Showing posts with label Lawrence Gonzi. Show all posts
Showing posts with label Lawrence Gonzi. Show all posts

May 3, 2013

Riflessjonijiet fuq it-tmexxija ta' Gonzi


Issa li waslet fi tmiem taghha t-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi fil-PN tajjeb li wiehed jirrifletti fuq it-tmexxija tieghu.  Ghalija Lawrence Gonzi jibqa marbut ma’ tlett fatti l-aktar importanti.  L-ewwel: il-hidma biex pajjizna addotta l-Euro bhala l-munita ta’ pajjizna.  Niftakar sew il-laqgha tal-Kabinett ta’ meta saret din il-proposta.  Kien qalilna bl-aktar mod car dak li riedna nghaddu minnu biex nilhqu r-rekwiziti halli nikwalifikaw ghall-Euro.  Imma kien qalilna, qiesu kien imnebbah b’dak li kellu jigri snin wara, li pajjizna ghandu bzonn jankra ruhu ma’ munita u sistema b’sahhitha f’kaz li xi darba jfegg maltemp finanzjarju.
 
It-tieni fatt li norbot ma’ Lawrence Gonzi hija l-kapacita’ tieghu biex isuq il-vapur jismu Malta fl-aghar maltemp ekonomiku li laqghat lid-dinja fl-ahhar kwazi 100 sena.  U kien maltemp qalil hafna li halla ugigh kbira f’bosta pajjizi.  Mhux biss ugiegh ekonomiku imma fuq kollox ugiegh socjali kbir li ghadu ghaddej sa llum. U zamm dan il-vapur ghaddej ghax irnexxielu jifhem minn kmieni x’decizzjonijiet iebsa pajjizna kellu jiehu biex inaqqas b’mod qawwi l-mazra tas-sussidji f’azjendi li kienu qed jixorbu l-miljuni tat-taxxi tal-poplu. Ha d-decizzjonijiet iebsa imma dejjem baqa sensittiv ghal faxex socjali l-aktar batuti, specjalment fil-generazzjoni ta’ impjiegi. Il-fatt li qabel kien Ministru ghall-Politika Socjali zgur li ghenitu. Kien bniedem ta’ riforma ghax trasforma lil pajjizna bl-aktar mod qawwi f’pajjiz modern fl-ewwel perjodu tal-esperjenza taghna bhala membri tal-Unjoni Ewropea, specjalment fil-qasam tas-sahha, edukazzjoni u ambjent.
 
It-tielet haga li norbot ma’ Gonzi hija d-determinazzjoni tieghu li jsuq lil pajjizna fil-bahar tal-problemi finanzjarji u ekonomici, fl-istess waqt li kien iffaccjat bl-aghar forma ta’ dissens politiku fil-partit tieghu stess minn persuni li tajjeb jew hazin kien iddefenda hu stess fl-imghoddi mill-attakki tal-partit oppost.  U minkejja li mbaghad spica hu attakkat minn dawn il-persuni, qatt ma nafu jlissen kliem ta’ disprezz fil-konfront taghhom anke meta kellu l-armi kollha biex jumiljhom jew jisfidhom pubblikament.  Kellu dixxiplina kbira fuqu nnifsu, tant li kien anke darba lissen li kien jipreferi li jkun umiljat hu, milli jara lill-pajjizna jkun umiljat kif kienu qed ikunu umiljati tant pajjizi ohra. 
 
