Showing posts with label edukazzjoni. Show all posts
Showing posts with label edukazzjoni. Show all posts

Apr 20, 2013

Setghu bnew 15-il skola gdida !

Pajjiżna f'dawn l-aħħar snin kien qed jinvesti ħafna: fin-negozji, fl-infrastruttura, fit-turiżmu – investiment li jfisser li għada nistgħu nkattru l-attivita’ ekonomika, jigifieri l-gid aktar mil-llum. U l-aqwa investiment li kienu qed jagħmel pajjizna kien fl-edukazzjoni. Għax bl-edukazzjoni, il-bniedem mhux biss jilħaq potenzjal aqwa fix-xogħol, imma wkoll fl-oqsma l-oħrajn tal-ħajja – fil-mod kif jgħix u jgawdi ħajtu.  
 
B'xorti ħażina, gvernijiet Laburisti dejjem naqqsu l-investiment fl-oqsma tista' tgħid kollha, u l-qasam tal-edukazzjoni bata ħafna taħt gvernijiet Laburisti. Il-Gvern Laburista fl-1987 mhux ma ħalliex infrastruttura tajba, imma ma ħalliex infrastruttura. Fl-24 sena mill-aħħar 26, gvernijiet Nazzjonalisti nvestew bil-kbir fl-oqsma kollha, u speċjalment fl-edukazzjoni. 
 
Issa reġa' għandna Gvern Laburista li ħafna ttamaw li forsi seta' jkun differenti minn gvernijiet Laburisti qablu. Izda intervista mal-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qatlet din it-tama wara biss 5 gimghat minn meta gie elett! Qalilna li mhux se jkompli bil-programm ta' bini ta' skola ġdida kull sena li ilu għaddej għal dawn l-aħħar ħames snin u li kellu jkompli sal-2020, tant li l-Prim Ministru Gonzi kien diga ta lista tal-iskejjel godda li kellhom jinbnew, inkluz Centru tar-Rizorsi ghall-Istudenti b’dizabilita. Din hija ahbar li tikkontradixxi dak li qal il-Labour Party fil-programm elettorali tieghu, fejn kien qal li jkompli bil-programm ta’ bini ta’ skejjel godda.  
 
Gvern Laburista jsib il-flus biex jiffinanzja Kabinett esegerament kbir, tant li se jispicca jonfoq mal-100 miljun ewro aktar fuq hames snin f’pagi ghall-Ministri u n-nies tal-ministeri, imma ma jsibx il-flus biex jinvesti fi skejjel godda! Skola gdida tigi tiswa madwar 11-il Miljun. B’dawn il-flus zejda ghall-Kabinett, il-Gvern Laburista kien jibni 10 skejjel godda fuq hames snin! Ahna ghazilna li nibnu l-iskejjel u mhux nonfquhom f’pagi ghall-Ministri (li issa jistghu jibqghu jahdmu f'xoghol iehor apparti) u ghall-istaff tal-Ministeri. Hawn verament tidher id-differenza fil-prioritajiet !

Feb 6, 2013

Kuntrast ta' opportunitajiet

Bħala missier, nagħti priorita’ lill-futur ta’ binti.  Bħall-ġenituri kollha, nixtieqha tieħu l-aqwa edukazzjoni possibli biex quddiemha jkollha dinja ta’ opportunitajiet miftuħa għaliha.  Bħalissa hi qegħda s-Sixth form tipprepara għall-eżamijiet tal-A- Level.  Nista’ ngħid li hi ħadet edukazzjoni sħiħa, fejn iffukat fuq l-istudji pero ma warrbitx attivitajiet extra-kurrikulari li huma tant importanti fil-formazzjoni tal-karattru kif ukoll jipprovdu mumenti sbieħ li hi tqatta’ ma’ sħabha. 
Meta jien kont is-Sixth Form, ħafna mill-ħin tiegħi kont inqattgħu nipprotesta kontra r-reġim soċjalista li kif qed jikkonferma b’mod ipokrita Joseph Muscat innifsu, ħalla marka sewda fuq l-istorja ta’ pajjiżna u ħalla impatt tant negattiv fuq il-ħajja ta’ tant nies.
Li tidħol l-Universita’ fit-tmeninijiet kien ifisser li kellek tgħaddi minn sensiela ta’ ostakli, b’numerus clausus infami u bil-bżonn li jkollok il-parrinu.  Fi żmieni  l-istudenti l-Universita’ kienu jlaħħqu 700.  Il-verita’ hi li binti tgħix f’dinja totalment differenti.  Illum hemm 700 kors mhux 700 student l-Universita’.  Il-popolazzjoni tal-istudenti taqbeż il-11,000 b’6,000 oħra jistudjaw l-MCAST.  L-istudenti jirċievu stipendju biex jgħinhom itaffu l-ispejjeż ta’ studji terzjarji u mal-2000 borża ta’ studji ingħataw fl-aħaħr ħames snin biex ikollna aktar studenti li jkompli jistudjaw f’livell post-terzjarju.
Dan mingħajr ma nsemmi l-propsoti dwar l-edukazzjoni inklużi fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.  Iktar opportunitajiet għal studju anke wara l-gradwazzjoni.  Twaqqif ta’ Akkademja tal-Arti.  Investiment akbar fl-Universita’ u fl-MCAST.  Stipendju msaħħaħ.  Tlett elef borża ta’ studju oħr fil-ħames snin li ġejjin.  Għotjiet biex żgħażagħ ta’ 21 sena jkunu jistgħu jżuru pajjiżi Ewropej oħrajn.  Meta kelli sbatax kont noħlom b’dawn l-opportunitajiet.  Għall-binti ta’ sbatax-il sena din hi r-realta’ li għandha quddiemha.

