabba l-qaghda geografika taghna, ghandna vantaggi marbuta mal-fatt li pajjizna mdawwar bil-bahar u ghandu klima mill-aqwa, li jmissna nisfruttaw ferm aktar.  Wisq nibza li hafna drabi dan l-isport mhux dejjem sab l-aqwa sostenn.  Hafna drabi gew investiti flus f’dixxiplini sportivi minghajr ma fiehmna bizzejjed liema investiment jirrendi l-aktar.  Fis-snin li ghaddew pajjizna offra bosta skemi ta’ ghajnuna ghal diversi dixxiplini imma forsi ridna nuzaw diskriminazzjoni posittiva akbar favur teamsports li ghandna vantaggi fih.
 
Irridu nifhmu lid an l-isport ghamel il-qabza li ghamel ghax il-clubs investew bi kbir u ghadhom jinvestu bi kbir biex igibu players barranin ta’ kwalita’ biex il-players u l-istaff tekniku taghna jiddakru mit-talent u l-esperjenza ta’ dawn il-players.  Naf mill-esperjenza u l-kuntatt tieghi mal-clubs tal-waterpolo l-aktar fid-distretti li nikkontesta jien, is-sagrificcji anke finanzjarji li jaghmlu hafna drabi l-membri tal-kumitati stess biex isostnu dan l-izvilupp.  Zvilupp li ghandu bzonn gharfien u rikonoxximent akbar, anke mill-media lokali.
 
Il-waterpolo ha qabza ‘l quddiem meta saru l-pitches maghluqa lejn it-tmiem tas-snin sittin u l-bini tal-pixxina f’Wied il-Ghajn li izda xorta kienet tuza ilma Bahar.  Imbaghad saret qabza kbira ta’ kwalita’ meta saret il-pixxina nazzjonali moderna gewwa Tal-Qroqq lejn il-bidu tas-snin disghin, fejn ghall-ewwel darba l-players setghu jitrenjaw matul is-sena kollha u jilghabu f’ilma helu u b’hekk jidraw jilghabu fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjonijiet barranin.  Hadna hsieb ukoll nahdmu biex b’Bugia jkollhom pixxina gdida u vvutajna l-flus ghaliha.  Sfortunatament x-xoghol sal-ahhar elezzjoni ma kienx ghadu beda minhabba kumplikazzjonijiet legali fuq tender.
 
Il-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq izda llum saret limitata ghad-domanda kbira li hawn f’pajjizna kemm ghal waterpolo kif ukoll ghall-ghawm.  Hemm bzonn urgent ta’ pixxina ohra f’pajjizna llum qabel ghada.  Sfortunatament jidher li dan il-Gvern mhux talli mhux qed jipjana dan, talli l-pixxina ppjanata ghal gzira t’Ghawdex tpoggiet fuq l-ixkaffa għax “mhix finanzjarjament vijabbli”.  Facilitajiet bhal dawn ghandna bzonnhom daqs il-hobz jekk irridu nifirxu l-prattika ta’ din id-dixxiplina sportiva anke fl-iskejjel taghna halli nrawwmu sportivi godda li ghada jgibulna unuri aktar mill-llum.

Aug 30, 2011

Tlifna gentlom ta' veru

Kieku xi hadd kellu jsaqsini “Liema minn nies li taf, tikkonsidra bhala l-aktar 10 gentlomi ?” Fir-risposta tieghi zgur li ninkludi lis-Sur Edwin Meli bhala wiehed minn ta' quddiem fil-lista. Lis-Sur Edwin ili nafu minn meta ta’ eta’ zghira hafna bdejt ninzel il-pitch tal-waterpolo tas-Sliema. Sfortunatament matul il-lejl li ghadda s-Sur Edwin hallina fl-eta’ ta’ 86 sena. L-ahhar li kellimtu kien proprju l-Hadd li ghadda meta mort narah l-isptar. Laqatni l-mod helu li laqghani bih, minkejja li bilkemm kien ghad fadallu sahha. Kien imdawwar bil-familja kollha madwaru.

Is-Sur Meli kien mhux biss il-President izda fuq kollox kwazi missier ghal dawk kollha li kienu jinzlu l-pitch. Persuna ta’ dixxiplina u serjeta’ kbira izda dejjem bi tbissima u b’xi battuta biex jibghat messagg posittiv. Jistma u jaghti mportanza lil kulhadd. Ma jimpurtax mill-liema background socjali gej, ghalih int importanti. Kien gentlom ma’ kulhadd, anke mal-avversarji. Il-korrettezza kienet ghalih mod ta’ hajja, fil-business, fl-isport u fil-familja li tant kienet ghal qalbu. Ghal xi zmien kien dahal fil-politika mal-PN izda pprefera l-impenn fl-isport.

Ta hafna minn hajtu lill-isport u lil Tas-Sliema. Lis-Sliema Aquatic Sports Club ta’ servizz bhala President ghal 36 sena shah sal-1992 meta gie elett Michael Soler. Is-Sur Edwin kien wiehed mill-kollonni li fuqu nbena l-club tal-waterpolo tas-Sliema ta’ llum u ghalhekk kien xieraq li meta fis-snin disghin il-club gie ristrutturat, il-kumpless issemma ghalih.

Ghalkemm hafna tal-eta’ tieghi u izghar jiftakruh l-aktar bhala President tas-Sliema Aquatic Sports Club, fil-verita’ kien qatta’ zmien twil bhala President anke tal-club tal-football tas-Sliema Wanderers. Fil-fatt kien President mill-1955 sa 1959 u rega serva ta’ President bejn 1961 u l-1962. Fi zmienu s-Sliema Wanderers kienu rebhu xejn anqas minn 12-il unur.

