Illum pajjizna jiccelebra 10 snin mis-shubija
fl-Unjoni Ewropea. Dak ma kienx ikun
possibli kieku ma rebahx il-vot IVA sena qabel fir-Referendum, minkejja l-bizat
mizrugha mill-Partit Laburista f’kampanja mill-aktar aggressiva. Illum 74% tal-poplu jemmen li Malta marret
tajjeb fl-Unjoni Ewropea. Ovvjament ferm
aktar mill-52% li kienu vvutaw favur dik is-shubija fl-2003. Dan il-fatt wahdu huwa definiitivament l-akbar
sodisfazzjon li ghandhom nies bhal Eddie Fenech Adami, Joe Borg, Lawrence
Gonzi, Simon Busuttil u tant politici ohra li bhali kienu mpenjati favur
is-shubija. Kburin li tajna sehemna.
Illum niehdu gost niccelebraw ir-rebha
tal-fiducja fil-poplu Malti kontra l-biza li nimbelaw mill-balena ! Min
dakinhar ma vvutax favur sfortunatament gie uzat minn mexxejja politici ohra li
kienu kontra dan il-progett politiku ghall-pajjizna. Ma kellhomx il-vizjoni ta’ pajjiz modern
miftuh, imma pajjiz izolat “protett” mill-barranin. Mhux biss ma kienux is-shubija ta’ pajjizna
fl-Unjoni Ewropea imma qatt ma kienu favur l-Unjoni Ewropea nnifisha bhala
l-akbar progett politiku mit-tieni gwerra dinjija ‘l hawn.
Is-shubija fl-UE gabet qabza ta’ kwalita’
lis-socjeta’ taghna. Gabet investiment
akbar lejn pajjizna, gabet swieq miftuha ghall-intraprizi Maltin, gabet eluf
ta’ miljuni investiti fl-edukazzjoni, fis-sahha, fl-ambjent ta’ pajjizna. Gabet titjib sinifikanti fl-istandards
taghna. Gabet fuq kollox bidla fil-mentalita’.
Fadlilna x’naqdfu izda biex nahsbu b’mohh ewropew. Rari nitkellmu fuq il-progett politiku jismu
Unjoni Ewropea. Bilkemm naghmlu dan anke
fil-kampanja ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ! Dan ma jghoddx ghalina
biss. Sfortunatament ghadna nharsu wisq
lejn l-UE biss bhala fond ta’ flus u kwazi xejn aktar. Ftit li xejn qatt niddedikaw hin biex nahsbu
x’ghandhom ikunu l-passi li godda li rridu naghmlu biex insahhu dan il-progett
politiku.
Hafna jirrikonoxxu li din l-Ewropa mxiet hafna
‘l quddiem imma jonqosha hafna aktar x’taqdef ‘l quddiem. Il-progett Ewropa sfortunatament
qiesu stagna. Forsi anke ghax kien komdu
ghal certi politici biex iwahhlu l-krizi ekonomika taghhom f’haddiehor,
fl-Unjoni Ewropea. Hafna qed ihossu li
din l-Ewropa saret tidher wisq bhala istituzzjoni finanzjarja, u ma ghadhiex
bizzejjed mutur politiku b’kuxjenza socjali. Xi kultant qed nonqsu wkoll ahna li ftit li
xejn nuzaw lingwagg posittiv u ftit li xejn nitkellmu fuq il-kisbiet ta’ din
l-Unjoni Ewropea. Xi kultant anke f’pajjizna il-progetti ffinanzjati mill-UE
niehduhom for granted. Progetti li kienu
jibqghu biss fuq il-karta kieku ma kellniex l-ghajnuna finanzjarja qawwija
tal-UE, li ghadha temmen fil-politika ta’ solidarjeta’ fejn il-pajjizi li
zviluppaw l-aktar jghinu lil dawk li fadlilhom jizviluppaw.