Showing posts with label wirt storiku. Show all posts
Showing posts with label wirt storiku. Show all posts

May 2, 2012

Ħajja ġdida lit-Torri t'Għajn Żnuber

X’differenza ! It-Torri t’Ghajn Żnuber kif kien ghal kif inhu issa.  Stajt nara dan il-bierah meta żort ix-xogħlijiet ta’ restawr li saru fuq dan it-torri. Dan jinsab fil-Park Nazzjonali tal-Majjistral fil-Mellieħa. Minn meta nfetaħ il-Park Nazzjonali tal-Majjistral fl-2007 bdew numru ta’ xogħlijiet marbuta mar-riġenerazzjoni ta’ din iż-żona biex dan il-park jitgawda aktar għal mixjiet fil-kampanja.  Ian Castaldi Paris chairperson tal-Bord tal-Park tal-Majjistral, li akkumpanjani f’din iż-żjara, spjega li issa t-torri se jibda jintuża bħala Ċentru tal-Viżitaturi.



Mhux magħruf eżattament meta nbena biss jidher li m' huwiex torri li nbena fi żmien il-ħakma tal-Kavallieri. L-indikazzjonijiet juru li dan it-torri nbena għall-ħabta tal-aħħar tas-seklu dsatax meta fl-inħawi ta’ Għajn Żnuber huwa dokumentat li kienu jgħixu 12-il persuna. It-torri huwa mibni fuq stil ta’ razzett tipikament Malti u jidher li kien jappartjeni lill-familja Ciantar. Filfatt għad issib min isejjaħ dan it-torri bħala Torri Ciantar.   Li hu żgur u li dan it-torri ntuża fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Kien jilqa’ fih numru ta’ uffiċjali li kienu jkunu għassa biex jilmħu l-attakki mill-ajru lejn Malta.



L-istruttura ta' Għajn Żnuber kienet mibnija minn ġebel tal-qawwi tas-sekonda biex tkun tiflaħ għall-elementi peress li t-torri jinsab f'post espost għar-riħ u qrib il-baħar.  Matul is-snin ġarrab ħsarat kbar tant li kważi kien imġarraf għal kollox. Il-ġebel li ntuża fir-restawr inġieb mill-Mellieha stess biex ikun jaqbel mal-ġebel eżistenti.  Iż-żewġ livelli tat-torri kellhom jerġgħu jissaqqfu mill-ġdid bix-xorok minn travu għall-ieħor. Twaqqa’ wkoll it-taraġ tal-concrete li kien hemm u minflok inbena taraġ tal-ġebel bl-istess materjal użat għat-torri.  Fadal biss xi xogħol żgħir inkluż l-installazzjoni tal-aperturi ta'  barra.



Irrid inrodd ħajr lill-Perita Jean Frendo li mexxiet ix-xogħol ta’ restawr flimkien mal-ħaddiema tar-Restoration Unit fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Dan ir-restawr jingħaqad mal-kullana ta’ madwar 50 proġett ta’ restawr li għamilna f’pajjiżna fl-aħħar 4 snin. Dawn l-interventi tar-restawr ħolqu opportunitajiet ta’ xogħol, wrew il-kapaċita’ tal-ħaddiem u qed iwasslu biex il-ġenerazzjonijiet ta’ warajna jgawdu wkoll il-wirt storiku ta’ pajjiżna.  Nispera li jkun apprezzat.  Qed ngħid hekk għax sfortunatament waqt li kien għaddej ix-xogħol mhux darba jew tnejn li l-ħaddiema sabu min iħott anke xogħolhom !  Tal-mistħija.

Mar 25, 2009

Kunvent tal-genn !

"Xi kultant verament li m'ahniex konxji bizzejjed tal-wirt kbir li ghandna f'pajjizna." Ghidt hekk bejni u bejn ruhi meta dan l-ahhar zort il-Kunvent tal-Karmelitani gewwa l-Imdina. Matul l-ahhar xhur sar xoghol kbir ta' restawr fil-knisja u l-monasteru li nbnew ghal habta tas-sena 1660. Izda fil-verita' meta tinzel anke fis-sulari t'isfel malajr tinduna li qabel il-monasteru diga kien jezisti bini iehor. Dan huwa evidenti mill-istil tal-bini u l-gebel uzat. Bizzejjed nghid li f'postijiet minnhom hemm diversi drabi kolonni Rumani uzati fis-sulari t'isfel.

Kull rokna ta’ dan il-monasteru fih storja, kif inhu l-każ tal-Oratorju fejn il-patrijiet Karmelitani kienu jinġabru u li fejn sa’ llum għad hemm l-ewwel altar oriġinali tal-injam li kien maħdum fl-1670. Il-monasteru ghandu gmiel ta' refettorju u kcina antika li hija mghammra anke bl-ghodda li kienet tintuza fl-imghoddi. Hemm rikkezzi sbieh hafna fil-knisja, fosthom pittura ta’ Mattia Preti, minkejja dak li serqu l-Francizi fl-1798.
Aspett interessanti ta’ dan il-mużew huwa li wieħed jista’ jidħol ukoll f’ċella tipika li hija xhieda ħajja tas-sempliċita’ u l-ġabra li kienu jirrenjaw f’din l-ordni reliġjuża. Hemm ukoll għall-wiri oġġetti oħrajn ta’ interess u kurżita’ bħalma huma ilbies liturġiku antik li kienu jiġu meħjuta mis-sorijiet tal-klawsura. Ix-xogħol impressjonanti ta’ restawr li sar f’dan il-post huwa l-aktar evidenti fil-knisja fejn jispikka l-kwadru titulari tal-Annunzjata, xogħol ta’ Stefano Erardi.

Ma nistax ma nghidx prosit lis-Sur Neville Agius li dahal b'ruhu u gismu ghal din il-bicca xoghol ambizzjuża u li issa tista titgawda anke ghax l-Ordni Karmelitan ghazel li jaghti din l-opportunita’ ta’ partnership mal-privat. Nhar is-Sibt 4 t'April se norganizza Harga Kulturali sa dan il-post. Jekk jinteressak cempel fuq 21344589.

Nov 20, 2008

The Art of Fortress Building in Hospitaller Malta

Ghadu kemm gie f'idejja l-ktieb The Art of Fortress Building in Hospitaller Malta ta' Stephen C. Spiteri, is-Supretendent tal-Fortifikazzjonijiet ta' pajjizna. Dan il-ktieb stupend huwa studju dettaljat ta' kif il-Kavallieri tal-Ordni u l-inginiera militari iddisinjaw, bnew, irrangaw u armaw id-difiza ta' pajjizna matul it-268 sena presenza taghhom f'pajjizna.

Il-ktieb jezamina b'mod dettaljat il-materjali, l-ghodda, t-teknika u sahansitra id-diffikultajiet teknici u amministrattivi li kellhom jiffacjaw l-inginiera militari biex jibnu dan in-network ta' fortifikazzjonjiet. Dan il-ktieb jezamina l-organizazzjoni tal-workforce li kienet maghmula minn inginiera, surveyors, draughtsmen, imghalmin tal-bini u mijiet ta' haddiema tas-sengha.

Il-ktieb ihares fid-dettall anke kif il-Kavallieri rrekordjaw dak kollu li kien qed isir f'dan l-esercizzju. Stephen Spiteri ma halla l-ebda dokument bi kwietu ! Il-ktieb jinkludi fih ukoll mijiet ta' illustrazzjonijiet, ritratti, pjanti, sketches, u hafna rikostruzzjonijiet grafici li pinga l-awtur stess tal-ktieb. Din il-grafika taghmel lil dan il-ktieb tassew haj u effettiv.

Lil Stephen ili nafu. Huwa iben wiehed mill-aqwa periti ta' pajjizna, l-Perit Joe Spiteri. Kemm ili Ministru responsabbli mit-Taqsima tax-Xoghlijiet sirt nafu aktar. Huwa persuna metikoluza u istruwit ferm f'dan is-suggett. Noghxa nisimghu jitkellem. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Stephen ghal dan il-kapolavur li ghandu jkun f'idejn kull persuna li thobb l-wirt storiku ta' pajjizna.

Jun 20, 2008

Ninvestu fil-passat ghall-futur !

Dalghodu kelli l-opportunita nindirizza Seminar dwar ix-xoghol ta' restawr li se jkun qed isir fis-seba' snin li gejjin fuq parti sostanzjali tal-fortifikazzjonijiet ta' pajjizna. Proġett li qed jitqies bħala l-akbar wieħed tax-xorta tiegħu fl-istorja ta' pajjiżna. Se jsiru nterventi ta' restawr fuq parti mis-swar tal-Belt Valletta, il-Birgu, l-Mdina u ċ-Ċittadella f'Għawdex.

Dawn il-proġetti, ta' restawr b'investiment t'aktar minn €36 miljun minn fondi Ewropej, jinvolvu madwar 135,000 metru kwadru ta' fotifikazzjonijiet u perimetru ta' aktar minn 6 kilometri hu mistennija li jsiru fuq perjodu ta' 7 snin.

Is-seminar kien mahsub biex ilaqqa flimkien l-istakeholders u l-kuntratturi privati li behsiebhom jippartecipaw fit-tenders pubblici li se jibdew johorgu ghax-xogħolijiet fuq il-fortifikazzjonijiet. Għal dawn l-aħħar sentejn saru l-preparamenti meħtieġa biex issa jkun jista' jibda x-xogħol fuq dawn is-swar u s-siti storiċi.

Laqtuni l-prezentazzjonijiet li taw il-periti tat-Taqsima tar-Restawr. Jidher bic-car id-dedikazzjoni u x-xoghol dettaljat li dahlu ghalih. Waqt il-prezentazzjonijiet ghidt lid-Direttur Generali li mportanti li dan it-taghrif jinghata ukoll lill-komunitajiet tal-erba' postijiet fejn se jsiru l-interventi kif ukoll lill-kumplament tal-komunita'. Meta tkellimt ghidt ukoll li nemmen li pajjizna ghandu bzonn ta' esebizzjoni permanenti tal-fortifikazzjonijiet Maltin sabiex il-generazzjonijiet iz-zghar kif ukoll it-turisti jkollhom opportunita' jifhmu l-wirt kbir li ghandna.