Dec 24, 2007

Bicca art ghal club tal-Luxol

Nhar is-Sibt gie iffirmat ftehim bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-club tal-Luxol halli bicca art li tinsab bejn l-iskola Primarja ta' Pembroke u l-ground il-kbir tal-Luxol, tigi zviluppata mill-istess club ghal facilitajiet sportivi li mbaghad jintuzaw ukoll mill-istess skola.

Kien madwar xi sena u nofs ilu ukoll li l-club tal-Luxol talabni nintervjeni mal-Ministru Louis Galea halli tigi diskussa l-proposta li l-club jizviluppa din l-art li sa llum hija mitluqa u qajla uzata mill-iskola. Irrid nghid li sibt koperazzjoni kbira minn naha ta' Louis Galea li kumbinazzjoni ghandu lit-tifel tat-tifla, Michael, jattendi fin-nursery tal-Luxol li llum tharreg mal-550 tifel u tifla.

Sehem shih sabiex naslu ghal dan il-ftehim kellu ukoll ic-Chairman tal-FTS, Foundation for Tomorrow's Schools, Ray Fenech. Il-ftehim gie ffirmat mis-CEO tal-Luxol Norman Darmanin Demajo u mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Sfortunatament ma kienx hemm maghna Paul Falzon, il-President tal-Luxol li kien imsiefer. Bhas-soltu l-perseveranza ta' Pawlu halliet il-frott !

No comments: