Is-sistema politika tagħna
hija tali li toħloq kompetizzjoni xi kultant anke ħarxa bejn kandidati
tal-istess partit fuq l-istess distrett.
Għalhekk li jkollok kompetitur tiegħek fuq l-istess distretti li jkun
etiku u leali huwa ta’ min japprezzah ferm.
Fil-politika dawn huma valuri imprezzabbli.Sep 20, 2012
Eżempju għan-nisa mpenjati fil-politika
Is-sistema politika tagħna
hija tali li toħloq kompetizzjoni xi kultant anke ħarxa bejn kandidati
tal-istess partit fuq l-istess distrett.
Għalhekk li jkollok kompetitur tiegħek fuq l-istess distretti li jkun
etiku u leali huwa ta’ min japprezzah ferm.
Fil-politika dawn huma valuri imprezzabbli.Jun 17, 2011
Opportunita' ta' riflessjoni
Partit politiku haj u dinamiku bhal ma hu l-partit nazzjonalista jghaddi Fil-Kunsill Generali li se jiltaqa dan il-weekend ghandna quddiemna bhala partit l-opportunita’ li nifhmu l-bidliet kbar li gibna fil-pajjiz mill-1987: LIBERTA’, FTUH, OPPORTUNITAJIET. Ma nkunux qeghdin nonfhu lilna nfusna meta nghidu li ahna bdilna dan il-pajjiz. Pajjiz msejjes fuq liberta’ u partecipazzjoni f’kull qasam. Fuq kollox mentalita’ moderna fejn nesigu l-kwalita’ f’kollox – mill-isptar sat-triq u l-gnien, mill-impjiegi sal-iskola li mmorru ahna jew nibghatu lill-uliedna. Bdilna u nbdilna. U jehtieg li nifhmu aktar il-bidliet li gibna b’idejna. Bnejna socjeta’ ferhana li ma tiddependiex fuqna l-politici ghal hafna mill-affarijiet li sa ftit snin ilu riedet titkarrab ghalihom lill-Ministri. Bnejna socjeta’ b’edukazzjoni mifruxa li llum kapaci tfendi ghal rasha u taghmel l-ghazliet taghha. Tawna socjeta’ mbezza u mjassra u biddilniha f’socjeta’ matura u emancipata.
Ghandna l-opportunita’ nifhmu li l-mument li qeghdin fih hu mument kbir ghad-demokrazija li gibna f’pajjizna mill-1987. Mhux talli ma nmorrux kontra r-rieda tal-elettorat, mhux talli ma noqghodux xi hames snin u nofs kontra r-rieda cara tal-maggoranza f’elezzjoni generali, talli ghandna prim ministru li qed jara li ligi li ma jaqbilx maghha, tghaddi mill-Parlament skond ir-rieda tal-maggoranza tal-poplu. Ghandna opportunita’ nifhmu x’inhi l-liberta li nemmnu fiha. Fejn kull bniedem, kull minoranza, imqar ta’ wiehed, tesprimi ruhha u tagixxi fuq il-fehma genwina taghha. Il-prim ministru tana vot hieles fuq il-ligi tad-divorzju. Imma hawn min qed jippretendi li min ta vot hieles m’ghandux vot hieles hu! Din x’liberta’ hi? Dawn x’liberali huma ?
Ghandna opportunita’ ukoll nifhmu l-kuntest, l-istampa
Apr 15, 2011
Telfa
Jumejn ilu rrizenja mill-hajja politika l-Vici Kancillier, Ministru tal-Finanzi u Kap tal-Partit Popolari OVP tal-Awstrija, Josef Proell. Telaq mill-hajja politika minhabba kumplikazzjonijiet f’sahhtu meta ghad ghandu biss 42 sena. Ix-xahar li ghadda ddahhal l-isptar b’urgenza u sabu li kellu blood clot fil-pulmun. Ghall-ewwel hasbu li jista jirpilja izda mbaghad sabu li jehtieg inaqqas sew l-attivita’ mpenjattiva tieghu jekk ma jridx ikollu kumplikazzjonijiet ohra.Ahbar verament kerha. Politiku fl-aqwa tieghu jkollu jaghzel li jirrinunzja ghall-hajja politika.
