Apr 28, 2008

Prosit Melita !

Il-bierah filghodu kont prezenti ghall-inawgurazzjoni tal-kumpless sportiv tal-Melita f'Pembroke mill-Prim Ministru. Dan il-kumpless, li jinkludi ground full-size bit-turf artifiċjali, dressing rooms, żewġ gymnasia, sala għall-konferenzi u faċilitajiet oħra, sar b'investiment ta' kwazi €1 miljun. Dan il-kumpless se jkollu fih l-ewwl Kids Gym f'pajjizna.

Interessanti kif issawret l-idea tal-progett ! Kont mort il-Melita niehu kafe' u Robert Balani qalli li xtaqu jaghmlu l-ground il-kbir bl-aruficial turf u jibnu dressing rooms u facilitajiet ohra. Niftakar li kien hemm ukoll il-Perit John Papagiorcopulo. It-tnejn li ahna minghajr ma konna ghadna tkellimna flimkien, spiccajna noggezzjonaw ghall-idea ta' aktar bini ! Qbilna li jkun ahjar li minflok ma jinbena aktar bini nuzaw il-volum ta' taht il-ground. Qalulna li qed noholmu, imma mbaghad l-idea hadet l-gheruq u Robert u t-team tieghu ghamluha realta'.

Il-kumpless ma setghax infetah f'mument aktar opportun. Din is-sena l-club qed jiċċelebra l-75 sena mit-twaqqif tiegħu. Mur gib lil fundatur is-Sur Bencini jara l-facilitajiet ta' llum ! Facilitajiet li saru primarjament bil-financing tal-ġenituri tat-tfal tan-nursery kif ukoll bl-għajnuna tal-Gvern, tal-MFA, u ta' l-isponsors.

Laqtuni zewg affarijiet fic-cerimonja tal-bierah. L-ewwel l-emozzjoni tal-President Anton Naudi li tant kien f'seba sema li ma setghax jikkonkludi d-diskors tieghu :) u t-tieni l-entużjażmu li bih t-tfal tan-nursery laqghu lil Prim Ministru. Jalla dawn it-tfal jisfruttaw dawn il-facilitajiet halli mhux biss isiru sportivi tajbin imma fuq kollox cittadini li jifhmu l-valur ta' servizz. Dan huwa l-uniku club li baqa totalment amateur, fejn anke l-coaches kollha jaghtu hinhom minghajr hlas. Prosit u Good Luck !

Apr 24, 2008

40 sigra minflok souvenirs

Bhala parti mill-kampanja 34U, min jizzewweg jista jhawwel sigra ghall-okkazzjoni. Dan l-ahhar habib tieghi nfurmani li zewg zghazagh Gayle Piccinino u Thomas Dimech, li se jizzewgu fis-6 ta' Gunju, hargu b'idea isbah. Iddecidew li minflok is-solitu souvenirs tat-tieg, se jhawlu 40 sigra fil-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali.

40 sigra souvenir tat-tieg lil kampanja 34U ! Idea l-veru sabiha. Hekk hu hekk dawk is-souvenirs hafna drabi jispiccaw jintefghu x'imkien imwarrab u allura hafna isbah li jhawwlu 40 sigra li bihom igawdu huma, il-hbieb taghhom u l-kumplament tan-nies.

Ghogobni hafna l-kliem li ghazlu fuq it-Thank You Cards li se jqassmu wara t-tieg "Together we are making our island a better place to live in"

Gayle u Thomas grazzi u nittama li jkunu ohrajn li jimitaw il-gest sabih taghkom !

Apr 18, 2008

Terremot

Kieku kelli nagħzel kelma biex niddeskrivi r-rizultat ta’ l-elezzjonijiet politiċi fl-Italja ngħid li dawn ħolqu terremot. Il-politika fl-Italja hija interessanti u jien għandi ħafna ħbieb antiki li jimmilitaw fiz-zewġ skjeramenti politiċi ewlenin. Il-qasma ta’ l-ex Democrazia Cristiana fissret li z-zgħazagħ li jien kont naf fiz-zmien li għamilt fl-MZPN u fiz-Zghazagh Demokristjani Ewropej (EYCD) llum qed isiru jew sar politici ewlenin fl-Italja f'diversi partiti.

Pero din l-elezzjoni ħolqot it-terrimot li semmejt aktar qabel. Kieku kelli ngħid min ħareġ l-aktar rebbieħ f’din l-elezzjoni ngħid li din hi l-politika Taljana. Bizzejjed wieħed jiftakar li fl-elezzjonijiet ta’ l-2006 fil-Parlament Taljan kien hemm mal-25 partit rapprezentat. Wara nhar il-Ħadd dawn nizlu għal sitt, b’hamsa minnhom li huma f’koalizzjoni maz-zewġ gruppi l-kbar. Din hija l-istabbilita’ li tant hemm bzonn f’kull demokrazija.

