Il-Gvern għandu viżjoni li jkompli jagħti lin-nies aktar spazji pubbliċi miftuħa għar-rikreazzjoni tal-familji. Is-sena 2009 tibqa’ mfakkra għal kemm il-Gvern irnexxielu jagħti lura lin-nies spazji miftuħa. Bizzejjed insemmi Piazza Sant'Anna f'Tas-Sliema fejn qabel kien hemm kiosk johnoq l-ispazju. Insemmi wkoll Piazza San Gorg fil-qalb tal-Belt Valletta li kienet sempliciment carpark u li issa diga saret piazza li tat stimolu gdid lil belt kapitali.
U ftit tal-granet ilu tajna lill-publiku l-Adventure Park f'Ta' Qali. Dan l-Adventure kien fgat bil-familji li gharfu juzawh.
Għas-sena li ġejja se nkomplu naħdmu fuq Park f’Wied il-Għajn fuq żona fejn fis-snin sebgħin kienet isservi bħala miżbla kif ukoll nibdew il-proġett ta’ Park f’Delimara. Hemm ippjanati proġetti oħra ta’ tisbiħ u aċċessibilità ta’ spazji għar-rikreazzjoni. Fosthom upgrade totali tal-promenade u tal-gnien gewwa Qui-si-Sana f'Tas-Sliema. Irrid nghid li ahna determinati li nkomplu ntejbu u nestendu l-Park Nazzjonali f'Ta' Qali inkluz bil-bini ta' petting farm. Ahna determinati li nkomplu nghollu l-kwalita’ tal-ħajja għall-poplu anke billi mhux biss noffru aktar spazji miftuha izda noffru spazji ta' kwalita'. Is-sena t-tajba lil kulħadd.
No comments:
Post a Comment