Showing posts with label kultura. Show all posts
Showing posts with label kultura. Show all posts

Oct 28, 2009

Pawlu Mizzi - Missier il-ktieb Malti

Hawn ftit nies li jirnexxielhom jghaddu mill-hajja minghajr storbju izda jirnexxielhom ihallu wirt kbir. Pawlu Mizzi huwa wiehed minn dawn. Pawlu huwa bniedem kwiet, tarah aktarx rasu baxxuta, bl-Ingliz nghidulu unassuming. Illum ghalaq 80 sena u l-bierah sala nies distinti marret troddlu hajr ghal dak li ghamel ghal pajjizna. Pawlu Mizzi, jista’ jissejjah ‘missier il-ktieb Malti’ . 40 sena ilu, ftit snin wara li Malta kisbet l-Indipendenza, Pawlu Mizzi, holom li l-ktieb Malti kellu postu u waqqaf il-Klabb Kotba Maltin.

Zgur li l-Professur Oliver Friggieri, l-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici, l-Ispeaker Louis Galea, id-deputat laburista Evarist Bartolo u l-Prim Ministru Lawrence Gonzi fissru b’mod mill-aktar tajjeb u hafna ahjar minn dawn il-ftit kliem tieghi, x’fissret il-vizjoni ta’ Pawlu Mizzi. Uhud, bhal Professor Friggieri u Ugo Mifud Bonnici jafuh mill-qrib u setghu jirrakkuntaw kemm kienet kbira il-holma ta’ Pawlu u b’liema hila rnexxielu jwettaqha. Il-professur Friggieri stqarr li l-politiku tana l-indipendenza politika, Pawlu Mizzi tana, permezz tal-ktieb Malti, l-indipendenza tal-hsieb. Kien permezz tieghu li l-awturi Maltin setghu jippublikaw ix-xogholijiet taghom, ta’ kull generu.

Aktar minn hekk, Pawlu fehem li biex il-ktieb Malti jiehu postu fil-hwienet tal-kotba u jinqara mill-Maltin u l-barranin, irid ikun maghmul professjonalment. Kif qal tajjeb xi hadd, hemm il-ktieb ta’ qabel zmien Pawlu u l-ktieb ta’ wara , daqshekk kienet kbira l-bidla fil-pubblikazzjonijiet f’Malta li gab. Kien Pawlu Mizzi bil-Midsea Books Ltd. li ppublika l-Miklem Malti ta’ Erin u Mario Serracino Inglott, l-erba’ volumi ta’ Rajt Malta Tinbidel ta’ Herbert Ganado, is-sensiela facsimile ta’ kotba rari dwar Malta fosthom Della Desrittione di Malta ta’ G.F. Abela. Mizzi kiteb ukoll bosta artikli ta’ natura antropologika u storika. Il-generazzjoni tieghi forsi ltaqghet l-ewwel darba mal-istorja u l-kultura Maltija propju bil-magazin Heritage, li ghadni nghozz sa llum fil-librerija tieghi. Nghid ghaliha kont naqrah b’assidwita.



Il-lejla li hejjew il-familja Mizzi, specjalment ibnu Joe, ghal missierhom kellha tkun u kienet tassew, lejla ta’ unur ghal Pawlu Mizzi. Kien privilegg ghaliha li nkun f’dik il-migemgha biex naghti gieh lil Malti u Ghawdxi, dehen ta’ pajjizu.

May 4, 2008

Gozo 1234 - Success kbir

Qattajna l-weekend gewwa Ghawdex. Gawdejniha sew l-Gozo 1234 li organizza l-Ministeru responsabli mit-Turizmu flimkien mal-Ministeru ghal Ghawdex u Where's Everybody. Kienet inizjattiva tajba hafna bi programm ta' attivitajiet mimli daqs bajda. Ghogobna l-fatt li l-attivitajiet ma kenux ikkoncentrati f'post wiehed izda kienu mferrxa ma' kwazi Ghawdex kollu.

Il-Hamis filghaxija morna M'Forn fejn kien hemm varjeta kulturali matul ix-Xatt kollu. Il-Gimgha filghaxija morna sal-Pjazza tan-Nadur fejn assistejna ghal kuncert ta' Mark Storace u l-grupp tieghu u wara rajna n-nar tal-art. Is-Sibt filghodu morna s'ghand Ta' Mena, attrazzjoni gdida agro-turistika, fit-triq li tiehdok mir-Rabat ghal M'Forn. Attrazzjoni helwa fejn mhux biss mxejna qalb id-dwieli u s-sigar taz-zebbug li tant jindokra Joe Spiteri izda doqna ukoll il-prodotti tipici, inkluz il-kunserva Ghawdxija. Filghaxija morna l-Ggantija Awakening, produzzjoni tal-Kunsill Lokali Xaghra biswiet il-Ggantija, u wara morna c-Cittadella. Hemmhekk segwejna fost ohrajn wirja ta' nar tal-ajru mill-isbah.

Dalghodu morna sax-Xewkija fejn rajna wirja helwa hafna ta' muturi antiki, mudelli ta' knejjes u wirja artistika minn zewg zghazagh li veru jipromettu. Wara ergajna morna s'ghand Ta' Mena fejn trejjaqna. Impressjonajt ruhi bl-entuzjazmu tal-Ghawdxin kollha li hadu sehem. In-nies ikkonkorrew sew. Haqqu prosit kull min ta sehmu biex dan il-weekend ikun is-success li kien.

Apr 10, 2008

Villa Francia - Gojjell mikxuf mill-gdid

Dalgħodu kelli x-xorta li nzur għall-ewwel darba Villa Francia li bħalissa tinsa għaddejja minn xogħol kbir ta’ restawr, manutenzjoni u titjib. Irrid ngħid li bqajt impressjonat.

Impressjonat bil-ġmiel tal-villa. Din il-villa tifforma parti mill-kullana kbira ta’ patrimonju nazzjonali li pajjizna jista’ jiftaħar bih. Aħna pajjiż żgħir bi storja u wirt liema bħalu. Din hi villa li tinsab Ħal Lija u hu maħsub li nbniet għall-ħabta tal-1757 fi stil barokk. Studjużi jaffermaw li din il-villa ma nbnietx f’daqqa imma ħadet perjodu ta’ snin biex saret il-villa li nafu llum. Il-villa tikkonsisti f’binja ta’ żewġ sulari b’ġonna quddiem u wara. Fil-ġonna wieħed jista’ jsib numru ta' funtani li kollha jahdmu bil-pressa tal-gravita'.

Irrid ngħid li kont impressjonat ukoll bil-ħila u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema nvoluti f’din il-biċċa xogħol tant delikata, taht id-direzzjoni tal-Perit Claude Borg. Dawn il-ħaddiema qed jizguraw li pajjiżna jippriserva l-ġojjelli li għandu sabiex dawn jgħaddu għand il-ġenerazjonijiet ta’ warajna fi stat aħjar milli sibnihom aħna. Dawn huma ħaddiema li jaħdmu mad-Diviżjoni tar-Restawr u Diviżjonijiet oħrajn tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet. Għal bosta minnhom dan ix-xogħol qed iservi wkoll biex ikomplu jitħarrġu fuq is-snajja tagħhom. Kwalunkwe xogħol li żdied mal-villa matul is-snin u li ma jirrispettax l-istorja tagħha tneħħa għal kollox u z-zidied kollha li saru biex jaqdu l-bzonnijiet ta' llum huma riversibli.

Insellem lill-ħaddiema kollha li qed iwettqu din il-biċċa xogħol b’tant sengħa u reqqa matul l-ahhar sentejn. Ftakart li għal xi wħud, il-ħaddiema tal-Gvern għadhom jirriflettu skartar u għażż. Mhux li kien li dawn il-ħaddiema b’tant snajja jservu ta’ eżempju għal kulħadd!

Jan 13, 2008

Kuncert tal-genn !

Il-kuncert tal-bierah filghaxija f'Dar il-Meditterran fl-okkazzjoni tal-introduzzjoni tal-Euro kien bomba ! Miriam Gauci, Joseph Calleja u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali kienu sempliciment stupendi taht it-direzzjoni tal-Maestro Michael Laus.

Definittivament hallew toghma tajba hafna mhux biss lill-Maltin prezenti izda anke lill-mexxejja barranin.


L-interpretazzjoni ta' Miriam Gauci u Joseph Calleja ta' Parigi O Cara mill-La Traviata ta' Verdi kienet eccezzjonali. Irnexxielhom jinsgu l-vucijiet veru tajjeb u hargu l-qawwa tal-vuci taghhom.

Laqtitni hafna ukoll il-komposizzjoni Malta Suite ta' Mro.Charles Camilleri. Il-bierah l-ewwel darba li smajtha u rrid nghid li l-arrangamenti il-veru nteressanti. Il-mod kif irnexxielu jorbot flimkien dawk il-bicciet ta' muzika tradizzjonali maltija biex jaghti komposizzjoni melodjuza ta' 'l fuq minn kwarta kien veru stupend.

Grazzi hafna. Ghamiltulna gieh. Prosit !

Jan 1, 2008

L-Ewwel tas-Sena mimli kultura !

Illum morna nduru xi postijiet f'Parigi. L-ewwel post li morna kien is-Cite' des Sciences et de l'Industrie. Sfortunatament hafna mill-wirjiet kienu maghluqa. Ma konniex nafu imma ghallanqas kien miftuh il-Géode.

Il-Geode huwa wiehed mill-akbar geodesic domes fid-dinja u l-ewwel Omnimax movie theatre fi Franza. Rajna l-film LA LÉGENDE DE L'ÉTALON NOIR (The Young Black Stallion). Il-film, mahdum minn Simon Wincer ghandu immagini tal-genn.

Ghandu storja straordinarja ta' hbiberija bejn tifla u ziemel lejn l-ahhar tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-Arabia. It-tifla Neera ssemmi liz-ziemel Xitan, "born of the sands, sired by the night sky, drinkers of the wind."
Wara morna komplejna nduru Parigi. Il-Metro tberikha kemm hi tajba u efficjenti. Il-bard imma mhux kesha li ma tissaportix. Se nhallikom ghax se mmur niekol !

L-ahhar tas-sena f'Parigi

Bhalissa qieghed Parigi flimkien mal-mara u t-tifla ghal holiday qasir. Il-bierah morna naraw il-ballet Nutcracker fit-Teatru ta' l-Opera ta' Bastille.

Meta l-ex President Franciz, Francois Mitterrand, kien iddecieda li jibni dan it-Teatru, id-disinn kien qajjem polemika shiha. Pero addass rasu u ghamilha. Il-bierah li rajtu minn barra u dhalt gewwa ikolli nammetti li mnella ghamel ta' rasu.

L-istorja ta' dan il-ballet kienet miktuba minn Hoffmann u l-koreografija kienet giet mahluqa mill-mibki Rudolf Noureev. Spettaklu li hallina bla nifs. Id-danza u x-xenarju kienu bellezza. Hadu sehem il-primi ballerini u le Corps de Ballet bil-partecipazzjoni ta' madwar 24 tifel u tifla ta' l’École de Danse ta' l-Opera.

Wara morna sal-Champs Elysees fejn isiru l-akbar festegjamenti tal-bidu tas-sena. It-triq mixghula veru sabih u nteressanti li din is-sena ntuzaw dwal energy saving. Hu kkunsidrat li gew iffrankati eluf ta' Ewro.

Dec 30, 2007

Christmas Concert

Ghat-tielet sena konsekuttiva l-bierah filghaxija organizzajt Christmas Concert bl-isem Buon Natale, fit-teatru tas-Salezjani f'Tas-Sliema. Serata ta' saghtejn u nofs ta' kanzunetti tal-Milied, li tismaghhom kemm tismaghhom xorta tiehu gost.

Kienet serata sabiha hafna li fiha hadu sehem il-grupp ta' Mark Spiteri Lucas b'live performances minn Aldo Busutill, Nadine Axisa, Ivan Spiteri Lucas, J.Anvil, Maria Mallia, Priscilla Psaila u Ivan Borg.
Mexxa s-serata Toni Busutill, li l-bierah apparti li kkonferma kemm hu atturtajjeb, urina l-kapacitajiet tieghu fil-kant ukoll !

Kien hemm udjenza mhallta, li ma qatghetx qalba tigi minkejja l-maltemp li hakimna l-bierah u minkejja l-kompetizzjoni tal-programm Istrina fuq it-TV. Apprezzajt doppjament li gew !

Dec 18, 2007

They deserve a big pat on the back !

L-Editorjal ta' llum fuq l-Independent :

Whoever had the idea of a Christmas Village at the Ta’ Qali national park – and whoever implemented the instructions given to set up such a magnificent scenario – deserves a big pat on the back.

People who travel abroad in the weeks leading up to Christmas know that a Christmas village, where Yuletide traditions come to life, is set up in various major European cities, and even in the smaller ones. Thousands of locals and tourists visit them each and every year, some to buy gifts for their loved ones, other just to simply taste the Christmas spirit.

The cold and rain does not stop such activities and, with Malta having such a milder climate when compared to northern and central Europe, it was always a mystery that something of the sort was not held in Malta. After all, as a people, the Maltese enjoy celebrating Christmas.

This year, the Rural Affairs and Environment Ministry took the plunge, and organised a Christmas Village at the Ta’ Qali national park between 13 and 16 December. In doing so, it hit two birds with one stone. First of all, it filled the void of not having such an activity which, for a Catholic country like Malta, was something that was missing. Secondly, it made good use of an open space which has great potential.

Tiehu gost li xi hadd japrezza x-xoghol kbir li hadu n-nies fis-Segretarjat tieghi, dawk tal-PARK Unit u l-NGOs li ppartecipaw fost l-ohrajn. F'isem kulhadd : Grazzi Sur Editur !

Editorjal shih - http://www.independent.com.mt/news.asp?newsitemid=62191

Dec 15, 2007

Christmas Village f'Ta' Qali

F'dawn il-granet hemm il-Christmas Village gewwa l-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali. Bdejna nhar il-Hamis fejn kien hemm invazzjoni ta' kbar u zghar. Filghaxijiet in-nies naqsu imma mpressonajt ruhi li n-nies xorta gew minkejja l-bard li beda jaghmel.

L-idea tal-Christmas Village harget biha l-mara, Lourdes. Izda ghamluha realta l-grupp ta' zghazagh li ghandi fis-segretarjat tieghi u l-haddiema tal-PARK Unit. Il-Park Nazzjonali gie mghammar b'tizjien mill-isbah tal-Milied u l-attivita' ma taqta xejn. Bhas-soltu ma jonqosx l-ikel bhal dak tradizzjonali tal-Milied bhal l-imbuljuta, mince pies u l-qaghaq tal-ghasel.

Tiehu gost tara t-tfal jigru minn post ghall-iehor f'ambjent sabih u bla periklu. L-aktar popolari mat-tfal jidher li huma l-living room ta' Santa Claus u l-presepju kbir bl-annimali hajjin. It-tfal joghxew jaraw l-annimali hajjin. L-ecitament taghhom kompla jikkonvincini li l-parti ta' wara l-open air theatre ghandu jkun hemm area bl-annimali hekk kif jitlesta l-Villagg tal-Artigjanat gdid u n-nissan huts li hemm illum jizzarmaw.
L-attivitajiet jibqghu sejrin sal-Hadd filghaxija. Isma minni ejja s'hemm. S'issa t-temp habbna !

Dec 5, 2007

Fejn il-passat jiltaqa mal-modern

Kelli opportunita' mmur darbtejn il-Kajr. Darba minnhom kont mort ma' grupp tal-istudenti tal-Arkittettura. Apparti l-piramidi l-kbar ma tistax ma tmurx il-Muzew tal-Arkeologija li huwa daqshiex izda mimli daqs bajda. Trid mill-anqas tlett ijiem mill-anqas biex tarah sew.

L-Egittu issa qed jipjana li jibni mega Muzew tal-Arkeologija gdid b'budget ta' madwar 550 Miljun Dollaru. Qed jikkalkulaw li dan il-muzew se jkun jista jilqa fih 15,000 vizitatur kuljum. Il-muzew se jkollu 84,000 metru kwadru ta' spazju u se jkun jista jakkomoda madwar 100,000 item arkeologiku, inkluz 3,500 item minn dak li fadal tal-farauni Tutankamen.

Il-post li ntaghzel huwa 2.5km 'l boghod mill-piramidi l-kbar magenb it-triq principali li tiehdok ghal dawn il-piramidi. Minn eventwalment se jkolli x-xorti li jzur dan il-muzew, se jkollu cans jara muzew ultra-modern li l-faccati tieghu se jkunu kollha tal-hgieg. Muzew modern ghall-ahhar li se jilqa fih probabilment l-akbar civilizzazjoni tal-passat.

Dan il-muzew mhux biss se jkollu swali ghall-wirjiet, imma se jkollu ukoll sensiela ta' hwienet u restaurants, kif ukoll auditorium kbir, teatru, theme park u dak li qed jissejjah "gnien sigriet".
Jekk tixtieq aktar informazzjoni idhol fuq: www.gem.gov.eg/index/Visit_Gem/index.htm

Nov 17, 2007

Caravaggio : l-Inkjesta

Illejla mort sat-Teatru tal-Gharghur biex nara l-produzzjoni "Caravaggio: l-Inkjesta" mtella mill-Ghaqda Teatrali Dwal Godda b'kitba ta' Joe Friggieri. Ghogbitni hafna. Ftit tal-granet ilu l-istess produzzjoni ttelghet fit-Teatru Manoel b'atturi differenti imma sfortunatament kont tliftha u wara li smajt li tghidx kemm hija tajba ma ridtx nimmisjha.

