Din hi r-raba' skola ġdida li nbniet mill-Gvern f'dawn l-aħħar erba' snin permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) immexxija mill-habrieki C'Man taghha, Ray Fenech. Minbarra l-klassijiet f'kull livell, l-iskola se tilqa' fiha wkoll Childcare Centre ġdid li se jilqa fih madwar tmenin tifel u tifla.
Ghadni niftakar il-jum li fih flimkien mal-Ministru tal-Edukazzjoni ta' dak iz-zmien Louis Galea kont zort flimkien ma' Dolores Cristina is-sit fejn kellha tinbena din l-iskola wara li flimkien mal-MEPA konna identifikajna fejn l-ahjar tinbena. Mur ghidilha lil Dolores Cristina li eventwalment kellha tiftah hi dik l-iskola flimkien mal-Prim Ministru !
Din l-iskola hi l-ewwel binja f'Malta li ma tirċevix kont tad-dawl. Anzi, tiġġenera aktar elettriku milli għandha bżonn u trodd l-elettriku żejjed lill-pajjiż. Fuq il-bejt tal-iskola ġew stallati solar water heaters, turbina tar-riħ u sistema ta' pannelli fotovoltajiċi li jipprovdu biżżejjed enerġija għall-iskola kif ukoll għal seba' familji oħra ! Niehu gost li l-Gvern qed jaghti l-ezempju.
No comments:
Post a Comment