Il-koncentrazzjoni tieghu fuq il-hidma tal-gvern telfitu izda mbaghad milli jaghti l-ahjar tieghu ghat-tmexxija nterna tal-partit.   Ma hasibx bizzejjed kif isahhah il-partit biex jiggieled l-elezzjoni generali, li bilfors kellha tkun l-aktar wahda difficli.  Kienet kemm kienet tajba l-performance tal-gvern, kien bilfors naturali li wara 15-il sena fil-gvern il-poplu kien se jitlob bidla fit-tmexxija.  L-ebda gvern qatt ma kien ghadu rebah tlett elezzjonijiet wara xulxin.  Ghamilha hu fl-2008 imma kien difficli hafna li l-PN jirbah ir-raba elezzjoni in fila, anke ghax kien evidenti li minkejja r-rizultati ekonomici posittivi, il-gvern kien ha numru ta’ decizzjonijiet strategici li holqu antagonizmu qawwi mal-elettorat. Imma anke meta tlifna b’numri kbar, assuma hu bl-akbar umilta’ r-responsabilita’ tat-telfa elettorali.  Fil-granet li gejjin se nitilfu t-tmexxija tieghu izda l-ezempju tieghu jibqa maghna.

Apr 4, 2009

Umilta'

"Ippermettuli nfisser ruħi hawn quddiemkom f’kelma waħda – umiltà. Umiltà sħiħa hi dik li nħoss f’dan il-jum. " Hekk beda d-diskors tieghu Dr.George Abela meta dalghodu ghamel l-indirizz tieghu hekk kif ha l-gurament tal-hatra. B'dawn il-kliem nahseb li l-President il-gdid naqqax il-Presidenza bil-personalita' tieghu.

Laqatni ukoll meta qal "Nazzjon żgħir, demokratiku u repubblikan, kif bnewh il-mexxejja tiegħu bħala pajjiż indipendenti u ħieles, fiduċjuż fih innifsu li jkun strument ta’ paċi u li jimxi b’rasu merfugħa fl-Unjoni Ewropea, illum f’għeluq il-ħames sena ta’ sħubija, u li jmexxi ’l quddiem politika rilevanti fl-Ewropa, fir-Reġjun tal-Mediterran u fil-bqija tad-dinja." Ma ddejjaqx ifakkar fl-ghazla storika ta' pajjizna hames snin ilu. Dakinhar huwa wera kuragg ghax ha posizzjoni li kienet kontra l-kurrent tal-kamp tieghu.

L-ghazla tal-President il-gdid turi ghal darb'ohra l-ghaqal tal-Prim Ministru Gonzi meta sostna li wasal il-mument li pajjizna jaghmel pass iehor, dak li ghall-ewwel darba jigi nominat politiku li ma jappartenix lill-partit fil-Gvern. Dalghodu kelli l-opportunita' li niltaqa ma' Fr.Hilary Tagliaferro li rega' rrepeta mieghi dak li qal il-bierah fuq it-televizzjoni. Haseb li qatt mhu se jasal mument bhal dan fejn jigi nominat xi hadd mill-kamp politiku oppost, imma Gonzi ssorprendih b'mod posittiv u wera ghaqal.

George Abela jgawdi rispett ghax huwa persuna umana hafna, moderat u razzjonali. Kellu karriera mzewqa b'impenn fil-professjoni legali, t-trejdjunjonizmu, il-politika u anke l-isport. M'ghandix dubju li se jkompli jseddaq il-Presidenza kif ghamlu dawk ta' qablu. Temm id-diskors tieghu hekk "bil-valuri mnissla fija minn missieri u ommi jiggwidawni, nittama li jirnexxili nagħmel dan f’servizz sfiq li nixtieq nagħti lil artna u lill-poplu tagħna fis-snin li ġejjin. Hekk Alla jgħinni." Dikjarazzjoni ta' umilta'. Auguri George !

Mar 13, 2009

B'Ghaqal Nsahhu l-Gejjieni

Il-bierah filghaxija attendejt il-laqgha li organizza l-PN ghall-attivisti tieghu fejn il-PM ta harsa lejn l-ewwel sena ta' hidma mir-rebh tal-elezzjoni 'l hawn. Ha l-opportunita’ biex janalizza dak li twettaq u anke jħejji l-bazi għal ħidma futura. Spjega sensiela sħiħa ta’ kisbiet u zviluppi li seħħew fl-aħħar 12-il xahar. Bizzejjed wiehed jghid li fl-ahhar sena l-Gvern nieda 20 proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-liġi tal-kera, it-tibdil fil-klima, l-immanigjar tal-iskart, il-Kunsilli Lokali, Għawdex, il-MEPA, it-trasport, il-ġustizzja u l-edukazzjoni.