Din l-ahbar geghlitni nirrifletti. Hafna drabi l-folla ftit tifhem id-diffikultajiet li jghaddi minnhom il-politiku fil-hajja tieghu. Sakemm tkun fil-politika ssir kwazi “propjeta’ pubblika” bi ftit hin u spazzju privat ghalih innifsu jew mal-familja. Xi whud jinsew li l-politici huma nies tad-demm u l-laham li hafna drabi ghandhom familja. Hafna politici jaghmlu sagrificcji kbar biex jghaqdu d-dmirijiet li jinghataw responsabilita’ jgorru jew biex ikunu vicin il-kostitwenti taghhom u jaraw li dawn jiehdu s-servizzi li jkun jixirqilhom.
Dawn kienu l-hsbijiet li ghaddew
Aug 13, 2010
Guido - uniku f'diversi sensi
Nistqarr li wara li kien irkupra tant tajjeb fil-jiem li ghaddew, l-ahbar tal-mewt tieghu kienet bhal docca kiesha u qisni ghadni ma rridx nemminha sa issa. Il-President Emeritus, il-Professur Guido de Marco, Guido kif kien maghruf ghal Maltin kollha, kien uniku f’diversi sensi - patrijott kbir li habb lil pajjizu, bniedem li kull fejn kien u f’kull ma ghamel prova jaghti kontribut, bniedem pozittiv li fil-mumenti l-aktar suwed kien jirnexxielu jara tnemnima ta’ dawl, bniedem determinat li ma kien jaqta’ qalbu minn xejn u li ghalih ghada dejjem jista’ jkun ahjar mill-llum.Nghozz illum id-diskursati li gieli kellna. Ma ninsa qatt certu kliem – “never burn your bridges” darba qalli fuq is-sufan tad-dar tieghu f’mument politiku sensittiv. Niftakar b’ghozza wkoll meta bhala President kien mexxa d-delegazzjoni tal-politici Maltin fil-Vatikan fil-Gublew ghall-politici, u t-tifla tieghi Mattea ta’ 4 snin, u hu, l-President, donnhom affaxinaw ruhhom minn xulxin u baqghu jistaqsu dwar xulxin sa llum. Naturalment bhal Maltin kollha niftakar lil Guido fil-mumenti difficli tat-tmeninijiet, is-snin bhala Ministru b’responsabiltajiet mhux zghar, il-Presidenza li uhud fil-bidu stkerrhu izda li fiha rnexxielu jisraq il-qlub tal-Maltin kollha, lil hinn mill-kulur taghhom.
Guido kien ukoll il-persuna li kien jilqak mill-ewwel, jisimghek b’attenzjoni u dejjem lest li jaghtik parir mill-qalb. Ghandi memorji ta’ persuna li kien ihobb il-hajja fis-sens wiesgha taghha. Il-kultura u s-sens ta’ identita’ nazzjonali ghalih kienu zewg valuri mportanti u sinifikanti. Dak li kien gabar f’hajtu qassmu mill-ahjar li seta’ ma’ haddiehor. Ghalhekk gawda rispett kbir.
U forsi din hija l-unika konsolazzjoni ghat-telfa ta’ personagg li niseg, flimkien ma’ ohrajn, l-istorja tal-ahhar 50 sena taghna. Hajjet Guido kienet mimlija sax-xfar, f’kull ma ghamel, ta ruhu u gismu. Fil-klassi, fl-awla, fil-politika u b’mod ukoll mill-isbah lill-familja tieghu. Kellu d-don li jhobb in-nies u n-nies habbewh lura. L-unika konsolazzjoni li fl-ahhar ta’ hajtu kellu wirja kbira ta’ dan ir-rispett kbir li kien igawdi.
