Il-bierah it-team nazzjonali tal-waterpolo gab
unur kbir ghall-pajjizna. Rebah it-tieni
post fil-Kampjonat tal-Commonwealth. Irrid
nghid grazzi lil dawk kollha li ffurmaw parti minn dan it-team li f’temp ta’
ftit gimghat gab rizultati verament posittivi.
L-ewwel fil-loghob fl-Irlanda u issa fil-Kampjonat tal-Commonwealth fl-Iskozja.
Fuq kollox izda rrid nghid grazzi lil dawk kollha li matul is-sena kollha
jaghtu hinhom u sahhithom biex dan l-isport flimkien mal-ghawm ikun ipprattikat
f’pajjizna. Mill-Presidenti tal-clubs
ghal kit managers !
Dan huwa teamsport li matul is-snin b’mod
konsistenti ghamel gieh lill-pajjizna.
Minhabba l-qaghda geografika taghna, ghandna vantaggi marbuta mal-fatt
li pajjizna mdawwar bil-bahar u ghandu klima mill-aqwa, li jmissna nisfruttaw ferm
aktar. Wisq nibza li hafna drabi dan
l-isport mhux dejjem sab l-aqwa sostenn.
Hafna drabi gew investiti flus f’dixxiplini sportivi minghajr ma fiehmna
bizzejjed liema investiment jirrendi l-aktar.
Fis-snin li ghaddew pajjizna offra bosta skemi ta’ ghajnuna ghal diversi
dixxiplini imma forsi ridna nuzaw diskriminazzjoni posittiva akbar favur teamsports
li ghandna vantaggi fih.
Irridu nifhmu lid an l-isport ghamel il-qabza
li ghamel ghax il-clubs investew bi kbir u ghadhom jinvestu bi kbir biex igibu
players barranin ta’ kwalita’ biex il-players u l-istaff tekniku taghna
jiddakru mit-talent u l-esperjenza ta’ dawn il-players. Naf mill-esperjenza u l-kuntatt tieghi
mal-clubs tal-waterpolo l-aktar fid-distretti li nikkontesta jien,
is-sagrificcji anke finanzjarji li jaghmlu hafna drabi l-membri tal-kumitati stess
biex isostnu dan l-izvilupp. Zvilupp li
ghandu bzonn gharfien u rikonoxximent akbar, anke mill-media lokali.
Il-waterpolo ha qabza ‘l quddiem meta saru
l-pitches maghluqa lejn it-tmiem tas-snin sittin u l-bini tal-pixxina f’Wied
il-Ghajn li izda xorta kienet tuza ilma Bahar.
Imbaghad saret qabza kbira ta’ kwalita’ meta saret il-pixxina nazzjonali
moderna gewwa Tal-Qroqq lejn il-bidu tas-snin disghin, fejn ghall-ewwel darba
l-players setghu jitrenjaw matul is-sena kollha u jilghabu f’ilma helu u b’hekk
jidraw jilghabu fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjonijiet barranin. Hadna hsieb ukoll nahdmu biex b’Bugia
jkollhom pixxina gdida u vvutajna l-flus ghaliha. Sfortunatament x-xoghol sal-ahhar elezzjoni
ma kienx ghadu beda minhabba kumplikazzjonijiet legali fuq tender.
Il-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq izda llum
saret limitata ghad-domanda kbira li hawn f’pajjizna kemm ghal waterpolo kif
ukoll ghall-ghawm. Hemm bzonn urgent ta’
pixxina ohra f’pajjizna llum qabel ghada.
Sfortunatament jidher li dan il-Gvern mhux talli mhux qed jipjana dan,
talli l-pixxina ppjanata ghal gzira t’Ghawdex tpoggiet fuq l-ixkaffa għax “mhix
finanzjarjament vijabbli”. Facilitajiet
bhal dawn ghandna bzonnhom daqs il-hobz jekk irridu nifirxu l-prattika ta’ din
id-dixxiplina sportiva anke fl-iskejjel taghna halli nrawwmu sportivi godda li
ghada jgibulna unuri aktar mill-llum.
No comments:
Post a Comment