Taqbel jew ma taqbilx ma’ Berlusconi, jibqa’ l-fatt li dan għandu maġġoranza stabbli u l-aħħar li kellu maġġoranza stabbli hekk, fl-2001, dan irnexxielu jkun wieħed mill-uniċi Gvernijiet Taljani minn wara l-gwerra li għamel il-leġislatura kollha. Terrimot kbir ieħor kien il-fatt li għall-ewwel darba l-partiti tax-xellug estrem ġew eskluzi mill-Parlament u s-Senat. Dawn huma l-partiti li ħafna jakkuzaw li wasslu għall-waqa’ tal-Gvern ta’ Prodi ghax ma hallewx jimplimenta politika effettiva biex iggib il-bidla li l-Italja ghandha bzonn.

Nagħlaq b’kumment interessanti li smajt minn wieħed mill-ġurnalisti ewlenin fl-Italja – dak li m’għamilx ic-centru-lemin f’60 sena, għamlu Veltroni fi ftit xhur għax bil-Partito Democratico ikkundanna lill-partiti tax-xellug estrem u lil hodor għall-akbar telfa li qatt ġarrbu, tant li mhux se jkunu prezenti fil-Parlament Taljan.

Apr 10, 2008

Villa Francia - Gojjell mikxuf mill-gdid

Dalgħodu kelli x-xorta li nzur għall-ewwel darba Villa Francia li bħalissa tinsa għaddejja minn xogħol kbir ta’ restawr, manutenzjoni u titjib. Irrid ngħid li bqajt impressjonat.

Impressjonat bil-ġmiel tal-villa. Din il-villa tifforma parti mill-kullana kbira ta’ patrimonju nazzjonali li pajjizna jista’ jiftaħar bih. Aħna pajjiż żgħir bi storja u wirt liema bħalu. Din hi villa li tinsab Ħal Lija u hu maħsub li nbniet għall-ħabta tal-1757 fi stil barokk. Studjużi jaffermaw li din il-villa ma nbnietx f’daqqa imma ħadet perjodu ta’ snin biex saret il-villa li nafu llum. Il-villa tikkonsisti f’binja ta’ żewġ sulari b’ġonna quddiem u wara. Fil-ġonna wieħed jista’ jsib numru ta' funtani li kollha jahdmu bil-pressa tal-gravita'.

Irrid ngħid li kont impressjonat ukoll bil-ħila u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema nvoluti f’din il-biċċa xogħol tant delikata, taht id-direzzjoni tal-Perit Claude Borg. Dawn il-ħaddiema qed jizguraw li pajjiżna jippriserva l-ġojjelli li għandu sabiex dawn jgħaddu għand il-ġenerazjonijiet ta’ warajna fi stat aħjar milli sibnihom aħna. Dawn huma ħaddiema li jaħdmu mad-Diviżjoni tar-Restawr u Diviżjonijiet oħrajn tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet. Għal bosta minnhom dan ix-xogħol qed iservi wkoll biex ikomplu jitħarrġu fuq is-snajja tagħhom. Kwalunkwe xogħol li żdied mal-villa matul is-snin u li ma jirrispettax l-istorja tagħha tneħħa għal kollox u z-zidied kollha li saru biex jaqdu l-bzonnijiet ta' llum huma riversibli.

Insellem lill-ħaddiema kollha li qed iwettqu din il-biċċa xogħol b’tant sengħa u reqqa matul l-ahhar sentejn. Ftakart li għal xi wħud, il-ħaddiema tal-Gvern għadhom jirriflettu skartar u għażż. Mhux li kien li dawn il-ħaddiema b’tant snajja jservu ta’ eżempju għal kulħadd!

Apr 2, 2008

Tlett snin ilu hallina Gwanni Pawlu II

Bħal lum tlett snin ilu ħarset id-dinja kienet kollha fuq waħda mit-twieqi tal-appartament tal-Papa fil-Vatikan. Id-dinja kienet moħħa f’saħħet il-Papa Ġwanni Pawlu II li saħħtu kienet ilha tmur lura għal numru ta’ snin.

Nasal ngħid li d-dinja kienet f’dilemma – ħadd ma ried li Ġwanni Pawlu jmut għaliex dan kien Papa li tabilħaqq daħal fi qlub in-nies. Fl-istess waqt ħadd ma ried jara lil Ġwanni Pawlu jibqa’ jsofri għalkemm it-tbatija tiegħu fl-aħħar xhur u ġimgħat ta’ ħajtu kienu saru ta’ mudell għal bosta.

Ġwanni Pawlu kien bniedem straordinarju, li għex ħajja straordinarja. Tul il-Papat tiegħu mhux b’kumbinazzjoni li seħħew uħud mill-aktar affarijiet straordinarji ta’ dawn l-aħħar snin, inkluz il-kollass tal-Komunizmu. U lanqas mhu b’kumbinazzjoni li d-dinja waqfet u bkiet meta bħal lum tlett snin ilu għal ħabta tad-disa' ta' filghaxija Ġwanni Pawlu mar jiltaqa’ ma’ min tant ħabb f’ħajtu.

Il-biki tan-nies ma tantx dam u malajr inbidel f’għajta li għadha tidwi sa’ llum, Santo Subito ! Waħda mill-isbaħ memorji li nibqa’ nġorr f’qalbi kienet ix-xorti li kelli li nqatta’ ftit ħin nitlob quddiem il-ġisem ta’ Ġwanni Pawlu u meta ħadt sehem fil-quddiesa tal-funeral tiegħu. Kienet okkazzjoni li mhu se ninsa qatt.