Jan 24, 2013

Ghalliema Francizi vs Ghalliema Maltin


Jerome Lambert mill-Union Nazjonali li tirraprezenta l-ghalliema tal-iskejjel Primarji u Sekondarji fi Franza (SNUipp-FSU) qal li l-ghalliema, li hafna minnhom sena ilu taw l-appogg taghhom lill-kandidat Presidenzjali Socjalista, Francois Hollande, huma dizappuntati kif il-gvern Socjalista qed jitratthom. U kien ghalhekk li nhar it-Tlieta strakjaw madwar Franza kollha u hadu sehem fi protesta kbira f’  Parigi. Ghalliem li ha sehem fil-protesta qal : Dak li l-Gvern Socjalista qed joffri issa m’ghandu xejn x’jaqsam mal-hafna weghdiet kbar li kienu saru lilna qabel l-ahhar elezzjoni.  

L-ghalliema Francizi qed jghidu li Hollande “qed jahrab mill-problemi veri u reali” tas-sistema edukattiva taghhom. Iz-zewg problemi veri huma 1. Wisq tfal fil-klassijiet u 2. Ma hemmx bizzejjed ghalliema b’tahrig specjalizzat biex jassistu lit-tfal li ghandhom diffikultajiet.  
Il-maggoranza qawwija tal-ghalliema f’Mejju 2012 kienu vvutaw ghas-Socjalista Hollande peress li dan kien wieghed li jtejjeb is-sistema edukattiva anke billi jiprovdi aktar miljuni ghall-edukazzjoni. Hollande il-miljuni ma sabhomx u issa jrid izied is-sieghat lill-ghalliema fl-iskejjel minghajr ma jziedilhom il-hlas !   Din l-istorja rajniha tigri f’pajjizna fil-qasam edukattiv fl-1996, dakinhar kienu l-istudenti li ngidmu, li raw dak li kien imwieghed, l-istipendju, jinbidel f’dejn.  
L-ghalliema Maltin, b’kuntrast ghal dawk Francizi, fil-ftehim kollettiv rivedut sentejn ilu kellhom titjib fil-pakkett finanzjarju taghhom u nghataw aktar opportunitajiet ta’ tahrig. Barra hekk raw investimenti kbar fil-qasam edukattiv, inkluz b’zieda qawwija ta’ Learning Support Assistants ingaggati biex jghinuhom. Barra hekk l-ghalliema raw titjib fl-ghodda uzata fil-klassi, apparti raw il-ftuh ta’ skola gdida kull sena !  Il-hidma tal-ghalliema ssarfet f’aktar minn 83% tal-istudenti sekondarji jkomplu jistudjaw wara s-sittax. Ahna kuntrarjament ghas-Socjalisti Francizi wettaqna dak li weghdna lill-ghalliema. Ma jfissirx  li m’hemmx fejn inkomplu ntejjbu fl-edukazzjoni.  Fil-Programm Elettorali l-edukazzjoni nghatat mill-gdid priorita'.

Oct 19, 2012

An investment in knowledge pays the best interest.


Ftit tal-ġranet ilu waqt housevisit kien hemm mara li bdiet tkellimni fuq l-edukazzjoni kemm avvanzat f’pajjiżna. F’ħin minnhom qaltli li fl-edukazzjoni “tant imxejna ‘l quddiem li fl-Universita  għandna 3,600 student”. Jekk 3,000 student fl-Universita’ rathom ħafna tant li kienet impresjonata bis-suċċess, tistgħu timmaġinaw kemm skantat aktar meta għidtilha li l-Universita fil-fatt illum tikkonsisti f’aktar minn 11,000 student u mhux 3,000 ! Bi popolazzjoni ta’ aktar minn 11,000 student u studenta l-Universita hi villaġġ ftit iżgħar minn Tas-Sliema, u akbar mil-lokalitajiet bħan-Naxxar jew il-Ħamrun. 
 
Kultant lanqas nintebħu aħna stess kemm kibret l-Universita’ u kemm avvanzat is-sistema edukattiva f’pajjiżna. Ftit statistika interesanti hi li meta jien spiċċajt l-istudji tiegħi fl-Universita’ fl-1990 kienu daħlu bħala studenti ġodda 1,176 student. Illum għas-sena 2012/2013 bdew din l-avventura f’ħajjithom 4,466 student b’aktar minn nofshom ikunu nisa. X’differenza !
 
Il-korsijiet fl-Universita’ qegħdin kull ma jmur jiżdiedu u jwasslu biex l-Universita’ taġġusta wkoll għal bżonnijiet tal-ekonomija maltija. Huwa għalhekk li fl-Univerista wkoll qed tinbena fakulta’ ġdida tal-ICT, settur li kull ma jmur qiegħed dejjem jikber. 
 
Mal-istudenti tal-Universita wieħed ma jridx jinsa li hemm mas-6,000 student/a jistudjaw f’oqsma differenti l-MCAST, fil-manutenzjoni tal-ajruplani, fl-IT u fis-Servizzi Finanzjarji, fost oħrajn. Dawn in-numri b’mod naturali joħolqu l-bżonn ta’ nfrastruttura akbar biex tlaħħaq mal-istudenti. Għalhekk qed isir il-bini ta’ Campus ġdid tal-MCAST f’Raħal Ġdid.  Bhala gvern investejna bil-qawwi fl-edukazzjoni ghax il-kredu taghna huwa bhal dak ta’ Benjamin Franklin: “An investment in knowledge pays the best interest.”

Oct 2, 2012

Aktar għajnuna lill-ulied fi skejjel privati



Jien u naqra l-aħbar ippublikata llum dwar aktar għajnuna mill-Gvern lill-iskejjel privati, ma stajtx ma niftakarx f’artiklu tiegħi li kien deher fil-ġurnal The Times f’Novembru 1995, intitolat Private schools: Towards reducing the burden on parents.
 
