Nov 30, 2008

Zona pedonali

Il-bierah filghodu nzilt sa Triq it-Torri fejn il-haddiema kienu qed jaghmlu l-ahhar xoghol fuq il-pavimentar gdid. Illum ghandu jinghata l-ahhar wicc bit-tarmac lit-triq biex b'hekk ix-xoghol ikun tlesta 8 ijiem qabel id-data li konna stabbilejna li fih kellu jitlesta x-xoghol kollu.

L-aktar haga li laqtitni kien l-ammont kbir ta' nies li gew fuqi jghiduli kemm hi sabiha t-triq mhux daqstant ghax tlesta l-pavimentar u tnehha l-periklu li kienet toffri l-bankina qabel, izda ghax it-triq kienet maghluqa ghat-traffiku. Kienet hielsa mill-exhaust u mill-istorbju tal-vetturi u n-nies setghu jimxu fit-triq minghajr periklu. "Hekk imisskom thalluha" qalli wiehed anzjan. Hadt gost nara tfal jinzlu fit-triq minghajr periklu u l-genituri komdi jitkelmu u jaraw il-hwienet minflok mohhhom biex jaraw uliedhom fejnhom. Dan jidher bic-car fir-ritratt anke t'hawn.

Inzerta li hin minnhom ltqajt mal-editur ta' The Times, Ray Bugeja, u l-familja tieghu u anke hu seta' jisma dak li bdew jghiduli n-nies li ngabru madwari. Nies li hafna drabi sfortunatament ma jaslux biex jiktbu fuq il-gurnali. Jien heggigthom jiktbu fuq il-gurnali mhux daqstant biex jikkonvincu lili, ghax jien konvint, izda biex jikkonvincu lil dawk li sfortunatament ghadhom xettici mill-htiega ta' zona pedonali ghal qalba tac-centru kummercjali ta' Tas-Sliema.

L-esperjenza sfortunatament urietni li f'pajjizna il-media hafna drabi tispicca abbuzata minn grupp zghir ta' nies li jispiccaw jiktbu ittra wara l-ohra u l-opinjoni taghhom tirbah fuq l-ghajta siekta tal-maggoranza li ma titrasmettiex ruhha f'kitba fil-gurnali. Jien konvint li s-Sliemizi u l-pubbliku ngenerali jixirqilhom centru kummercjali aktar nadif u nieqes mill-periklu, u se nibqa nistinka biex dik il-mira tintlahaq anke billi nkomplu nikkonvincu lil dawk li ghadhom xettici. Xi nies kontra dejjem se jibqa, izda ghandna nibqghu nahdmu biex jirbah il-gid komuni.

Nov 27, 2008

Innehhu l-Kurcifiss ?

Id-dibattitu perenni dwar il-lajċita’ tas-soċjeta’ u tal-pajjizi huwa wieħed jaħraq. Jiġri wkoll li minn zmien għal zmien iseħħu fatti li jerġgħu jqajmu u jiftħu beraħ dan id-dibattitu. Id-deċizjoni li ħa din il-ġimgħa Maġistrat fi Tribunal f’Valladolid fi Spanja, li qatagħha li l-kurċifiss għandu jitneħħa mill-klassijiet u miz-zoni pubbliċi kollha fl-iskola pubblika tal-istess belt "halla titnehha l-impressjoni li l-istat jipreferi r-religjon Kattolika".

Il-kwistjoni kollha tizvolġi madwar l-argument jekk il-prezenza tal-kurċifiss, li hu l-aktar simbolu viziv tal-Kattoliċizmu, f’post pubbliku tmurx kontra l-liberta’ ta’ ħsieb, ta’ espressjoni u ta’ affiljazzjoni ta’ individwu. Id-deċizjoni ta’ Valladolid hija preċedent peress li hija l-ewwel tat-tip tagħha fi Spanja, pajjiz fejn dan id-dibattitu huwa wieħed ħaj ħafna, l-aktar kemm ilha t-tmexxija tal-Gvern ta’ Zapatero.

Eqreb lejn pajjizna, dan it-tip ta’ dibattitu huwa wieħed regolari wkoll fl-Italja. Matul il-leġislatura li għaddiet, kien hemm maġistrat li wkoll laqa’ talba ta’ minorita’ Izlamika u abolixxa l-prezenza ta’ kurċifissi f’postijiet pubbliċi, wara li dawn ħassewhom urtati minħabba impediment tal-liberta’ tagħhom. Il-Gvern Taljan ta’ dak iz-zmien iddeċieda li ma jimxix ma’ dik id-deċizjoni, minkejja li l-gvern kien maghmul minn Kristjani prattikanti u anke ateisti.

Għall-grazzja t’Alla, dawn il-polemiċi għadhom ma waslux f’artna. Aħna poplu bi storja twil ta’ Kristjanezmu. Jien intenni dak li ddikjara l-Papa Ġwanni Pawlu II nhar il-Ħadd 15 ta’ Settembru 2002 meta ddikjara li "f’dinja dejjem aktar sekulari u materjalista, il-prezenza ta’ simbolu tal-fidi, bħalma hu l-kurċifiss qed issir dejjem aktar importanti f’postijiet pubbliċi".

