Lis-sorijiet tal-Orsolini nafhom l-aktar mill-hidma li dawn jaghmlu fid-dar li ghandhom gewwa Tas-Sliema. Tarhom jahdmu bla waqfien biex itellghu lit-tfal li gew fdati lilhom f'ambjent mimli mhabba. Izommu lil dawn it-tfal f'ghozza kbira. Ma tistax ma tammirhomx. Minghajr ebda nteress ta’ qliegh personali, jghinu lil dawk fil-bzonn. Uhud mis-sorijiet nafhom aktar mill-qrib ghax ilna hbieb minn meta konna tfal.
F’dawn iz-zminijiet taghna, meta f’hafna pajjizi qed jixghelu l-akkuzi kontra l-Knisja ghax xi whud mill-operaturi taghha, b’irresponsabbilta u htija kbira, abbuzaw minn dawk afdati fil-protezzjoni taghhom, naghmlu tajjeb niftakru fin-numru kbir ta' sacerdoti, religjuzi u lajci, li ddedikaw u impenjaw ruhhom fi hdan il-Knisja Kattolika, b’tant sagrificcju u tbatija ghal gid ta’ tfal.
Imma kif qal tajjeb Mons Joseph Bajada l-bierah, "Donnu li dak li jinteressa lid-dinja taghna llum huma biss in-nuqqasijiet u mhux il-kontribut kbir li l-maggoranza kbira tal-membri tal-Knisja matul is-sekli dejjem offrew lill-bnedmin ohra." U ghalhekk hemm htiega, forsi llum aktar minn qatt qabel, ta’ monument bhal dan. Xhieda hajja ta’ min hadem biex jghin lil kbar u liz-zghar li kienu fil-bzonn.
No comments:
Post a Comment