Il-bierah kont prezenti ghall-iffirmar tal-ftehim bejn il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u l-Msida St Joseph F.C., biex ground tat-turf artifiċjali ġdid li sar fil-Junior Lyceum, Kulleġġ San Ġorġ Preca, Ħamrun, jibda jintuża wara l-ħin ta’ l-iskola mill-club Misidjan.
Kien madwar xi sena u nofs ilu l-club tal-Imsida kien talabni nghinhom isibu facilita' suriet in-nies fejn ikunu jistghu jitrenjaw. Kont immedjatament kellimt lil Ministru Louis Galea li mill-ewwel irrisponda billi gie mieghi jara l-facilita' limitatissima li dawn kellhom hdejn l-iskola specjali tal-Imsida. Minn dakinar bdejna naraw kif insibu soluzzjoni.
Louis Galea kien hareg bl-idea li l-ground tal-Junior Lyceum galadarba kien se jkun upgraded ikun tajjeb li jsir ftehim biex il-club jibda juzah wara l-hin tal-iskola u fil-weekend. Hareg ukoll bl-idea li l-club tal-Imsida jassisti lit-tfal tal-Junior Lyceum billi jaghti training specjalizzat fil-football.
Ghalhekk gie mfassal ftehim legali, fil-fatt storiku, li bih se jsir sharing ta' facilitajiet sportivi bejn club sportiv u skola tal-istat. Dan issa se jservi ta' mudell ghal diversi ftehim li se jkunu qed isiru ma' għaqdiet sportivi ohra f'pajjizna. Wicc il-President ta’ l-Imsida St Joseph FC, Robert Farrugia, u Antoine Portelli, ex President, kienu jixghelu l-bierah issa li wasalna.
No comments:
Post a Comment