Il-Hamis filghaxija morna M'Forn fejn kien hemm varjeta kulturali matul ix-Xatt kollu. Il-Gimgha filghaxija morna sal-Pjazza tan-Nadur fejn assistejna ghal kuncert ta' Mark Storace u l-grupp tieghu u wara rajna n-nar tal-art. Is-Sibt filghodu morna s'ghand Ta' Mena, attrazzjoni gdida agro-turistika, fit-triq li tiehdok mir-Rabat ghal M'Forn. Attrazzjoni helwa fejn mhux biss mxejna qalb id-dwieli u s-sigar taz-zebbug li tant jindokra Joe Spiteri izda doqna ukoll il-prodotti tipici, inkluz il-kunserva Ghawdxija. Filghaxija morna l-Ggantija Awakening, produzzjoni tal-Kunsill Lokali Xaghra biswiet il-Ggantija, u wara morna c-Cittadella. Hemmhekk segwejna fost ohrajn wirja ta' nar tal-ajru mill-isbah.
Dalghodu morna sax-Xewkija fejn rajna wirja helwa hafna ta' muturi antiki, mudelli ta' knejjes u wirja artistika minn zewg zghazagh li veru jipromettu. Wara ergajna morna s'ghand Ta' Mena fejn trejjaqna. Impressjonajt ruhi bl-entuzjazmu tal-Ghawdxin kollha li hadu sehem. In-nies ikkonkorrew sew. Haqqu prosit kull min ta sehmu biex dan il-weekend ikun is-success li kien.
1 comment:
Ghaziz George, ghall- precizjoni l- organizzaturi tal- Gozo 1234 kienet il- Kumpannija Burning Spear mghamula minn WE u Nexos Lighting. Nahseb li kien sucess kbir ghax kulhadd ha gost specjalment ghax il- kultura tferrxet mal- mistrieh. Silvio
Post a Comment