Minkejja l-krizi finanzjarja internazzjonali li qatt ma rajna bħalha, f’sena nħolqu 7,000 impjieg ġdid. Zieda ta' mpjiegi li sehhet fis-settur privat u filwaqt li komplejna naraw tnaqqis ta’ impjiegi fis-settur pubbliku. Kellna ukoll investiment dirett barrani ta' madwar €420 miljun.

Jien u nisma lill-Prim Ministru bdejt nehwden x’seta’ kien x-xenarju kieku fis-snin li għaddew ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea, kieku ma sseħibniex fl-Ewro daqs sena ilu. Ghandu ragun il-PM jistenna li l-PL jaghmel dikjarazzjoni pubblika fejn jammetti li l-ghazliet li kien ghamel dan il-partit kienu zbaljati. Jidher bhala fatt storiku li kull meta pajjizna jkun fi crossroads importanti, il-PL dejjem ghazel it-triq il-hazina.
Il-kisbiet ta’ din is-sena huma pass ieħor fit-twettiq tal-programm tal-Gvern. Fix-xhur li għaddew għamilna wkoll zbalji, pero ċert li meta l-poplu jagħzel, lest japprezza li l-pajjiz kompla jirriforma ruħu u jħejji għall-isfidi li ġejjin. Il-PN jibqa l-partit li jhares lejn illum u ghada b'kuragg u b'ghaqal.

Jan 13, 2009

Ghazla kuragguza

Il-bierah iltaqa l-Grupp Parlamentari tal-PN biex jiddiskuti l-proposta tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex bhala l-President tar-Republika li jmiss jinhatar Dr.George Abela. Kellna diskussjoni miftuha hafna. Il-Prim Ministru, kif kien ghamel diga anke fil-laqgha tal-Kabinett, ta spjega cara ghall-ghazla tieghu.

Huwa sostna li wasal il-mument li pajjizna jaghmel pass iehor, dak li ghall-ewwel darba jigi nominat politiku li ma jappartenix lill-partit fil-Gvern. Mossa kontraversjali li hasdet lil hafna, izda kif qal Lawrence Gonzi, "Jekk trid tmexxi trid tkun lest ukoll li tbiddel il-mudelli li drajna".

Il-mudell ilu li ntghazel mill-1976 meta l-Partit Laburista fil-gvern kien ghazel ex-Ministru tieghu. L-istess gara fl-1982. Dan il-mudell kompla ghal dawn l-ahhar 20 sena. Zgur li wiehed ma jistax jargumenta li dan il-mudell ma seddaqx l-istatura tal-Presidenza. Izda Gonzi kkonvinca li wasal il-mument li ssir bidla li tkompli tizviluppa l-ufficcju tal-President u tkun xempju tal-maturita' politika ta' pajjizna. Kien ghalhekk li b'kuragg ppropona lil George Abela.

George Abela huwa bniedem rispettat ghax f'mumenti mportanti ma ddejjaqx jiehu posizzjonijiet li kienu kontra l-kurrent tal-kamp tieghu, inkluz fuq is-shubija ta' pajjizna fl-UE. Tista ma taqbilx f'kollox mieghu, imma huwa persuna umana hafna, moderat u razzjonali. Kellu karriera mzewqa b'impenn fil-professjoni legali, t-trejdjunjonizmu, il-politika u anke l-isport.

L-ghazla ta' Gonzi wiehed irid jara ukoll fl-opinjoni tieghi fil-perspettiva tal-mument. Pajjizna ghaddej minn mumenti difficli, f'dinja mimlija ncertezzi. Dan il-mewg naslu biex nirbhuh jekk naghrfu nisfruttaw is-sahha u l-gherf ta' kulhadd. Jorbot anke mal-vizzjoni ta' Gonzi : Flimkien kollox possibli.