Oct 19, 2008
Politika u Umorizmu
Il-gimgha filghaxija ircivejt sms minghand habib tieghi li mar jara il-produzzjoni More Fourplay fit-Teatru Manoel. Mill-sms stajt nifhem li ddejjaq li ra ritratt tieghi on stage. Ippruvajt nfiehem li ma hemm xejn hazin u li tajjeb li nidhqu aktar anke bil-politici. Il-politika ta' pajjizna xi kultant tmur minn estrem ghall-iehor, jew serja zzejjed jew taqa' f'disprezz totali.Jun 1, 2008
Joe, Grazzi u Prosit !
Dalghodu kellna l-Kunsill Generali tal-PN. Kien il-Kunsill tat-transizzjoni. Nhar il-Gimgha li ghadda gew eletti 13-il membru iehor tal-Ezekuttiv biex issa fi ftit granet ohra jkunu eletti l-ufficjali l-godda. Fost l-ufficjali li diga ndikaw li mhux se jkomplu hemm Joe Saliba, li issa ilu Segretarju Generali ghall-ahhar 9 snin, minn meta Lawrence Gonzi kien lahaq Vici Kap tal-PN.Mar 13, 2008
Hatra ta' fiducja
Mar 6, 2008
Why a vote for AD is a vote for Alfred Sant
Ircivejt din l-email u nemmen li fiha argumenti tajbin li wiehed ghandu jixtarr:Why a vote for AD is a vote for Alfred Sant
1. If there are 3 parties in Parliament and no one has 50%+ of the No 1 votes, there is no corrective mechanism and the seat result counts.
BUT following changes in the district boundaries, this time round Labour has the districts in its favour. As a result it will certainly elect additional seats (to the 30 it elected last time) in the:
· 1st district which now has Marsa and a Labourite part of St Venera,
· 2nd district which now has Zabbar rather than Fgura (Zabbar is more Labour than Fgura which means 4 seats again for Labour in the 2nd division),
· 7th district which now has Rabat instead of Attard (Rabat has a small Labour majority to Attard's overwhelming PN majority now resulting in this district electing 3 Labour MPs), and
· 10th district which now has Gzira (half half) instead of Swieqi (overwhelmingly PN) thus resulting in a 3-2 rather than 2003's 4-1.
2. So, come what may, Labour will get the outright majority of seats, ie. 34 out of 65.
3. Here's the quirk in the system. If PN gets more votes than the MLP, and there's no one else in Parliament, the corrective mechanism works and the PN's seats will be increased so that it has more than Labour BUT if there is another party in Parliament (e.g. AD), the corrective mechanism DOES NOT COME INTO EFFECT and Labour, having an absolute majority of seats, will govern alone, even if the PN has more votes !
4. Typical scenario: PN 48% with 30 seats; MLP 47% with 34 seats; AD with 4% with 1 seat, AN 1% with no seat. The result? Alfred Sant safe in Castile and the PN and AD together in coalition IN OPPOSITION.
Il-Pulizija tiċħad l-allegazzjonijiet ta' Jo Said fil-konfront tieghi
Feb 19, 2008
Is-sewwa jirbah zgur !
Sentenza mogħtija dalgħodu mill-Qorti tal-Maġistrati f’kawza ta’ libell li jien kont ftaħt kontra l-ex prezentatur ta’ One Productions Etienne St John tikkonferma li t-tattika li tuza l-Oppozizzjoni hi li tixħet it-tajn u toħloq dubji bl-iskop li tħammeġ u biex tagħmel gwadann politiku.Jien kont ħassejtni inġurjat b’allegazzjonijiet li kien għamel St John fuq Super One Radio nhar id-29 ta’ Mejju 2006. St John kien għamel numru ta’ allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet u favoritizmu fil-proċess ta’ l-egħluq tal-konfini ta’ l-izvilupp.
