Kienet tigrija li poggiet lil Phelps ta' 23 sena fl-istorja tal-Olimpiadi, ghallanqas dawk moderni. It-team Amerikan qiesu ried jaghmilha bil-kbir ghax irnexxielu ukoll jistabbilixxi world record time b'hin ta' 3 minuti u 29.34 secondi. Il-midalja finali tieghu ma kenitx minghajr diffikulta. Qabez ghat-third leg tal-butterfly bit-team Amerikan fit-tielet post imma rnexxielu jgibhom fil-vantagg.
Ghogobni l-kumment ta' Phelps wara t-tigrija : "Nothing is impossible. With so many people saying it couldn't be done, all it takes is an imagination." Xi spirtu dak ! Ghandu kuragg aktar u aktar meta tiftakar li Michael meta kien teenager kien ibghati mill-Attention-Deficit Hyperactivity Disorder. Fl-Olimpiadi ta' Sydney fl-2000 fl-eta' ta' 15-il sena kien sar l-izghar ghawwiem Amerikan li qatt irraprezenta lil pajjizu.
Phelps maghruf bhala l-Baltimore Bullet fl-eta' ta' 23 sena, ghandu futur quddiemu. Ghadu zghir bizzejjed biex izid ir-rebh ta' aktar midalji ma' ghonqu fl-Olimpiadi ta' Londra tal-2012 !
1 comment:
Ghaziz George,
Qed niktiblek biex infakkrek li bhala President tal-FRIENDS OF AUSTRALIA ASSOCIATION, nixtieq li nhawlu numru ta' sigar fl-ewwel okkazjoni li jkollok.
Nistenna twegiba kmieni kemm jista' jkun.
Inselli ghalik.
Tony C. Cutajar
Post a Comment