Onestament naqbel totalment ma' dak li qal Mons. Rodriguez Plaza, Arcisqof ta' Valladolid wara din id-decizzjoni, "il-Kurcifiss f'kultura bhal taghna ma joffendi lil hadd, ghax il-Kurcifiss huwa biss simbolu ta' mhabba u paci"

Nov 22, 2008

Deroga ohra ghall-agrikoltura ta' pajjizna

Fil-granet li ghaddew kont prezenti ghan-negozjati twal u intensivi li kkarratterizzaw il-laqgha tal-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura li saret fl-ahhar jiem fi Brussels. Taht il-Presidenza Franciza tal-UE rnexxielha tilhaq ftehim fuq ir-riforma msejjha Health Check tal-Politika Agrikola Komuni wara sieghat twal ta' negozjati. Bizzejjed nghid li bqajna mqajmin matul il-lejl kollu ta' bejn l-Erbgha u l-Hamis.

Waqt il-laqgha ghamilt kaz biex pajjizna jkollu aktar flessibilita’ fl-uzu ta’ fondi sabiex ikun jista’ jindirizza sfidi specifici fis-settur tal-produzzjoni tal-halib. Kien ghalhekk ta’ sodisfazzjon ghal Malta li fil-ftehim finali ta’ din ir-riforma nghatat deroga sabiex Malta tkun tista’ tuza sa’ massimu ta’ €2 miljuni mill-fondi taghha ghal dan il-ghan.

Dan huwa sinifikanti l-aktar meta wiehed iqis li dan jammonta ghal madwar 40% tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ Malta ghal dan is-settur u ghalhekk wiehed japprezza li l-livell tal-flessibilita’ ghal pajjizna issa huwa wiehed konsiderevoli. Huwa ta' sodisfazzon ghalija li l-issues ewlenin imqajma mis-settur agrikolu Malti gew indirizzati b’mod pozittiv fil-ftehim finali tar-riforma u li dawn id-diskussjonijiet kienu konferma ohra tal-importanza li pajjizna jkun partecipi fit-tehid tad-decizjonijiet.

Nov 20, 2008

The Art of Fortress Building in Hospitaller Malta

Ghadu kemm gie f'idejja l-ktieb The Art of Fortress Building in Hospitaller Malta ta' Stephen C. Spiteri, is-Supretendent tal-Fortifikazzjonijiet ta' pajjizna. Dan il-ktieb stupend huwa studju dettaljat ta' kif il-Kavallieri tal-Ordni u l-inginiera militari iddisinjaw, bnew, irrangaw u armaw id-difiza ta' pajjizna matul it-268 sena presenza taghhom f'pajjizna.

Il-ktieb jezamina b'mod dettaljat il-materjali, l-ghodda, t-teknika u sahansitra id-diffikultajiet teknici u amministrattivi li kellhom jiffacjaw l-inginiera militari biex jibnu dan in-network ta' fortifikazzjonjiet. Dan il-ktieb jezamina l-organizazzjoni tal-workforce li kienet maghmula minn inginiera, surveyors, draughtsmen, imghalmin tal-bini u mijiet ta' haddiema tas-sengha.

Il-ktieb ihares fid-dettall anke kif il-Kavallieri rrekordjaw dak kollu li kien qed isir f'dan l-esercizzju. Stephen Spiteri ma halla l-ebda dokument bi kwietu ! Il-ktieb jinkludi fih ukoll mijiet ta' illustrazzjonijiet, ritratti, pjanti, sketches, u hafna rikostruzzjonijiet grafici li pinga l-awtur stess tal-ktieb. Din il-grafika taghmel lil dan il-ktieb tassew haj u effettiv.

Lil Stephen ili nafu. Huwa iben wiehed mill-aqwa periti ta' pajjizna, l-Perit Joe Spiteri. Kemm ili Ministru responsabbli mit-Taqsima tax-Xoghlijiet sirt nafu aktar. Huwa persuna metikoluza u istruwit ferm f'dan is-suggett. Noghxa nisimghu jitkellem. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Stephen ghal dan il-kapolavur li ghandu jkun f'idejn kull persuna li thobb l-wirt storiku ta' pajjizna.

Nov 16, 2008

Festa tal-Ghasel

Il-bierah filghodu attendejt il-Festa tal-Għasel li ttellgħet fi Ġnien Romeo Romano f'Santa Venera mill-Kunsill Lokali Santa Venera flimkien mad-Dipartiment tal-Apikultura fid-Diviżjoni tal-Agrikoltura. It-trobbija tan-naħal hi popolari ħafna fil-gżejjer Maltin u bosta jfittxu biex jixtru u jikkunsmaw l-għasel awtentiku u prodotti oħra tan-naħal. Anke l-isem Malta hemm min jghid li tnissel mill-kelma Griega Mel, li tfisser għasel.