Madanakollu, St John naqas milli jressaq prova waħda biex jissostanzja dak li qal u l-Qorti qatgħetha li l-allegazzjonijiet kienu inġurjuzi u ordnat lil St John iħallas id-danni.
Is-sentenza tal-Qorti ta’ dalgħodu tikkonferma t-tattika ta’ l-Oppozizzjoni, liema tattika kienet uzata wkoll mil-Kap ta’ l-Oppozizzjoni li kien għamel xhur jallega xkora ta’ korruzzjoni dwar l-istess proċess u s’issa, minkejja li għaddew kwazi sentejn, għadu ma ressaqx prova waħda.
Dan hu kaz ieħor ta’ fejn is-sewwa jirbaħ zgur!
Feb 4, 2008
Hames snin ta' hidma kontinwa.
Data b'sinifikat kbir, ghax tahbat ezatt hames snin wara id-data tar-referendum meta l-poplu qal Iva ghad-dhul ta' Malta fl-UE.
Ghamel diskors qasir fejn irringrazzjana lkoll ghal hidma taghna. Hidma li tat il-frott ghax fl-ahhar hames snin irnexxielna nkomplu nbidlu pajjizna. Imbaghad intervjena fil-qasir il-Vici Prim Ministru Tonio Borg li f'isem il-membri tal-Kabinett irringrazzja lill-Prim Ministru ghal mod ghaqli li mexxa l-Kabinett.
Ghalija kien mument sinifikanti. Kont ghadni qatt ma kont prezenti ghall-ahhar laqgha tal-Kabinett. Hames snin ilu kont ghadni Segretarju Parlamentari u allura ma kontx prezenti.
Wara hadna r-ritratt kommemorattiv. Qaluli li saret issa tradizzjoni li r-ritratt tal-Kabinett jittiehed fl-ahhar laqgha.
Wara kellna laqgha tal-Grupp Parlamentari u llejla kellna ir-Rally fid-Dar Centrali. Hasra li sar gewwa dan ir-Rally. Il-post kien zghir wisq ghall-folla li kien hemm.
Minn ghada nibdew hames gimghat ta' hidma kontinwa. Irriedu nkomplu nikkonvincu li l-PN ghadu l-aqwa ghodda li ghandu pajjizna biex ikompli jitkattar il-gid biex ninvestu fl-ambjent. fl-edukazzjoni, fis-sahha u fil-holqien tal-opportunitajiet tax-xoghol.
Elezzjoni fit-8 ta' Marzu
Tlaqna! Ftit tal-ħin ilu il-Prim Ministru għadu kemm indirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha ħabbar il-bidu tat-tiġrija li ser twassal għal Elezzjoni Ġenerali fit-8 ta’ Marzu.Ħadt pjaċir li waqt l-indirizz tiegħu lill-ġurnalisti, il-Prim Ministru ma naqasx milli jitfa l-emfażi fuq kemm saret ħidma fil-qasam ta’ l-ambjent tul l-aħħar 3 snin u 10 xhur. Semma l-trasformazzjoni tal-miżbla tal-Magħtab f’park ta’ divertiment għall-familji Maltin, ir-rivoluzzjoni fil-mod kif pajjiżna jitratta l-iskart tiegħu, il-ħolqien ta’ spazji rikrejattivi u msaġar ġodda, l-inizjattivi favur l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u r-regolamenti biex jitnaqqas l-inkonvenjent għall-ġirien ta’ siti ta’ kostruzzjoni.
Semma kif biddilna lil pajjiżna f’dan il-qasam b’direzzjoni, b’determinazzjoni u b’investiment minkejja l-mewġ kontra. Qal kif din l-amministrazzjoni poġġiet l-ambjent fil-qalba tal-politika tagħha tant li kienet waħda mit-tliet pilastri – ix-xogħol, l-edukazzjoni u l-ambjent. Bil-fatti, u mhux bil-kliem dan il-Gvern għaraf li l-ambjent fejn ngħixu jagħmel differenza fil-kwalità tal-ħajja.