Dak iż-żmien kont argumentajt li “The reality is that, for a number of reasons, tuition and other fees at most non-state, non-church schools are proving to be beyond the reach of a good number of Maltese families.  This is restricting access to a number of children.  It is also proving to be an excessive burden to be borne by those parents who send their children to these schools not capriciously but on the basis of a recognised human right and national policy.” F’parti ohra tal-artiklu kont ghidt “I am convinced that it is about time that the issues of access to private schools be placed on the national agenda.  Such a debate should focus on the need of state support to the educational institution or the parents, and the formulation of a policy which addresses the difficulties being encountered by private schools.”
 
Nieħu gost ninnota kif il-Gvern mill-1998 ‘l hawn irrikonoxxa din id-diffikulta’ u indirizzaha.  Biżżejjed insemmi kif, fost l-oħrajn, il-Gvern qed jgħin lil dawk il-ġenituri li jibgħatu l-uliedhom fl-iskejjel privati. Kull sena, madwar 4,400 familja jibbenefikaw mit-tnaqqis fit-taxxa li fl-aħħar budget reġa żdied.  Fl-aħħar 4 snin, dawn il-familji gawdew bejniethom tnaqqis ta’ madwar €8 miljuni f`taxxi.  L-iskema mnehdija llum hi għal servizzi u xogħlijiet li saru sa mill-1 ta’ Jannar 2012, u hija valida għal tliet snin.  Il-fondi jiġu allokati skont in-numru ta’ studenti reġistrati fil-bidu ta’ kull sena skolastika kif approvat uffiċjalment mid-Direttorat tal-Kwalita’ u l-iStandards fl-Edukazzjoni. 
 
Kburi li l-Gvern, li nifforma parti minnu bħala Ministru, qed jattwa dawn il-miżuri, li m’huma xejn għajr investiment fl-edukazzjoni ta’ wliedna u t-tisħiħ tal-prinċipju li l-ġenituri jibqgħu jkollhom l-għażla ta’ fejn jibgħatu lil uliedhom.  Il-ftuħ tal-iskejjel privati huwa wirt tal-politika ta’ Gvernijiet mmexxija mill-Partit Nazzjonalista.  Huwa għalhekk xieraq li jkun Gvern Nazzjonalista li jkompli jqiegħed dawn l-iskejjel fuq sisien sodi.

Sep 20, 2012

Eżempju għan-nisa mpenjati fil-politika


Is-sistema politika tagħna hija tali li toħloq kompetizzjoni xi kultant anke ħarxa bejn kandidati tal-istess partit fuq l-istess distrett.  Għalhekk li jkollok kompetitur tiegħek fuq l-istess distretti li jkun etiku u leali huwa ta’ min japprezzah ferm.  Fil-politika dawn huma valuri imprezzabbli.
 
Għalija Dolores Cristina dejjem ħadnet dawn il-valuri u huwa għalhekk ukoll li ddispjaċini mhux ftit meta fl-aħħar jiem infurmatni bid-deċiżjoni tagħha li ghal raġunijiet personali mhux se tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss.  Irrid ngħid li dejjem ħdimt tajjeb magħha kemm bħala Ministri fl-istess Kabinett kif ukoll bħala kandidati fuq l-istess Distretti, iġifieri d-9 u l-10 Distrett. 
 
Dolores tat kontribut siewi tul is-snin li fihom offriet li tagħti servizz lil pajjiżna.  Fid-diversi karigi li hi okkupat ħalliet il-frott tal-ħidma tagħha u eżempju ta’ dan huwa skejjel mill-aktar moderni li għandna, numru rekord ta’ studenti fl-Universita’, kif ukoll it-tisħiħ tas-servizzi soċjali u akkomodazzjoni socjali. 
 
Dolores kienet ukoll waħda mill-ftit nisa u omm li servew f’karigi politiċi għoljin.  Hi għandha sservi ta’ mudell għal nisa oħrajn li m’għandhomx jaqtgħu qalbhom, minkejja d-diffikultajiet li taf iġġib magħhom il-ħajja pubblika.  Huwa importanti li l-Partit Nazzjonalista jkompli jressaq lejh nies ta’ valuri li jkomplu jagħmlu ġieħ lill-istorja ta’ dan il-Partit.  Lil Dolores insellmilha u mill-ġdid nirringrazzja għall-ħidma kollha tagħha, anke għal dik li għad trid tagħmel sa dakinhar tal-elezzjoni.

Sep 5, 2012

Servizz iehor


Dan l-ahhar zort familja b’tifla li ghandha l-kundizzjoni Down syndrome.  Waqt li konna qed nitkellmu stajt nirrifletti kemm pajjizna mexa ‘l quddiem fil-mod kif nitrattaw persuni b’kundizzjoni bhal din.  Dan kien possibli wkoll bil-kontribut tal-Assocjazzjoni Down Syndrome f'Malta li twieldet f’pajjizna madwar 30 sena ilu, meta xi genituri hassew il-bzonn li jinghaqdu flimkien biex jaqsmu nformazzjoni u esperjenzi u jkunu ta' appogg ghal xulxin. 
 
Illum persuni li ghandhom Down syndrome huma rregistrati fl-iskejjel normali u allura qeghdin jibbenefikaw minn edukazzjoni nklussiva ma' shabhom l-ohra li m'ghandhomx dizabilita'. Dawn l-istudenti Down syndrome qeghdin ikunu mghejjuna mill-Learning Support Assistants (LSA's) matul is-snin edukattivi taghhom u dan biex jibbenefikaw kemm jistghu u bl-ahjar mod possibbli mill-edukazzjoni li joffri pajjizna.  
 
Illum persuni b’Down syndrome qed ikunu ntegrati wkoll fid-dinja tax-xoghol. Meta titkellem ma’ min qieghed ihaddem lil dawn il-persuni, kollha jghidulek li x-xoghol li jaghtuk hu xoghol tajjeb hafna. Huma persuni li l-anqas li jkunu assenti minn fuq il-post tax-xoghol u li huma habrieka.  
 
