Apr 26, 2009

7,500 kilo ta' frawli

Eluf ta' nies honqu z-zuntier u l-piazza tal-Imgarr illum ghal Festa tal-Frawli, bizzejjed biex inxtraw f'nofs ta' nhar mal-7,500 kilo ta' frawli. Kien hemm minn kollox, frawli friska, ross bil-frawli, ravjul bl-irkotta u l-frawli, milkshakes bil-frawli, smoothies, inbid tal-frawli u frawli miksi cikkulata. Biex inkun onest ma flahtx ma nduqx wahda ! Allavolja kelli lill-Prim Ministru ghassa ghalija. Ma kelliex lil Lourdes u llum kelli lilu bhala gwardjan tieghi.

Kien hemm gost tassew. Din hija festa li dahlet sew fil-kalendarju kulturali ta' pajjizna u minn din is-sena dahhalniha fil-kalendarju tal-festi tal-prodott lokali, Naturalment Malti. Kienet it-tielet wahda din is-sena wara dik tal-qaqocc f'Haz-Zabbar u dik tat-tigieg u l-bajd gewwa Had-Dingli. In-nies qed twiegeb bi hgarha ghal attivitajiet bhal dawn specjalment fejn taf li se ssib prodott frisk u genwin,

Il-Kunsill Lokali tal-Imgarr, il-Kummissjoni Lejla Mġarrija u t-team mid-Dipartiment tal-Agrikoltura haqqhom verament prosit tal-hidma kbira taghhom. Izda l-aqwa prosit u grazzi jmur lil bdiewa Mgarrin li sa minn kmieni dalghodu kienu fl-ghelieqi u s-serer taghhom jaqtghu l-frawli halli n-nies ikollha x'tixtri. U n-nies rrispondew sew tant li ghalkemm l-attivita' suppost li kienet ippjanata li tibda fil-11.15am fid-9.30am diga kien hemm folla tistenna.

2 comments:

Suki said...

Onorevoli, hemm xi mod minn fejn nistghu nidownlowdjaw dawk il-leaflets li qed jinghataw f'dawn il-fieri jekk joghgbok? Grazzi

Unknown said...

Aktar informazzjoni dwar il-Festa Frawli, Lejla Mgarrija u attivitajiet ohra; http://www.lejlamgarrija.com