Lawrence Gonzi kien realistiku meta għal darba darbtejn qal li għalkemm sar ħafna xogħol fl-ambjent, xorta waħda għad fadal xogħol xi jsir. Dan juri li l-PN mhux biss jaf fejn kien u fejn wasal, iżda jaf ukoll fejn sejjer f’dan il-qasam għax għandu viżjoni fattibbli.
Tkun ħassra jekk wara t-8 ta’ Marzu ma nitħallewx inkomplu nwettqu din il-viżjoni flimkien.
Jan 26, 2008
L-esperjenza Taljana ghanda tghallimna !
Il-ġrajjiet ta’ l-aħħar jiem fl-Italja, li wasslu għall-waqgħa tal-Gvern immexxi minn Romano Prodi, ġegħluni nirrifletti. Kien hemm numru ta’ raġunijiet li wasslu għal din il-krizi, pero zgur li waħda minnhom kienet is-saħħa zejda li ngħatat lill-partiti z-zgħar permezz tal-liġi elettorali li kien approva l-Gvern ta' Berlusconi.Dan wassal sabiex il-maggoranza ta' Prodi kien ffurmat minn numru kbir ta’ partiti li ħafna minnhom sabu posthom fil-Parlament minkejja li kellhom persentaggi zgħar. Il-Gvern li jifforma parti minnu fl-Italja waqa’ minħabba s-saħħa li ngħataw il-partiti z-zgħar u li ħolqu instabbilta’. Fost il-partiti li kienu qed jaghtu l-appogg lil Prodi insibu lill-Hodor, li wiehed mid-deputati taghhom huwa Arnold Cassola.
Issa li l-Gvern tac-centru xellug ta' Prodi waqa, hemm insistenza kbira li jigi ffurmat gvern provizorju li jiehu hsieb jibdel il-ligi elettorali halli jbiddel din is-sitwazzjoni halli eventwalment kwalunkwe gvern ikollu aktar stabbilita' u sahha ta' governabilita'.
Hawn Malta hawn minn irid li l-partiti z-zghar li jgibu persentaggi zghar fl-elezzjoni jkunu raprezentati ukoll fil-Parlament taghna. Fost dawn insibu lil Arnold Cassola stess.
Filwaqt li jien favur aktar partiti fix-xena politika, nahseb li l-esperjenza ta’ l-Italja għandha tgħallimna li l-partecipazzjoni ta' partiti zghar fi Gvern iggib instabbilita' kbira. L-Italja hi l-aktar pajjiz li kellha gvernijiet minn wara l-Gwerra ‘l hawn u dan għaliex kellhom sistema elettorali li tat saħħa sproporzjonata lill-partiti z-zgħar. Meta t-Taljani emendaw il-liġi kellhom gvern, dak ta’ Berlusconi ta’ bejn l-2001 u l-2006 li dam leġislatura sħiħa!
Imma mbaghad gara li meta Berlusconi xamm li se jitlef, biddel il-ligi halli jekk jitla Prodi itelliflu s-sahha tal-Gvern tieghu halli ma jkollux hajja twila. U hekk gara !
Jan 4, 2008
Tislima lil Robbie Naudi
Dec 3, 2007
Chavez tellief - Poplu rebbieh
Ikolli nistqarr li l-fenomenu Hugo Chavez fil-Venezuela jolqotni. Minn naha ma nistax ma ninnotax ir-rieda tieghu li jifrex il-gid fost dawk li minkejja li l-pajjiz bih ir-risorsi matul l-ahhar 30-40 sena xorta baqghu foqra.Minn naha l-ohra ikolli nammetti li nistmerr l-avvanzi tmexxija arroganti u kwazi despotika li dahhal fil-pajjiz matul l-ahhar 9 snin, fejn sahansitra sa certu punt ikkontrolla l-istampa hielsa.
