Bla tlaqliq ikolli nghid li kienet sessjoni veru worthed. Kellna diskussjoni tajba hafna u kont verament impressjonat bil-livell tal-hsieb tal-udjenza u l-mistoqsijiet li sarulna. Is-sessjoni tal-bierah ghalmitni li hemm skop ghal hidma aktar wiesa ma' din il-Union fil-qasam tal-ambjent f'pajjizna.
Hadt l-okkazzjoni sabiex nenfasizza l-htiega li anke s-social partners jehtieg jifhmu li hemm deċiżjonijiet li pajjiżna irid jieħu biex jara kif jisfrutta r-riżorsi limitati ta’ pajjiżna għal-ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa. Spjegajt li l-Istrategija ghandha relevanza ekonomika u soċjali kbira. Filwaqt li hemm prezz gholi li pajjizna jkollu jhallas jekk sal-2020 ma nilhqux il-miri li ghandna, wiehed tajjeb jifhem li hemm ukoll opportunitajiet ta’ xogħol u investiment jekk ngharfu nimxu bil-ghaqal.
Qsamt maghhom ukoll il-hsibijiet ewlenin tal-Istrategija ukoll dwar l-Immanigjar tal-Iskart. Spjegajt li l-miri principali li tpoggi quddiemna dan id-dokument huwa dak li nkomplu nisfruttaw l-iskart bħala riżorsu u nieħdu minnu l-akbar ammont ta' enerġija nadifa.
1 comment:
Jien il-bierah kont wiehed minn dawk li ppartecipajt f’dik id-diskussjoni ferm interessanti. Kienet diskussjoni ghaqlija, fejn minkejja l-prezentazzjoni brillanti mill-esperti rigward din il-materja, nista` nghid b’wicci minn quddiem li kien hemm ambjent ta’ diskussjoni ma’ Ministru li huwa down to earth hafna u huwa dispost jisma’ u jispjega lin-nies, minkejja li mhux kulhadd espert f’dan is-suggett. Ghal dan il-ghan, gentilment nixtieq nirringrazzja lil min ha sehem, b’mod specjali lill-Ministru rigward il-hidma tieghu fuq dan is-suggett. Edwin Balzan Segretarju UHM
Post a Comment