Mijiet ta' nies zaru l-festa tal-Għasel u xtraw prodotti magħmula min-naħal mingħand l-għaxar produtturi tal-għasel li ħadu sehem. Għall-bejgħ kien hemm għasel differenti, inbid magħmul mill-għasel, jam, ħelu u xemgħa. Apprezzajt hafna l-istand li tellghu l-istudenti tal-Istitut ghall-Istudji Turistiċi (ITS) fejn ħejjew ikel u xorb a bazi ta' għasel. Nittama li din l-attivita' ndahluha flimkien mal-Kunsill Lokali Santa Venera ukoll fil-kalendarju annwali tal-attivitajiet li jipromwovu l-prodotti lokali.
Mas-Sindku ta' Santa Venera u kunsilliera ohra kelli opportunita' ndur parti ohra ta' Gnien Romeo Romano li kont ghadni qatt ma zort u li sa llum ma hiex miftuha ghall-publiku. Nnutajt il-potenzjal kbir li ghandu dan il-gnien f'din iz-zona urbana fejn huwa nieqes l-ispazju miftuh. Weghdthom li flimkien mat-Taqsima tax-Xoghlijiet u l-Unit ghar-Restawr naraw kif nziedu r-ritmu tal-programm tar-restawr u ri-abilitazzjoni ta' dan il-gnien.

Nov 15, 2008

Tree Planting Weekend

Il-bierah filghodu mort sa Ghajn Tuffieha nara lit-tfal joghxew ihawlu s-sigar bhala parti mit-Tree Planting Weekend. Din l-attivita' tifforma parti mill-inizjattiva 34U li issa sar tant popolari. Jien dejjem nghid li dan il-programm beda minn inizjattiva tal-Gvern hames snin ilu imma issa sar programm tal-poplu. Il-poplu wiegeb b'qawwa kbira u addotta eluf ta' sigar.

Bizzejjed nghid li fl-ahhar sentejn biss f'pajjizna thawlu 'l fuq minn 50,000 sigra. huwa veru li l-gvern ilesti l-infrastruttura bhal hitan tas-sejjiegh, riserva ta' ilma u sistema ta' tisqija imma mbaghad is-sigar li thawlu kollha nghataw minn persuni, minn familji jew minn kumpaniji.

Permezz ta' dan il-programm irnexxielna nkissru parti ukoll mill-percessjoni li f'dan il-pajjiz difficli jikbru s-sigar. F'dan il-programm qed inhawlu sigar indigeni ta' pajjizna bhal harrub, ballut, gharghar, zebbug u znuber.

Apparti t-tfal il-bierah hawlu mijiet ta' sigar raprezentanti u haddiema ta' bosta kumpaniji li taw donazzjoni ta' sigar fosthom Hotel Excelsior, Baxter, C.Degiorgio u Systec. Minn hawn nixtieq nirringrazzjhom kollha. It-Tree Planting Weekend ikompli llum u ghada gewwa Ghajn Tuffieha fiz-zona ezatt wara l-hotel Radisson Golden Sands. Ejja int ukoll sabiex filwaqt li tiddeverti taghti sehmek ukoll biex inkomplu nhaddru pajjizna.

Nov 12, 2008

Il-Green Flag - bandiera ta' impenn

Il-bierah jien u Dolores Cristina attendejna Seminar tal-Programm EkoSkola fis-Siġġiewi. Attivita' helwa fejn ghal darb'ohra spikka l-entuzjazmu li ghandhom it-tfal biex jitghallmu fuq l-ambjent. Dan il-programm issa sploda. Meta bdejnih 7 snin ilu kellna biss 6 skejjel, issa ghandna 94 skola tippartecipa fih. Spluzzjoni posittiva. Uhud mill-iskejjel inghataw il-Green Flag, turija li lahqu standard ta' livell gholi. It-tfal b'ucuh ferhana qishom rebhu l-akbar rigal li taf taghtihom id-dinja !

Meta tkellimt ma stajtx ma nirringrazzjax lil Dr.Paul Pace, ko-ordinatur tal-programm u lil Vince Attard, President tan-Nature Trust li maghha norganizzaw dan il-programm. Il-bierah habbart ukoll li f’Jannar li ġej, se norganizzaw Climate Change Kids Summit, fejn numru ta' tfal li jippartecipaw fil-programm EkoSkola se jkunu mistiedna sabiex jattendu għal din l-attivita’ mifruxa fuq weekend sabiex jiddiskutu il-bdil fil-klima.

Heġġiġt ukoll lill-iskejjel sabiex isiru huma wkoll Carbon Neutral, jiġifieri jroddu lill-ambjent siġar li jinnewtralizzaw il-volum ta’ diossidju tal-karbonju (CO2), li l-iskejjel ikunu kkontribwew permezz tal-konsum tad-dawl tagħhom. Spjegajt li bhala Gvern ahna determinati li s-sena d-dieħla jitfassal Carbon Neutral Programme għal pajjiżna.