Sa ftit jiem ilu, is-sahha taghhom kienet qeghda tigi segwita mill-istat sal-eta' biss ta' 14-il sena. Grazzi ghall-hidma ntensiva tal-Assocjazzjoni Down Syndrome, intlahaq ftehim mal-Ministeru tas-Sahha li permezz tieghu nfethet klinika ghall-adulti li ghandhom Down syndrome. Din il-klinika, li qeghda tiffunzjona mill-poliklinika ta' B'Kara, bdiet tilqa' fiha l-ewwel klijenti taghha madwar tlett gimghat ilu. Din il-familja uriet l-apprezzament taghha ghal fatt li issa binthom se tkun tista tkun monitoored b'mod professjonali anke wara l-eta' ta' 16-il sena.  Dan is-servizz tahom aktar serhan tar-ras.
 
Dan is-servizz gie ppjanat u mfassal fuq livell internazzjonali bil-ghajnuna ta' kuntatti barranin li l-Assocjazzjoni ghamlet ghal dan il-ghan. Minn hawn inrid irrodd hajr lil din l-Assocjazzjoni li gharfet tahdem id f’id mal-Gvern biex dawn il-persuni jinghatalhom futur ahjar.

Mar 17, 2012

Ilma, Żvilupp Sostenibbli u Għarfien

Il-ġimgha d-dieħla jaħbat il-Jum Dinji dedikat lill-Ilma. Hemm bżonn infehmu dejjem aktar kemm ir-riżorsi tal-ilma hija prezjuża, aktar hu aktar meta hu mistenni li fl-40 sena li ġejjin id-domanda għall-ilma se tiżdied b’55% fid-dinja. L-urbanizazzjoni
mgħaġġla, l-effetti tat-tibdil fil-klima kif ukoll it-tkabbir tal-ekonomiji dinjija se jkomplu jżiedu l-pressjoni fuq l-użu tal-ilma. Fi żmien 40 sena aktar minn 40% tal-popolazzjoni tad-dinja se jkunu qed joqgħodu f’artijiet fejn ma hemmx biżżejjed ilma għall-ħtigijiet tagħhom.

Bħala parti mill-kampanja Catch The Drop, li qed jorganizza l-Ministeru tiegħi fl-iskejjel biex nżiedu l-għarfien fuq din ir-riżorsa, nhar l-Erbgħa attendejt attivita’ li organizzaw it-tfal tal-iskola Primarja ta’ San Ġwann. Stajt nara l-entużjażmu tagħhom. Uħud mit-tfal kienu qishom kalamita miegħi, bl-ecitament ħiereg minn għajnejhom.
Fosthom Luigi, Francesca, Nathan u oħrajn li ppreparaw set ta’ mistoqsijiet u għamluha ta’ ġurnalisti bhala speci kelli konferenza stampa magħhom. Ngħid għalija jien nogħxa f’okkażżjonijiet bħal dawn u nkun kważi rrid inqabbadhom mitt bicca xogħol biex nisfrutta l-entużjażmu tagħhom.


Din il-ġimgha waqt li kont qed nitkellem dwar il-liġi dwar l-iżvilupp sostenibbli, sħaqt li hemm bżonn aktar informazzjoni u sensibilizazzjoni fuq dan. Għidt li għandna bżonn nibnu fuq l-esperjenza tant posittiva tal-EkoSkola, fejn illum għandna ‘l fuq minn 100 skola jippartecipaw f’dan il-programm ta’ edukazzjoni u azzjoni ambjentali fl-iskejjel tagħna. Nemmen li wasal iż-żmien li din l-esperjenza issa nifirxuha u nieħduha fil-komunitajiet ta’ pajjiżna. Għandna bżonn l-EkoKomunita’. Dan il-programm ta’ sensibilizazzjoni u informazzjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli jrid jinbena mal-komunitajiet ta’ pajjiżna anke nittama bil-partecipazzjoni diretta
tal-Kunsilli Lokali.


Bħala leaders nistgħu nużaw lill-istudenti li għaddew diġa mill-esperjenza tal-EkoSkola u li issa kapaci jkunu mexxejja. Irrid ngħid li din l-idea beħsiebni niddiskutiha fil-ġranet li ġejjin mal-kollegi tiegħi Mario Demarco, Karm Mifsud Bonnici, kif ukoll man-Nature Trust, Profs Paul Pace u l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

Feb 5, 2012

Qed nitrasformaw is-socjeta'

Tlett inkontri. Tlett ezempji hajjin tat-trasformazzjoni li gibna f’pajjizna bl-investimenti fl-edukazzjoni f’kull livell. L-ewwel inkontru: nidhol ghand zewg anzjani f’San Gwann, ir-ragel ghandu 84 sena u l-mara ghandha 78 sena. Ninnota li ghandhom computer mixghul. Staqsejthom juzawhx. Qaluli li t-tnejn li huma matul l-ahhar sena marru kors organizzat mill-Kunsill Lokali. Hallsu xi haga zghira biex bdew il-kors izda hadu l-flus lura ghax ghaddew mit-test li sarilhom fl-ahhar tal-kors ! Qaluli li jiehdu gost juzaw l-internet u jikkorrospondu bl-emails. Ghidtilhom li verament huma ta’ ezempju kif minkejja l-eta’ avvanzata taghhom xorta resqu ‘l quddiem biex jitghallmu.

