Dec 3, 2007

Chavez tellief - Poplu rebbieh

Ikolli nistqarr li l-fenomenu Hugo Chavez fil-Venezuela jolqotni. Minn naha ma nistax ma ninnotax ir-rieda tieghu li jifrex il-gid fost dawk li minkejja li l-pajjiz bih ir-risorsi matul l-ahhar 30-40 sena xorta baqghu foqra.

Minn naha l-ohra ikolli nammetti li nistmerr l-avvanzi tmexxija arroganti u kwazi despotika li dahhal fil-pajjiz matul l-ahhar 9 snin, fejn sahansitra sa certu punt ikkontrolla l-istampa hielsa.

Ir-rizultat tal-bierah fejn il-poplu Venezwelan vvota kontra f’referendum li permezz tiegħu Chavez kien qed jitlob poteri akbar ghalih sabiex skond hu isaħħah s-soċjalizmu fis-seklu 21.

Chavez għamel kampanja qawwija favur vot iva. Meta tqis il-kontroll assolut li Chavez kwazi akkwista kemm ilu jmexxi l-pajjiz, il-possibiltajiet tiegħu li jirbaħ dehru akbar. Imma l-poplu tkellem u l-maġġoranza waqqfet il-proposti tal-President. Fl-ewwel telfa elettorali li sofra kemm ilu fil-poter, Chavez ra l-proposti tiegħu jiġu mwarrba minn poplu li beda jinduna li d-demokrazija tal-pajjiz tinsab taħt theddida.

Il-popli tad-dinja jgħozzu d-dritt tad-demokrazija, kemm jekk qegħdin l-Ewropa, l-Afrika kif ukoll f’kull rokna oħra tad-dinja. Għad hawn popli oppressi li m’għandhomx vuċi pero l-ġlieda għad-demokrazija hija waħda fejn fiha tabilħaqq, is-sewwa jirbaħ zgur.

1 comment:

Anonymous said...

Naf pajjiz iehor li kellu mexxej iehor tipo Chavez.. u ma niskantax jekk Hugo giex ftit sa Malta fis-snin sebghin u tmenin ghal kors ghand il-Perit ta' Triq Xintill...