Ir-rizultat tal-bierah fejn il-poplu Venezwelan vvota kontra f’referendum li permezz tiegħu Chavez kien qed jitlob poteri akbar ghalih sabiex skond hu isaħħah s-soċjalizmu fis-seklu 21.
Chavez għamel kampanja qawwija favur vot iva. Meta tqis il-kontroll assolut li Chavez kwazi akkwista kemm ilu jmexxi l-pajjiz, il-possibiltajiet tiegħu li jirbaħ dehru akbar. Imma l-poplu tkellem u l-maġġoranza waqqfet il-proposti tal-President. Fl-ewwel telfa elettorali li sofra kemm ilu fil-poter, Chavez ra l-proposti tiegħu jiġu mwarrba minn poplu li beda jinduna li d-demokrazija tal-pajjiz tinsab taħt theddida.
Il-popli tad-dinja jgħozzu d-dritt tad-demokrazija, kemm jekk qegħdin l-Ewropa, l-Afrika kif ukoll f’kull rokna oħra tad-dinja. Għad hawn popli oppressi li m’għandhomx vuċi pero l-ġlieda għad-demokrazija hija waħda fejn fiha tabilħaqq, is-sewwa jirbaħ zgur.
Oct 20, 2007
Grazzi Suha !
Illum fuq The Times kien hemm artiklu fuq Suha Arafat, l-ex mara ta' Yasser Arafat. Suha iddecidiet li tigi toqghod Malta ma' bintha Zahwa li llum ghandha 11-il sena.Dan hu t-test ezatt tal-artiklu tal-gurnalist Mark Micallef:
"The place is great" she emphasised, praising the peace and democracy enjoyed in Malta.
"You really don't appreciate these things until you lose them and you Maltese should really be thankful for what you have. Many around the world hope they can one day live this sort of life."
Il-veru kaz li ahna li nghixu hawn niehdu kollox for granted u ftit li xejn naprezzaw dak li ghandna. Issa li pajjizna jghix f'liberta' shiha, fil-paci u f'demokrazija, bilkemm ma nahsbux li dawn kienu maghna minn dejjem. Huwa ghalhekk li kuljum ghandna nahdmu biex inzommu dak li ghandna anzi nsahhuh.
Suha grazzi hafna tal-kumment posittiv tieghek. Nispera li jkunu hafna l-Maltin li jiehdu nota !
Oct 7, 2007
Insahhu s-success flimkien
Dalghodu kellna l-Kunsill Generali tal-PN. Bhas-soltu ghamilt id-diskors tieghi. Ghazilt li nitkellem fuq l-edukazzjoni. Ghidt li nara zewg sfidi ohra fil-qasam edukattiv apparti dawk indiklati fid-dokument pprezentat mill-partit.Sep 9, 2007
Djalogu f'Tas-Sliema
Kien hemm ukoll zewg interventi tajbin hafna ta' Louis Galea u Tonio Fenech. L-aktar punt li laqatni mill-intervent ta' Louis kien li l-ghalliema fil-kindergarten issa bilfors irid ikollhom degree ghax dawk l-ghalliema huma determinanti fl-ewwel snin tal-formazzjoni tat-tfal. Punt ovvju izda forsi mhux dejjem forsi rriflettejna fuqu. Tonio Fenech sostna li l-akbar certifikat fuq l-istat tal-ekonomija maltija bhalissa tah din il-gimgha l-Fond Monetarju Internazzjonali IMF li qal li l-ekonomija qed tirranka izda rridu nkomplu nsiru aktar kompetittivi.
L-attendenza kienet tajba. Ghamilt siegha u nofs f'xemx tizreg ! Fejn kont jien ma kienx hemm dell. Imma kienu worth it.