It-tieni nkontru: Nidhol ghand familja l-Gzira. Il-mara spjegatli li r-ragel haddiem manwali. Ghandhom zewgt itfal. Wahda lahqet farmacista u qed tahdem ma’ kumpanija tal-farmacija u li dalwaqt se tizzewweg, filwaqt li t-tifel se jispicca l-kors ta’ avukat izda behsiebu jkompli jistudja. Hekk kif gejt biex nitlaq qaltli: Nixtieq nirringrazzjak. Ghidtilha “Ta’ xhix?”. Spjegatli li anke hi li llum ghandha madwar 48 sena ghamlet kors fl-Universita’. Qaltli li ghall-kors ma hallsitx flus ghax kien mhallas minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Spjegatli li issa qed tithajjar tibda Masters.

It-tielet inkontru: Gew ghandi fl-ufficcju tieghi Tas-Sliema kopja. Lir-ragel niftakru l-iskola primarja ta’ Tas-Sliema. Ftit akbar minni. Spjegali li jahdem go barriera ma’ kumpanija. Gew ikellmuni ghax binthom issa qeghda l-Universita’ fil-kors tal-B.Com u ghalkemm ghadha fit-tielet sena Audit firm lokali diga offritilha kuntratt biex tahdem maghha. Gew isaqsuni jekk nahsibx li din hija kumpanija tajba. Spjegajtilhom li din hija wahda mill-aqwa kumpaniji f’dan il-qasam u li t-tifla ghandha thossha kburija li din il-kumpanija avvicinatha. Qaluli wkoll li binthom l-ohra qeghda s-sixth form. Spjegawli li ghamlu bosta sagrificcji imma jhossuhom kburin li lill-uliedhom irnexxielhom jaghtuhom l-aqwa edukazzjoni.

L-ahhar zewg inkontri huma xhieda tal-beneficcju tal-istipendji. M’ghandhiex dubju li kien ikun impossibli li dawn iz-zghazagh jersqu lejn l-Universita’ kieku ma kienx hemm l-istipendji. Xhieda wkoll ta’ kemm hu zbaljat Edward Scicluna, dak li diga gie ddikjarat li se jkun il-Ministru tal-Finanzi jekk il-Partit Laburista jirbah l-elezzjoni meta qal li pajjizna ghandu jnehhi l-istipendji u jitrasformhom f’dejn. Irrid infakkar li kien Scicluna li fl-2008 iddikjara: "Jekk qabel in-nies tat-Tarzna kienu jitqiesu bħala baqar sagri għax il-Gvern kien jibża' minnhom, illum għandna sitwazzjoni simili fl-Università bil-Gvern imbeżża' milli jmiss l-istipendji." Jien kburi li nifforma parti minn Gvern li mhux lest imiss l-istipendji, anzi se jkompli jiggieled biex dawn jinzammu.

Jan 4, 2012

Aktar boroż ta' studju

Dalgħodu kelli l-pjacir nippreżenta għaxar boroż ta’ studju lil studenti li qed jagħmlu l-istudju tagħhom biex jilħqu veterinarji. Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali qed jagħti sponsorship finanzjarju ta’ €10,000 kull wieħed lil għaxar studenti għal kors kollu. Hu kkalkulat li hemm ftit ‘l fuq minn 30 student li qed jistudjaw l-mediċina veterinarja f'diversi Universitajiet fl-Ewropa fosthom fl-Islovakkja, l-Italja, l-Ingilterra, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija. Permezz ta’ din l-għotja, il-Gvern, barra milli qiegħed itaffi xi ftit mill-piż finanzjarju ta’ dawn l-istudenti, se jkun qiegħed jakwista wkoll is-servizzi ta’ dawn iż-żgħażagħ għal numru ta’ snin hekk kif ilestu l-istudji tagħhom.

Dawn l-opportunitajiet qed jingħataw għax pajjiżna jeħtieġ li jkollu aktar veterinarji u dan mhux biss għaliex kiber ħafna l-għarfien dwar il-kura tal-Annimali u l-Animal Welfare, iżda b’mod speċjali għaliex il-veterinarji huma strumentali biex ikun assigurat il-kwalità u l-istandards tal-ikel. Dawn iż-żewġ aspetti, minn dejjem importanti, issedqu fl-importanza tagħhom fl-aħħar snin hekk kif Malta issieħbet fl-Unjoni Ewropea u pajjiżna jeħtieġ numru ikbar ta’ veterinarji biex ikun jista’ jilħaq mal-obligi li joħorġu mir-regolamenti Ewropej.

Wara l-presentazzjoni kellna l-opportunita’ nitkellem mal-istudenti li ġew flimkien ma’ xi ġenituri tagħhom. Omm minnhom, li fil-fatt mitilha r-raġel, spjegatli s-sagrificcji li għamlet biex setgħet tibgħat lil bintha tistudja barra minn Malta u apprezzat l-għajnuna li qed nagħtu. Apprezzat wkoll id-decizzjoni li l-Gvern kien ħa li studenti bħal dawn li jistudjaw barra minn Malta korsijiet li mhumiex accessibli f’pajjiżna jieħdu huma wkoll l-istipendju li jieħdu l-kumplament tal-istudenti f’pajjiżna.


Sfortunatament sa llum l-Università ta’ Malta ma toffrix kors li jwassal għal degree fl-istudji veterinarji u għalhekk, dawk li jixtiequ jispeċjalizzaw f’din id-dixxiplina qed ikollhom jagħmlu dan f’istituzzjoni barra minn Malta bi spiża konsiderevoli. Qed niddiskutu ma’ Universitajiet Ewropej kif l-Universita’ ta’ Malta tkun tista tibda kors konġunt, fejn għallanqas parti mill-istudji jibda jsir Malta. Sadanittant se nkomplu nfittxu kif nistgħu nassistu wkoll lill-istudenti l-oħra li wkoll qed jistudjaw barra minn Malta.

Oct 6, 2011

Ir-Ricerka tfisser impjiegi

M’hemm l-ebda dubju li f’dawn l-ahhar ghaxar snin, l-Universita’ ta’ Malta ghamlet passi ta’ ggant fil-kwalita’ ta’ l-edukazzjoni u r-ricerka. Dan grazzi ghall-politika ta’ Gvern li zamm l-edukazzjoni bhala wahda mis-sisien ewlenin ta’ pajjiżna. Kellu ragun il-Prim Ministru jghid din il-ġimgħa li l-innovazzjoni u l-investiment fir-ricerka gewwa l-Universita’ kkonvinċew anzi żammew certi ndustriji jibqgħu f’pajjiżna minflok ma jmorru postijiet oħra. Proprju f’dawn il-ġranet ġew inawgurati żewġ laboratorji ġodda fil-Fakulta tal-Inġinerija. Wieħed specjalizzat fuq biomedical engineering u l-ieħor fuq control systems.

Tajjeb insemmi li mis-sena 2000 sa’ llum, in-numru ta’ studenti jattendu l-Universita’ żdied minn 6362 student ghal 11,341 student. Din il-ġimgħa stess l-Universita’ laqgħet fi ħdanha 3561 student ġdid. Inkredibbli! Sa meta spiċċajt jien fl-1990 kien hemm biss ftit ‘il fuq minn 800 student fl-Universita’ kollha! L-opportunitajiet li qed toffri l-Universita’ kibru bil-ftuħ ta’ ħafna korsijiet ġodda minn fejn wieħed jagħżel. Fost dawn hemm korsijiet li jinvolvu oqsma li sa ftit ta’ snin ilu, żagħżagh li xtaqtu jispecjalizzaw fihom kien jkollhom imorru jistudjaw barra minn Malta. Din is-sena n-numru ta' korsijiet li qed jiġi offruti huwa ta' 697, żieda ta' 25 kors fuq is-sena li għaddiet !

Il-Gvern kompla jinvesta f’riżorsi umani, billi żied l-ammont ta’ lecturers b’mod konsiderovoli tul l-ahhar snin. Kienu diversi l-membri ta' l-istaff akkademiku li ngħataw boroz ta’ studju sabiex jkunu jistgħu jispecjalizaw f’oqsma ta’ importanza nazzjonali għax isostnu l-attivita’ ekonomika ta’ pajjiżna.

Permezz ta’ fondi tal-UE ko-finanzjati mill-Gvern, illum l-Universita’ qed tgawdi minn investimenti ta' miljuni ta' Ewro f’faċilitajiet mill-aktar moderni li jgħinu sabiex tiżdied r-ricerka f’pajjizna. Dawn l-investimenti kif ukoll l-ghoti ta’ boroż ta’ studju mogħtija mill-Gvern kull sena, qed jiftħu bosta opportunitajiet ghaż-żgħażagħ li jixtiequ jinvolvu ruħhom fir-ricerka. Wiehed ma jistax ma jsemmix li s-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE għamilha possibli biex l-Universita’ tippartecipa f’proġetti ta’ ricerka ffinanzati mill-UE, li permezz tagħhom qed toħloq kollaborazzjonijiet ma’ Universitajiet u entitatijiet oħra fl-Ewropa.

Kif qed nitkellem dwar ir-riċerka ma nistax ma nsellimx lil riċerkatur li ħalliena propju llum, Steve Jobs, li waqqaf il-kumpanija Apple. Miet wara battalja mal-marda tal-kanċer. Nies bħal Steve Jobs juru kemm ir-riċerka hija mprezzabli. Permezz tal-innovazzjonijiet tiegħu l-bniedem għandu mezzi aktar faċli kif jikkomunika u jissoċjalizza ruħu ma’ persuni oħra.

Oct 16, 2010

Rivoluzzjoni shiha !

Kemm jinbidlu iż-żminijiet! F’temp ta’ ftit aktar 20 sena dan il-pajjiż ra rivoluzzjoni fil-qasam edukattiv. Bizzejjed wiehed ihares lejn l-Universita’ taghna. Din is-sena daħlu għall-ewwel darba l-Universita’ mat-3,355 student ġdid. Rekord ta’ studenti li applikaw biex jibdew wieħed mill-għażla vasta ta’ korsijiet li l-Universita’ ta’ Malta toffri. Dan se jwassal biex il-popolazzjoni tal-Universita’ issa tlaħħaq mal-11,610 student.

Ftit tal-gimghat ilu gejt mistieden niftah il-wirja tal-Inginerija fl-Universita’ Staqsejt kemm hemm studenti li jsegwu korsijiet fl-Inginerija u Informazzjoni Teknologika. Qaluli li b’kollox hemm madwar 800 student. Fl-1987 kien hemm 800 student fil-korsijiet kollha ! Dik differenza ! Ovvjament biex tmexxi Universita’ bi kwazi 12,000 student hemm bżonn ta’ investiment qawwi kemm fl-infrastruttura fisika kif ukoll fir-rizorsi umani. Hu l-investiment ghadu ghaddej. Bizzejjed wiehed jara l-binja li qed tinbena bhalissa biex tilqa fiha l-Fakulta tal-Informazzjoni Teknologika.

Meta llum nisimgħu b’Maltin li qed jiksbu suċċessi kbar f’oqsma differenti tas-soċjeta’ dawn ma huma xejn ħlief stejjer ta’ success ta’ sistema edukattiva li kabbarna b’ghaqal kbir matul l-ahhar 20 sena. Investejna permezz tal-istipendju f’kull student; investejna fil-libreriji; investejna fl-għalliema u aktar minn hekk qed noffru opportunitajiet akbar ta’ tagħlim permezz tal-boroz ta’ studju. Bizzejjed wiehed jghid li matul l-ahhar hames snin il-Gvern ta madwar 1,100 borza ta' studju ghal Masters u Dottorrati (PhDs).

L-opportunitajiet lill-istudenti tagħna żdiedu wkoll bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan l-istudenti jafuh għax jgħixu u jgawdu mill-vantaġġi ta’ din is-sħubija. Għalina l-edukazzjoni u l-avvanz akkademiku li jista’ jagħmel kull persuna huma ċ-ċavetta tal-futur tal-pajjiż kemm fl-aspett soċjali kif ukoll fil-kuntest ekonomiku ta’ pajjiżna.

Dec 10, 2009

Bellezza ta' skola f'Pemroke

Il-bierah filghodu kont prezenti ghal ftuh tal-iskola primarja ġdida f'Pembroke mill-Prim Ministru. Skola li tifforma parti mill-Kulleġġ Santa Klara. Hadt gost niltaqa ma' uhud mill-madwar 300 tifel u tifla, li b'ghajnejhom jixghelu juruk bic-car l-entuzjazmu taghhom ghal din l-iskola li verament hija sabiha, moderna u mghammra bil-facilitajiet kollha.

Din hi r-raba' skola ġdida li nbniet mill-Gvern f'dawn l-aħħar erba' snin permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) immexxija mill-habrieki C'Man taghha, Ray Fenech. Minbarra l-klassijiet f'kull livell, l-iskola se tilqa' fiha wkoll Childcare Centre ġdid li se jilqa fih madwar tmenin tifel u tifla.

Ghadni niftakar il-jum li fih flimkien mal-Ministru tal-Edukazzjoni ta' dak iz-zmien Louis Galea kont zort flimkien ma' Dolores Cristina is-sit fejn kellha tinbena din l-iskola wara li flimkien mal-MEPA konna identifikajna fejn l-ahjar tinbena. Mur ghidilha lil Dolores Cristina li eventwalment kellha tiftah hi dik l-iskola flimkien mal-Prim Ministru !

Din l-iskola hi l-ewwel binja f'Malta li ma tirċevix kont tad-dawl. Anzi, tiġġenera aktar elettriku milli għandha bżonn u trodd l-elettriku żejjed lill-pajjiż. Fuq il-bejt tal-iskola ġew stallati solar water heaters, turbina tar-riħ u sistema ta' pannelli fotovoltajiċi li jipprovdu biżżejjed enerġija għall-iskola kif ukoll għal seba' familji oħra ! Niehu gost li l-Gvern qed jaghti l-ezempju.

Nov 25, 2009

Universita' miftuha

F'dawn il-granet ghaddejjin ic-cerimonji tal-gradwazzjoni. Il-bierah attendejt dik fejn Lourdes nghatat Masters fl-Istudji Diplomatici. Ghal darba qlibna l-irwoli. Minflok ma l-mara tisma diskors tieghi, smajt jien diskors ta' marti ! Ghax il-bierah giet mitluba taghmel id-diskors bhala raprezentant tal-gradwati. U mhux ghax sar minn marti imma kien diskors tajjeb hafna. Biex niccajta ghidt lil Prim Ministru u dawk ta' madwari li jien ktibtulha. Fil-verita' lanqas biss kont rajtu !

L-aktar bicca li ghogbitni mid-diskors ta' Lourdes kienet din "..my plea extends beyond this auditorium... I would like to reach out in a special appeal to mothers who may consider their learning a hindrance to their family life, juggling between children and employment. The investment in higher education is not self-seeking but benefits your family, your children and enriches the society you live in." Appell hiereg mill-qalb mhux biss ghax omm imma ghax hi wahda minn dawk li hadmet f'partit li dejjem emmen li l-edukazzjoni hija c-cavetta ghal milja tal-persuna.

Waqt ic-cerimonja tal-bierah irrealizzajt kif biddilna pajjizna. Meta ggradwajt jien ta' perit fl-1990 kien ikun hemm cerimonja wahda ta' gradwazzjoni b'numru zghir hafna ta' gradwati jiksbu Masters jew PhD. Sat-tmiem tas-snin tmenin fl-Universita' kien hemm b'kollox xi 900 student fis-snin kollha ! Illum jigu organizzati kull sena hmistax ic-cerimonja ta' gradwazzjoni ! Din is-sena se jkunu ggradwa biss biss 2734, li minnhom 921 kisbu Masters jew PhD. X'differenza !

Il-verita' hija li bl-investiment li saru fl-ahhar 22 sena fil-qasam edukattiv biddilna il-fizjonomija tas-socjeta' taghna. Minn Universita' elitisti li biex tidhol taqla fwiedek, illum ghandna Universita' mhux biss miftuha izda b'korsijiet li sa ftit tas-snin ilu lanqas biss konna smajna bihom. Wisq anqas kien hemm opportunitajiet ta' Masters u PhD. U jonqosna x'ninvestu aktar. Dan kien l-appell f'l-orazzjoni ta' Dr.Noelle Brockdorff. Talbet biex l-Universita' tikkonsidra li toffri kors f'cognitive science. 22 sena ilu lanqas il-korsijiet bazici ta' Bacellerat fix-Xjenza ma kellna !

Dec 8, 2007

Young Reporters for the Environment

Din il-gimgha bdejna, flimkien man-Nature Trust u l-HSBC, programm iehor ghat-tfal tal-iskejjel Sekondarji, bl-isem Young Reporters for the Environment. Programm intiz biex iharreg studenti fil-gurnalizmu ambjentali. Bdejna ma’ 9 skejjel sekondarji.

Ghandna bzonnu hafna programm bhal dan ghax bosta drabi nsib li ftit huma l-gurnalisti li jidhlu fil-fond tal-issues ambjentali. Hafna drabi kif qal ukoll Vince Attard, C’Man tan-Nature Trust, il-gurnalisti jirraportaw dak biss li huwa sensazzjonali.

Shaqt mal-istudenti li mportanti li jkunu posittivi. Mhux biex ifahhru lili jew lill-Gvern imma biex igibu lill-pubbliku konxju ta’ esperjenzi u prattici posittivi favur l-ambjent. Huwa dan li jista jwassal lil haddiehor jithajjar jaghmel l-istess. Hafna drabi, anke meta jitrattaw issue bhat-Tibdil fil-Klima, juzaw wisq doomsday reporting.

Ghidtilhom biex ikunu kburin b’dak li ghandna f’pajjizna. Per ezempju ftit probabilment huma konxji li fil-gzejjer taghna ghandna fjuri u pjanti (flora) daqs kemm hemm fir-Renju Unit kollu.

Ma jfissirx li m’ghandniex nitkellmu dwar id-difetti jew problemi ambjentali li ghandna, izda fl-istess hin dawk id-difetti jew problemi rridu narawhom ukoll f’kuntest shih u nifhmu ukoll li hafna drabi m’ahniex l-uniku pajjiz b’dawn id-difetti.

Nittama li dan il-programm jaghti lill-gurnalizmu Malti, kittieba aktar preparati fuq it-temi tal-ambjent.

Nov 22, 2007

Eko-Skola - Storja ta' Success

Il-bierah attendejt attivita helwa tal-programm Eko-Skola. Programm li bdejt erba' snin ilu flimkien man-Nature Trust li permezz tieghu nziedu l-gharfien u l-azzjoni tat-tfal tal-iskejjel primarji u sekondarji favur l-ambjent. Niftakar li konna bdejna sempliciment b'sitt skejjel. Illum wasalna biex ghandna 60 skola tippartecipa !

Fl-attivita tal-bierah it-tfal ipprezentawli kopja ta' memorandum li l-bierah stess ghaddew lill-partiti politici maltin bhala azzjoni li dawn it-tfal qed jistennew minghand il-partit waqt il-kampanja elettorali. Fosthom li : 1. fl-attivitajiet politici jintuzaw materjali riciklabbli; 2. wara l-attivitajiet politici jitnaddaf il-post u jintuzaw recipjenti li jhajru s-separazzjoni tal-iskart; 3. ma jintbaghtux jintbaghatx materjal stampat fid-djar imma jintuzaw messaggi eletronici u media audio-vizwali.

Fuq it-tielet wahda meta kellimthom ghidtilhom li mill-esperjenza personali tieghi mportanti li wiehed juza l-messaggi permezz tal-internet jew sms imma dan huwa limitat. Spjegajtilhom li sfortunatament mhux il-popolazzjoni kollha taf tuza l-computer kif illum jafu juzaw huma sa minn eta' zghira. Nittama li sa meta jilhqu huma u jkunu mpenjati fil-politika l-materjal stampat jkun spicca mid-djar. Ha nghidlek uhud minn dawn it-tfal jekk jidhlu fil-politika se jkollhom bazi ferm ahjar minna !

Nov 15, 2007

Dinja Wahda

Dalghodu attendejt attivita' organizzata mill-Birdlife ghat-tfal tal-iskejjel li saret fil-Kullegg Savio f'Had-Dingli fl-okkazzjoni tal-launch tal-programm edukattiv dwar l-ambjent bl-isem Dinja Wahda.

Wahda mit-tfal mill-iskola primarja ta' Rahal il-Gdid ghamlet diskors tajjeb hafna dwar l-esperjenza taghha ta' dan il-programm fis-snin li ghaddew. Diskors li wera bic-car kemm dan il-programm kif ukoll il-programm EkoSkola qed ibiddel l-attegjament tat-tfal lejn l-ambjent.

It-tfal, apparti li huma 25% tal-popolazzjoni u allura dak li jaghmlu anke huma ghandu impatt fuq l-ambjent, huma dawk li meta jmorru d-dar jinfluenzaw hafna lill-genituri taghhom u anke lil qraba taghhom.

Dan l-ahhar omm kitbet u qalet kemm l-esperjenza tat-tifla taghha fl-EkoSkola qed iggieghel anke lilha tbiddel l-attitudni taghha lejn l-ambjent. (http://www.timesofmalta.com/articles/view/20071021/education/my-child-is-making-me-eco-friendly/ekoSkola)
Importanti li ninvestu l-miljuni fil-qasam tal-ambjent kif qed naghmlu, izda mportanti kwazi aktar li nibqghu ninvestu fl-edukazzjoni ambjentali ghax hija dik li tbiddel l-attitudni tas-socjeta' lejn l-ambjent ta' din id-dinja li nghixu fiha.

Oct 1, 2007

Workshop tal-Arkitettura

Gew iżuruni tlieta mill-erba' studenti tal-Fakulta' tal-Arkitettura (Edward Coppini, Paula Curmi, Mark Muscat u Giancarlo Torpiano) li ftit granet ilu gew lura mill-belt Taljana ta’ Lucca wara li ħadu sehem f’workshop ta' hmistax-il gurnata bit-titlu “Urban Culture and Landscape Renewal”.

F'Mejju li ghadda waqt li kont Ruma sirt naf b'dan il-workshop li jsir kull sena u tlabt lil Prof. Roberto Schmid tal-IUSS sabiex jaccettaw ukoll numru ta' studenti Maltin. Wara ftit granet kitibli biex jghidli li accettaw u jien tlabt lis-SACES, l-ghaqda tal-istudenti tal-Arkittettura, biex jikkordinaw din l-opportunita'.

Għal dan il-workshop kienu qed jieħdu sehem ukoll studenti universitarji Taljani flimkien ma’ oħrajn minn universitajiet fic-Cina, il-Polonja, il-Jordan u t-Tuneżija. Il-bicca xogħol li kellhom għal dan il-workshop kienet li jaqilbu bini antik mijiet ta’ snin li sa ftit ilu kien għadu jintuża bħala sptar mentali, f’campus universitarju, bil-landscaping b’kollox.

Iżda aktar mill-esperjenza li ggwadanjaw, m’għandix dubju li workshop serva biex jiftħilhom l-orizzonti tagħhom, li sfortunatament huma xi ftit limitati għall-istudenti Maltin.