Il-produzzjoni ta' llejla hadmu fiha atturi zghazagh mmexxija b'hegga kbira bhas-soltu minn Martin Gauci, li sar sinonimu mad-drammi li din l-ghaqda ttella fil-Gharghur specjalment fil-Gimgha Mqaddsa. Hadt gost li llejla kienu prezenti ukoll bhala udjenza l-atturi aktar stabbiliti li hadmu fl-istess produzzjoni fit-Teatru Manoel, li bil-presenza taghhom biss ukoll taw support morali qawwi lil dawn l-atturi anqas celebri.

Il-kitba tal-produzzjoni hija tal-aqwa kwalita' u jien u nisma d-djalogu ghidt bejni u bejn ruhi - kemm hi sabiha l-lingwa maltija meta tkun espressa b'pinna meqjusa. Joe Friggieri irnexxielu jinseg il-prezent mal-passat biex johrog il-karattru ta' Michelangelo Merisi minn Caravaggio, dak il-genju tal-arti li kellu hajja mqallba hafna. Michelangelo li minkejja li ghex 39 sena biss ta lill-Italja u lil pajjizna bosta kopolavuri ta' arti barokka u jibqa msemmi l-aktar ghal mod drammatiku li uza l-chiaroscuro.

Sep 21, 2007

Katidral li qed jerga jiehu r-ruh !


Dalghodu attendejt il-quddiesa fil-Kon-Katidral ta' San Gwannli tigi organizzata kull sena f'Jum l-Indipendenza. Waqt il-quddiesa qghadt nammira ix-xoghol ta' restawr li ghaddej fil-Katidral. Numru ta' kappelli u navi diga gew restawrati u diga jispikkaw fuq il-kumplament. L-indurar bid-deheb li qed isir mill-esperti Taljani, qed jibda jhiddi u bilfors jolqotlok l-ghajn.

Sfortunatament ghal hafna snin dan il-gojjell, li nbena mill-Kavallieri fuq disinn tal-perit Gerolamo Cassar, thalla ghal riehu u ma sar xejn fih. Izda minn mindu twaqfet il-Fondazzjoni nbeda programm qawwi ta' restawr bl-ghajnuna kbira anke tal-Gvern Taljan.

Interessanti wiehed jinnota li hemm tixbih qawwi bejn il-faccata tal-Kon-Katidral ta' San Gwann u l-faccata ddisinjata minn Michelangelo ghal Basicilka ta' San Lorenzo gewwa Firenze, liema faccata qatt ma saret. Il-kittieb tal-arkitettura u l-mibki perit Leonard Mahoney kien kiteb "Cassar's knowledge of the exact measures of Michelangelo's works is probabely due to Laparelli who was Michelangelo's trusted assistant on the fabric of St. Peter's in Rome."

Waqt il-quddiesa gieni hsieb iehor. Kemm ghandna bzonn nirrestawraw il-Palazz tal-GranMastru. Sfortunatament mautul is-snin saru hafna nterventi fih li faqru lil dan il-Palazz. Hemm bzonn li l-Parlament insibulu post iehor halli nkunu nistghu naghmlu l-interventi ta' restawr tant mixtieqa u naghtu lil pajjizna mill-gdid dan il-gojjell biex jitgawda fl-ahjar tieghu.

Sep 15, 2007

Mejjet biex immur !


Dan il-weekend f'Parigi ghandu jiftah muzew interessanti, il-Muzew tal-Monumenti fi Franza. Il-muzew li jiprezentalek 800 sena ta' arkitetttura fi Franza se jkun fil-Palazz Chaillot hdejn l-Eiffel Tower.

Il-wirja hija mifruxa fuq madwar 8,000 metru kwadru u tinkludi kopji ta' faccati ta' katedrali, monumenti u arkitettura mill-hdax-il seklu sa llum. Id-direttur tal-Muzew skond bbc-news qal "We didn't want any break between old and modern."

Dinl-wirja tinkludi mudell ta' apartament futuristiku mibni minn Le Corbusier f'Marsilja, liema apartament huwa meqjus bhala masterpiece.

Il-progett ta' dan il-muzew imsejjah - Belt tal-Arkitettura, kien thabbar fl-1994 izda kemm minhabba dewmien kif ukoll minhabba zieda mill-ispejjez originali (hi x'arukaza, mela mhux Malta biss jigru dawn l-affarijiet !) dam biex jitlesta sa issa. Il-wirja b'kollox giet tqum madwar 80 Miljun Euro.

Laqtitni hafna l-grafika tal-website ta' dan il-muzew. Nissuggerilek li tarha fuq: http://www.citechaillot.fr/

Biex inkun onest mejjet biex naqbad ajruplan u mmur Parigi ha narah dan il-muzew ! Fadalli x'nistenna imma.