L-abbozz
tal-Unjonijiet Civili kellu jkun fuq Unjonijiet Civili.
Imma dan mar lil hemm minn dak li l-Gvern stess kien iddikjara li kellu
jkun. Morna ghal zwieg bejn persuni
tal-istess sess. Konna dejjem cari. Nemmnu li zwieg ghandu jkun bejn mara u
ragel. Dan ma jfissirx li ma nemmnux li
ghandu jkun hemm relazzjoni legali (unjoni civili) bejn persuni tal-istess sess
li jiddikjaraw li jinhabbu, speċjalment
biex ikunu mħarsin l-obbligi lejn xulxin anke jekk din ir-relazzjoni tispiċċa. Imma dak m’ghandux jissejjah zwieg.
Il-Gvern hu evidenti li spicca jiproduci hallata ballata. Halla elementi fil-ligi taz-zwieg bejn ragel
u mara anke ghal zwieg bejn zewg persuni tal-istess sess. Kien ghalhekk li
l-Oppożizzjoni talbet li titneħħa r-referenza ghal ċertu kundizzjonijiet li
fiż-żwieġ jafu jwasslu għall-annullament, bħal impotenza jew in-nuqqas ta' atti
sesswali, ma jkunux jgħoddu għall-unjoni ċivili. Ghidnilu li b’hekk se jispicca anke
jinsulenta lill-persuni tal-istess sess li jridu jinghaqdu f’Unjoni Civili. Imma
l-Gvern ta’ Joseph Muscat kompla jwebbes rasu.
Iktar minn hekk, l-Oppożizzjoni pproponiet li fil-liġi dwar
l-unjoni ċivili ma jkunx hemm riferenza għall-adozzjoni tat-tfal mill-koppji
tal-istess sess, iżda din għandha titpoġġa fil-Liġi tal-Adozzjoni. Biex dan
isir sew, l-Oppożizzjoni pproponiet li l-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali jniedi
studju serju dwar l-adozzjoni f'pajjiżna, li jekk hemm bżonn iwassal għal
tibdil fil-Liġi tal-Adozzjoni. Anke ghax
sa llum il-maggoranza temmen li t-trobbija tat-tfal idealment issehh bis-sehem
ta' koppja ta' ragel u mara. Nemmen li qed naghgglu zzejjed fuq
kwistjoni verament sensittiva ghat-tfal li jigu addottata. Huwa evidenti li ma hemmx provi cari li tfal
addottati minn kopja tal-istess sess ikollha trobbija hazina, imma daqstant
iehor ma hemmx provi definittivi li tfal addottati minn koppja tal-istess sess
ikollhom trobbija li ma thalliex effetti negattivi fuq it-tfal. Jezistu bosta studji, hafna drabi
konfliggenti. Hu ghalhekk li fuq issue
sensittiva bhal din hemm htiega li wiehed ghalissa jadotta l-Precautionary Principle, igifieri fejn
ma hemmx certezza tkun aktar kawt.
Qed immorru anke lil hemm minn fejn partiti socjal
demokratici ewropej sa llum jaccettaw.
Ftit tal-gimghat ilu l-mexxej tac-centru xellug fl-Italja, Matteo Renzi
qal hekk: “Ahna nispiraw ruhna mill-mudell Germaniz ta’ Civil Partnership fejn
mhux accettabli adozzjoni ta’ tfal minn zewg persuni tal-istess sess”. Sadanittant hawn Malta Joseph Muscat ridna mmorru
anke oltre.
Dan il-Gvern ried jghaggel u anke njora l-emendi li resqet
l-Opposizzjoni. Kellu opportunita’
jaccetta dawn l-emendi sabiex din il-ligi jkollha kunsens miz-zewg nahat tal-Kamra
izda l-Gvern ried iwebbes rasu, biex ipoggi lill-Opposizzjoni f’sitwazzjoni
mbarazzanti, li jew tghid Iva u allura tigi tivvota anke hi fuq dawn l-issues
ta’ mportanza kbira, inkella tghid Le u tidher kontra l-Unjoni Civili. Ghax ahna favur l-Unjoni Civili imma mhux
aktar, iddecidejna wara diskussjoni twila, li nastjenu ghax hekk nemmnu li
l-ahjar li naghmlu fic-cirkostanzi li gabna dan il-Gvern. Imma ghax konsistenti vvutajna favur l-emenda fil-Kostituzzjoni li Membru Parlamentari Nazzjonalista Claudette Buttigieg ippreżentat biex b’hekk jiżdied il-ħarsien kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali.
1 comment:
Nixtieq nirrakkomanda wieħed mill-aktar spiritwalisti rispettati ta’ żmienna. Huwa raġel li għen lil ħafna nies fil-belt waqt sitwazzjonijiet diffiċli.
Xi nies saħansitra jsejħulu “mini god” minħabba l-abbiltajiet spiritwali qawwija tiegħu u l-mod kif jgħin lil dawk li jiġu għandu għall-gwida.
Tista’ tibgħatlu messaġġ fuq WhatsApp: +2349046229159
Email wightmagicmaster@gmail.com
Jekk jogħġbok tkellem miegħu b’edukazzjoni u spjega s-sitwazzjoni tiegħek b’mod ċar, u hu jagħmel l-almu tiegħu biex jgħinek.
Huwa joffri gwida u appoġġ spiritwali għal sitwazzjonijiet differenti, inklużi:
• Kwistjonijiet ta’ mħabba u relazzjonijiet, inkluż għajnuna biex terġa’ tikkonnettja ma’ eks.
• Ir-restawr ta’ żwiġijiet u relazzjonijiet imħarbta.
• Talb u ritwali spiritwali għall-protezzjoni u l-avvanz.
• Rimedji erbali għall-fejqan tal-HIV, il-kanċer, l-herpes.
• Talb għall-fertilità u appoġġ spiritwali għal koppji li jixtiequ jikkonċepixxu fi ftit ġimgħat.
• Abbiltà ta’ telekineżi. Abbiltà li jibdlu l-forma.
• Ritwali u talb għal ġid immedjat.
• Għajnuna spiritwali f'sitwazzjonijiet diffiċli bħal każijiet fil-qorti, irkupru ta' proprjetà mitlufa, u sfidi oħra tal-ħajja.
Ħafna nies irċevew għajnuna u gwida permezz tax-xogħol spiritwali tiegħu.
Post a Comment