Is-Sur Edwin hallina. Izda l-ezempju tieghu jibqa mhux biss mal-isportivi izda ma’ dawk kollha li f’hajjithom kellhom ix-xorti li jkunu jafuh. Nhar il-Hamis fid-9.30am naghtuh l-ahhar tislima fil-Knisja ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema.

Aug 9, 2011

Gharghur u Exiles - investiment fl-isports

Nhar il-Hadd attendejt għall-inawgurazzjoni tal-ground tal-football ġdid fil-lokalita’ tal-Għargħur b’pitch sintetiku ġdid ta’ kwalita’ u b’facilitajiet ohra godda. Dawn il-facilitajiet godda ikomplu jaghtu stimolu gdid lil kemm lir-rahal kif ukoll lill-klabb tal-futbol li ghadu kif rebah il-kampjonat. Wara l-inawgurazzjoni stajt nara flimkien mal-Prim Ministru presentazzjoni li juri kif kien il-club qabel u pass pass kif sar ix-xoghol. Bi ground li kienu kwazi mizbla illum ghandhom ground mill-isbah. Apparti certu xoghol li sar mit-Taqsima tax-Xoghlijiet, hafna mix-xoghol sar mill-volontiera. Il-Gvern għamel arranġament mal-MFA biex isir investiment ta’ €2 miljun għall-bini ta’ 16-il pitch ġdid tal-football b’turf sintetiku.

Nhar il-Hamis il-Prim Ministru se jinawgura wkoll il-binja gdida tal-club tal-waterpolo tal-Exiles f'Tas-Sliema. Binja tal-aqwa livell u kwalita’. Meta nzilt hemm ftit tal-granet ilu mhux biss ammirajt il-facilitajiet izda ammirajt fuq kollox id-determinazzjoni tal-President u shabu biex jidhlu ghal bicca xoghol ambizzjuza bhal din u jwettquha. Dan huwa club li ghex dejjem fid-dell ta’ clubs ohra gganti bhas-Sliema, Neptunes u San Giljan u ghalhekk dan l-investiment iwiehed irid japrezzah aktar. F’mumenti bħal dawn tapprezza bla ma trid il-ħidma volontarja ta’ dawn il-membri li jiddedikaw ħafna mill-ħin tagħhom għal ġid tal-komunita’ u l-isports !

Ir-rata ta’ parteċipazzjoni f’dixxiplina sportiva f’pajjiżna meta mqabbel ma’ dik tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea hi waħda tajba ħafna. Stħarriġ tal-Eurobarometer juri li 40% taċ-ċittadini tal-UE jipprattikaw xi sport tal-anqas darba fil-ġimgħa. Il-persentaġġ ta’ Malta f’dan ir-rigward ilaħħaq it-48%. Illum aktar minn 10,000 tifel u tifla qed jipparteċipaw f’wieħed mit-8 programmi sportivi mtella’ mill- Kunsill Malti għall-Isports.

Matul l-ahhar snin sar investiment massicc fil-facilitajiet sportivi mifruxa madwar pajjizna. Il-Gvern f’dan il-qasam ukoll investa bil-kbir. Biss biss wiehed irid isemmi li l-Gvern jagħti lill-għaqdiet sportivi għajnuna finanzjarja li tlaħħaq il-€5.5 miljun permezz ta’ 25 skema differenti. Barra hekk daħħalna skema ġdida li permezz tagħha ġenituri li jibgħatu t-tfal f’nurseries jew akkademji sportivi jħallsu anqas income tax. Ir-riżultat ta’ dan kollu hu livell t’għixien aktar b’saħtu għall-uliedna u l-komunita’. Qabża fil-kwalita’ tal-ħajja tan-nies.

Aug 15, 2009

Prosit u Grazzi Blues !

It-team tal-waterpolo tas-Sliema rega gie dikjarat Champions tal-League Nazzjonali wara r-rebha tal-bieran b'16-6 mas-Sirens. Champions ghal 31 darba fl-istorja tal-waterpolo malti. Ma stajtx niccelebra maghhom ghax imsiefer imma kont maghhom fl-ispirtu ! Kien stagun ta' nzul u tlajja. It-team beda hazin hafna. Telfa kontra r-rivali eterni Neptunes u ohra kontra San Giljan. Ma stajniex nibdew aghar. Imma t-team tjieb aktar ma beda diehel l-istagun specjalment meta rega dahal fit-team il-barrani Fodor.

Fl-ahhar zewg loghbiet kontra n-Neptunes it-team kien ikkoncentrat hafna. Kien jaf ezattament kif jikkontrolla l-loghba specjalment mit-tielet sessjoni lil hemm. Apparti Rajmund Fodor fl-opinjoni tieghi zewg players li spikkaw f'dan l-istagun kienu Jerome Gabaretta u Mark Meli. Ma rrid innaqqas xejn mill-kontribut tal-players l-ohra, imma nahseb li dawn kienu l-aktar zewg players li tjiebu b'mod sostanzjali f'dan l-istagun. Josie Cachia fil-lasta rega' kien fundamentali, specjalment bil-wirjiet tieghu kontra n-Neptunes.

Dan kien stagun iehor fejn it-team kien immexxi mill-koppja Sergio Afric u l-ex player tas-Sliema, Peter Decesare. Koppja li minghajr hafna fuss zejjed irnexxielha tistimula l-potenzjal tat-team u ggeghel lit-team jiffoka fl-aktar mumenti mportanti. Minn hawn irrid nghid prosit ukoll lill-kumitat mmexxi ukoll minn ex-players iehor, Michael Gatt. Prosit u Grazzi Blues !