Aug 8, 2008

Cerimonja mpressjonanti !

Għadni kif rajt iċ-ċerimonja ta’ l-inawgurazzjoni ta’ l-Olimpjadi ta' Beijing, waqt li qed nghum fil-karti fl-ufficcju. Ċerimonja impressjonanti! Laqatitni l-precissjoni ta' dawk l-mijiet jew mhux eluf ta' nies fil-parti tal-bidu, specjalment kif issinkronizzaw id-dawl tal-countdown mad-daqqiet fuq l-ispeci ta' tnabar.

L-istennija għaddiet u llum bdiet id-29 edizzjoni tal-logħob olimpiku. Iċ-Ċina għamlet li setgħet biex dawn il-logħob iservu ta’ vetrina għall-progress li għamel dan il-pajjiz fl-aħħar snin. Mill-lenti ta’ perit, irrid ngħid li b’dan il-logħob iċ-Ċinizi bnew ukoll ftit ġawhar arkitettoniku, bħalma hu l-istadium olimpiku.

Nittama li l-ħmistax li ġejjin ikunu festa ta’ sport, pero ma jistax jonqos li l-argumenti politiċi marbutin maċ-Ċina ma jsirux ukoll. Mill-jum li fih intgħazel Beijing biex jospita l-logħob, smajna fuq li smajna fuq ir-rekords tad-drittijiet tal-bniedem taċ-Ċina, speċjalment fir-rigward tal-oppressjoni fit-Tibet.

Nemmen li dawn huma issues li wieħed għandu jitkellem fuqhom u jinsisti għal soluzzjonijiet pero nemmen ukoll li l-isport għandu wkoll rwol importanti x’jaqdi, lil hinn mill-politika. L-olimpjadi huma mezz importanti kif iġib persuni, aktar milli pajjizi, jikkompetu ma’ xulxin f’atmosfera ta’ għaqda. Ninnota b’dispjaċir li għad hawn atleti li jippruvaw jirbħu billi jqarrqu pero fiduċjuz li l-mediċina sportiva għamlet passi kbar fil-ġlieda tagħha kontra min iqarraq.

Nittama li l-jiem li ġejjin iwasslu biex kulħadd jirbaħ il-midalja tad-deheb – tal-lealta’, tal-għaqda u tal-komeptizzjoni ġusta.

No comments: