Showing posts with label spazju miftuh. Show all posts
Showing posts with label spazju miftuh. Show all posts

Jan 9, 2013

Spazji ta' kwalita'


Il-ħolqien ta’ spazji miftuħa ġodda, u t-tisbiħ ta’ spazji pubbliċi eżistenti huma fost l-akbar provi tal-ħidma li wettaq dan il-Gvern biex tabilħaqq biddilna wiċċ Malta.  Proġetti fl-erba’ rkejjen ta’ pajjiżna li bihom qed igawdu l-familji u t-tfal tagħna.
 
Dan l-aħħar ħabib tieghi stedinna biex niltaqgħu ma’ tlett kopji maltin li ħadmu barra għal numru ta’ snin iżda issa ġew lura f’pajjiżna u qed jaħdmu hawn.  It-tlett kopji għandhom tfal ta’ eta’ żgħira u stqarrew miegħi kif baqgħu mpressjonati bin-numru ta’ facilitajiet li sabu issa f’pajjiżna biex jieħdu lill-uliedhom. Ferm aktar milli qatt kienu jsibu qabel f’pajjiżna. Wieħed minnhom li għex fir-Renju Unit, qalli “il-postijiet u l-ispazju li ħloqtu huma tal-ogħla livell.  Aħjar minn ta’ pajjiżi oħra. Forsi intkom diġa qed tieħduhom for granted” Oħra stqarret li laqatha s-sens ta’ dettall li sabet fil-proġetti sabiex ikunu akkomodati x-xewqat tad-diversi etajiet tat-tfal u anke tal-kbar.  
 
Il-kwalita’ hija sinonima mal-proġetti kollha li wettaqna tul din il-leġislatura.  Ma kkuntettajniex biss ruħna bit-titjib.  Imma tajna kas li nagħtu lura lill-pubbliku spazji li jixirqulhom biex tabilħaqq inkomplu ntejbulhom il-kwalita’ tal-ħajja.  Irrid nirringrazzja lill-ħaddiema li wettqu dawn ix-xogħlijiet li f’ħafna każijiet kienu ħaddiema tal-Gvern li ftit jew xejn isibu min japprezza l-ħidma tagħhom.
 
Jien kburi li ġejt fdat b’din ir-responsabbilta’.  Ħarsa lejn dak li wettaqna timlini b’sodisfazzjon li nvestejna fondi pubbliċi għal għan siewi.  Fil-ġimgaħt li ġejjin sal-elezzjoni ser ninawguraw proġetti oħrajn li wkoll ikomplu jemfasizzaw fuq il-kwalita’ u l-valur miżjud.  Għax hekk jixraq lill-familji u lit-tfal tagħna.

Sep 19, 2012

Spazju ta' kwalita' fl-Imdina


Il-bierah stajt nara b’ghajnejja kemm avvanza x-xoghol tar-rijabilitazzjoni fuq il-Foss tal-Imdina.  Minn foss li bilkemm kien accessabbli ghan-nies, jew fejn kien kien jintuza biss mill-ftit, mexjin biex nizviluppaw gnien mill-isbah biex jitgawda minn kulhadd matul il-gurnata kollha. Dan huwa  proġett li qed isir b'investiment ta' madwar 1.2 Miljun Ewro u mistenni jkun lest sal-bidu tas-sena d-diehla. 
 
Dan se jkun gnien bi spazju ta’ madwar 16-il tomna art (16,000 metru kwadru) u jibda minn Bieb il-Griegi, sa taħt il-Palazz Vilhena.  Sa ftit gimghat ilu partijiet mill-foss kienu mitluqa b’tennis pitches zdingati u parti konsiderevoli tal-foss kienet mehuda minn ground tal-football. Sakemm jitlesta l-gnien se jitkompla x-xoghol ukoll tar-restawr tas-swar li jharsu fuq il-foss. Ikolli nghid li certi kummenti li jinkitbu fuq l-electronic media verament ikunu minghajr bazi. Wiehed kiteb: “I guess these will be restored after the garden is inagurated damaging and dirtying the quality garden making it inaccessible again.” Le, habib mhux se jsir hekk. Ix-xoghol se jimxi in parallel. Is-sena l-oħra ntemm ix-xogħol metikoluz ta' restawr u konsolidament tas-swar ta' taħt il-Palazz Vilhena u s-sur ta' San Pawl.  
 
L-ghan principali tal-intervent fuq il-foss ma kienx biss li naghtu dak l-ispazju lill-pubbliku bhala gnien izda ridna wkoll nikxfu s-sbuhija tas-swar.  Hafna mis-sigar li kien hemm kienu qed jghattu u jtellfu mill-apprezzament vizwali u s-sbuhija tas-swar. Ghalhekk it-teknici anke wara li studjaw  xoghlijiet ohra li saru madwar swar ohra fil-Meditterranali, pproponew li s-sigar jitresqu lura halli ma jibqghux jghattu u inaqqsu mis-sbuhija tas-swar. Izda mhux talli mhux se nnaqqsu s-sigar talli se nhawwlu ferm aktar sigar milli hemm sa llum.    Wiehed kiteb fuq l-electronic media “mature trees were uprooted and new much smaller sapplings planted”.  Assolutament mhux minnu.  Is-sigar tac-citru li kien hemm gew transplanted, u ovvjament biex isir hekk, ikunu jridu jinzabru.  Meta bdejna naqilghuhom f’Gunju uhud kienu ghaglu biex jiktbu li dawn se jmutu, imma kif setghet jaraw il-gurnalisti b’ghajnejhom dawn ghadhom hajjin b’eccezzjoni ta’ wahdiet. 
 
Iz-zoni miftuha se jkunu miksija bit-turf naturali. L-ilma kollu li nġabar matul is-sena li għaddiet ġie trasferit f'ġibjun li jinsab fil-bitħa tal-Palazz Vilhena. Dan se jservi bħala wieħed mill-ġibjuni ta' riserva għall-ġibjun prinċipali eżistenti li jinsab fil-Foss, flimkien ma' zewgt igwiebi ohra li qed jinbnew bhala parti mill-progett.  Sistema ġdida tad-dawl se tkun qed tikkumplimenta l-proġett sabiex il-Foss ikun imdawwal u aċċessibbli għall-pubbliku anki filgħaxijiet.

Jan 15, 2012

Gnien erba' passi mill-Maghtab

Fi ftit ġranet il-Prim Ministru se jinawgura ġnien ġdid ieħor ta’ kwalita’ li l-ħaddiema tal-Ministeru tiegħi wettqu fil-qalba ta’ Baħar iċ-Ċagħaq matul l-aħħar xhur. Min qatt kien jobsor sa ftit ta’ snin ilu li eżattament erba passi ‘l bogħod mill-Magħtab wieħed jista jmur iqatta ftit ħin ġo ġnien ? Sa ftit taż-żmien ilu r-residenti ta’ Baħar iċ-Caghaq lanqas tieqa ma kienu jistgħu jiftħu aħseb u ara kemm imorru fi ġnien ! Issa komplejna ntejjbu l-livell tal-għixien tal-familji ta’ Baħar iċ-Ċagħaq billi għalqa mitluqa ġiet trasformata fi ġnien mill-isbaħ.

Il-proġett hu wieħed interessanti ħafna mill-aspett ta’ disinn. Minkejja li qiegħed fi spazju rektangulari mill-4 irkejjen tal-ġnien ma jirnexxilekx taqra l-ispazju f’daqqa. Id-disinn joħloq sens ta’ sorpriża anke b’livell differenti. Qed nagħmlu l-almu kollu tagħna biex il-proġetti kollha li nagħmlu ikunu ta’ kwalita’. M’aħniex kuntenti b’sempliċiment pavimentar, ħwat u siġar iżda l-proġetti li qed nibnu qed joffru esperjenza unika lil min jużhom.

Dan il-ġnien jokkupa spazju ta’ madwar 1,800 metru kwadru u jwaslek permezz ta’ rampa komda għaz-zuntier tal-knisja Santa Marija tal-Anġli. Bħall-proġetti kollha l-oħra assigurajna li jkun hemm aċċessibilta’ totali f’kull parti tal-ġnien. Ix-xogħlijiet f’dan il-ġnien ġdid involvu tqegħid ta’ pavimentar, arbli tad-dawl, bankijiet, installazzjoni ta’ funtana u area tal-logħob għat-tfal. Taħt dan il-ġnien inbena wkoll ġibjun li jesa’ mal-500 metru kubu ta’ ilma, b’hekk l-ilma li se jintuża għat-tisqija tal-ġnien ikun jista’ jittieħed minn hawn. F’dan il-ġnien bħal postijiet pubbliċi li qed niftħu se jkollu wkoll l-aċċess għall-wi-fi. L-esperjenza urietna kemm il-pubbliku juża dan is-servizz.

Sar b’investiment ta’ €450,000 mill-Gvern Ċentrali bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar li ffinanzja l-play equipment, li qam mal-35,000. Irrid nirringrazzja wkoll lill-Kumitat Amministrattiv ta’ Baħar iċ-Ċagħaq li miegħu ddiskutejna dan il-proġett. Il-Ġnien ta’ Baħar iċ-Ċagħaq jingħaqad mal-15-il proġett ta’ spazju miftuħ li tajna lin-nies f’dawn l-aħħar erba’ snin.


Jan 16, 2011

Hajja gdida lill-foss tal-Imdina

Matul il-granet li ghaddew kienu hafna dawk li kkuntatjawni biex jghiduli li ghogobhom hafna d-disinn tal-foss madwar il-Belt tal-Imdina. Il-firxa tal-proġett testendi minn Bieb il-Griegi, sa taħt il-Palazz Vilhena. Illum partijiet mill-foss huma mitluqa b’tennis pitches zdingati u parti konsiderevoli tal-foss mehuda minn ground tal-football. Zoni ohra tal-foss sa llum ghandhom hafna sigar li qed jghattu u jtellfu mill-apprezzament vizwali u s-sbuhija tas-swar. L-ghan principali huwa dak li naghtu dak l-ispazju lill-pubbliku bhala gnien izda fl-istess hin nikxfu s-sbuhija tas-swar billi nressqu s-sigar lura halli ma jibqghux jghattu u inaqqsu mis-sbuhija tas-swar. Izda mhux talli mhux se nnaqqsu s-sigar talli se nhawwlu ferm aktar sigar milli hemm sa llum. Iz-zoni miftuha se jkunu miksija bit-turf. Id-disinn sar wara analizi li xoghlijiet ohra li saru madwar swar ohra fil-Meditterran.

Il-ġnien se jinkludi passaġġi bis-sigar u żoni ta' mistrieħ b’funtani zghar qalb il-passaggi bis-sigar. Se tkun installata ukoll sistema ta’ dwal gdida biex wiehed ikun jista japrezza s-swar anke bil-lejl. Barra hekk se jkun ukoll possibli li wiehed japprezza l-fdalijiet arkejologici li nstabu fil-foss waqt ix-xoghol ta’ konsolidazzjoni fuq is-swar. Il-ġnien se jkun totalment aċċessibbli b’żewġ rampi u entratura livell tat-triq minn Bieb il-Griegi.

Dan ix-xoghol fuq il-foss se jinbeda f’nofs din is-sena kif jitlesta x-xoghol ta’ konsolidament tas-sur madwar u taht il-Palazz ta’ Vilhena u il-Bastjun ta’ San Pawl li jinsab fi stadju avvanzat. Din hija parti mis-swar li verament kellha hsarat kbar minhabba li s-sur ilu ghal hafna snin jizviluppa konsenturi minhabba li l-blat ta’ taht is-sur beda jinqasam. Tant kien hemm hsarat li l-parti ta’ wara tal-Palazz ta’ Vilhena spiccat waqghet u kien ilha hekk ghal snin twal. B’dan l-intervent strutturali mill-aktar interessanti, inhadmet b’reqqa kbira biex tinhadem gos-sur xibqa shiha ta’ hadid biex is-sur litterament jintrefa ’l fuq ma ma jithalliex icedi aktar. Fil-gimghat li gejjin se jinbeda xoghol ta’ konsolidament fuq zewg zoni ohra tas-swar tal-Imdina, li wkoll qeghdin fil-periklu ta’ kollass. Il-progett b’kollox se jiswa €2.6 Miljun b’ko-finanzjament ta 85% mill-fondi tal-UE mistenni li jitlesta f’ Gunju ta’ din is-sena.

Dan ix-xoghol huwa parti mix-xoghol estensiv ta’ restawr li qed isir fuq 6km shah ta’ swar gewwa l-Imdina, l-Belt Valletta, il-Birgu u c-Cittadella f’Ghawdex. B’kollox se nkunu qed ninvestu €36 Miljun fil-wirt taghna halli mhux biss nharsu dak li ghandna u nirbhu spazji godda ghall-familji taghna, izda fuq kollox inkomplu ntejjbu l-prodott turistiku ta’ pajjizna.

Dec 31, 2009

Is-sena 2009...fiha l-aktar roddejna lura spazji.

Dan hu żmien ideali biex wieħed iħares lura lejn dak li wettaq matul is-sena li qed tintemm u fl-istess waqt iħejji għal dak li jrid iwettaq fix-xhur tas-sena l-ġdida. Ħarsa lejn dak li wettaq il-Ministeru tiegħi fl-2009 huwa xhieda ta’ ħidma sħiħa, liema ħidma hija biss xprun biex inkomplu nħaddmu u nwettqu l-programm ta’ ħidma fis-sena l-ġdida.

Il-Gvern għandu viżjoni li jkompli jagħti lin-nies aktar spazji pubbliċi miftuħa għar-rikreazzjoni tal-familji. Is-sena 2009 tibqa’ mfakkra għal kemm il-Gvern irnexxielu jagħti lura lin-nies spazji miftuħa. Bizzejjed insemmi Piazza Sant'Anna f'Tas-Sliema fejn qabel kien hemm kiosk johnoq l-ispazju. Insemmi wkoll Piazza San Gorg fil-qalb tal-Belt Valletta li kienet sempliciment carpark u li issa diga saret piazza li tat stimolu gdid lil belt kapitali.


U ftit tal-granet ilu tajna lill-publiku l-Adventure Park f'Ta' Qali. Dan l-Adventure kien fgat bil-familji li gharfu juzawh. Tajjeb infakkar ukoll filwaqt li ghamilna ukoll upgrade tal-parti l-antika ta' Kennedy Grove.


Għas-sena li ġejja se nkomplu naħdmu fuq Park f’Wied il-Għajn fuq żona fejn fis-snin sebgħin kienet isservi bħala miżbla kif ukoll nibdew il-proġett ta’ Park f’Delimara. Hemm ippjanati proġetti oħra ta’ tisbiħ u aċċessibilità ta’ spazji għar-rikreazzjoni. Fosthom upgrade totali tal-promenade u tal-gnien gewwa Qui-si-Sana f'Tas-Sliema. Irrid nghid li ahna determinati li nkomplu ntejbu u nestendu l-Park Nazzjonali f'Ta' Qali inkluz bil-bini ta' petting farm. Ahna determinati li nkomplu nghollu l-kwalita’ tal-ħajja għall-poplu anke billi mhux biss noffru aktar spazji miftuha izda noffru spazji ta' kwalita'. Is-sena t-tajba lil kulħadd.