Mar 13, 2008

Hatra ta' fiducja

Il-bierah filghaxija il-Prim Ministru Lawrence Gonzi talabni mmur Kastilja fis-6.00pm. Il-mument li dhalt hdejh kont veru kommoss. Fil-gimghat li ghaddew ghaddejt minn mumenti difficli u ma kontx cert li se jirnexxieli nikseb bizzejjed fiducja mill-elettorat biex nitla. Kont bezghan ukoll li l-kampanja ta' tfigh ta' tajn li ghamlet l-Opposizzjoni se jkollha impatt fuq ic-cansijiet tal-PN. Imma dejjem bqajt nemmen li - Is-Sewwa jirbah. Ghalhekk meta dhalt fl-ufficcju tal-PM kont kommoss u bilkemm kont naf x'se nghidlu.

Il-Prim Ministru offrili l-kariga ta' Ministru tar-Rizorsi u Affarijiet Rurali. Bazikament ghandi r-responsabilitajiet li kelli qabel inkluz dak tal-immanigjar tal-iskart, afforestazzjoni, agrikoltura u sajd imma tnaqqas il-Mepa. Ma' dawn issa zdiedu ukoll ix-xoghlijiet pubblici u restawr, kif ukoll responsabilitajiet li ghandhom x'jaqsmu mar-rizorsi inkluz energija alternattiva u t-tiftix ghaz-zejt. Responsabilita' ohra hija dik tal-politika tax-Xjenza u Teknologija, inkluz Ricerka u Innovazzjoni. Ministeru mdaqqas mhux hazin !

Hassejtni kommoss bil-fiducja li l-PM wera fija ghal darb'ohra. Accettajt b'sens ta' responsabilita' u lealta lejn il-persuna li dejjem emmint li ghandu kwalitajiet kbar.

Il-PM wera bic-car li ried izomm l-esperjenza imma ried jaghti injection qawwija ta' energija gdida. Jien minn naha tieghi se naghmel l-almu kollu tieghi biex nimplimenta bl-ahjar mod il-weghdiet li hemm fil-programm elettorali tal-PM ghal dawn l-oqsma fil-hames snin li gejjin.

2 comments:

Unknown said...

Awguri u proset minn ghand il familja Polidano kollha

Unknown said...

awguri u prosit george. We know that you can do it. Anglu Pace