Il-bierah iltaqa l-Grupp Parlamentari tal-PN biex jiddiskuti l-proposta tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex bhala l-President tar-Republika li jmiss jinhatar Dr.George Abela. Kellna diskussjoni miftuha hafna. Il-Prim Ministru, kif kien ghamel diga anke fil-laqgha tal-Kabinett, ta spjega cara ghall-ghazla tieghu.
Huwa sostna li wasal il-mument li pajjizna jaghmel pass iehor, dak li ghall-ewwel darba jigi nominat politiku li ma jappartenix lill-partit fil-Gvern. Mossa kontraversjali li hasdet lil hafna, izda kif qal Lawrence Gonzi, "Jekk trid tmexxi trid tkun lest ukoll li tbiddel il-mudelli li drajna".
Il-mudell ilu li ntghazel mill-1976 meta l-Partit Laburista fil-gvern kien ghazel ex-Ministru tieghu. L-istess gara fl-1982. Dan il-mudell kompla ghal dawn l-ahhar 20 sena. Zgur li wiehed ma jistax jargumenta li dan il-mudell ma seddaqx l-istatura tal-Presidenza. Izda Gonzi kkonvinca li wasal il-mument li ssir bidla li tkompli tizviluppa l-ufficcju tal-President u tkun xempju tal-maturita' politika ta' pajjizna. Kien ghalhekk li b'kuragg ppropona lil George Abela.
George Abela huwa bniedem rispettat ghax f'mumenti mportanti ma ddejjaqx jiehu posizzjonijiet li kienu kontra l-kurrent tal-kamp tieghu, inkluz fuq is-shubija ta' pajjizna fl-UE. Tista ma taqbilx f'kollox mieghu, imma huwa persuna umana hafna, moderat u razzjonali. Kellu karriera mzewqa b'impenn fil-professjoni legali, t-trejdjunjonizmu, il-politika u anke l-isport.
L-ghazla ta' Gonzi wiehed irid jara ukoll fl-opinjoni tieghi fil-perspettiva tal-mument. Pajjizna ghaddej minn mumenti difficli, f'dinja mimlija ncertezzi. Dan il-mewg naslu biex nirbhuh jekk naghrfu nisfruttaw is-sahha u l-gherf ta' kulhadd. Jorbot anke mal-vizzjoni ta' Gonzi : Flimkien kollox possibli.
No comments:
Post a Comment