Dan kollu wassal sabiex illum il-halib tal-MDP għandu ċertifikazzjoni ta’ kwalita’ msejħa l-Oval Mark. Huwa għalhekk li rrid nifraħ lit-tmexxija tal-MDP għal dan il-pass li għandu jimlihom b’kuraġġ biex ikomplu jippjanaw għal aktar titjib u tibdil fil-ġejjieni. Ahna dejjem konna konvinti li l-industrija lokali tal-produzzjoni tal-ħalib kellha futur quddiemha, minkejja l-inċertezza li ppruvat tizra l-Opposizzjoni qabel id-dhul taghna fl-Unjoni Ewropea.
Inrid -minn hawn insellem lit-tmexxija għaqlija tal-mexxejja tal-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib kif ukoll tal-Malta Dairy Products li għarfu jaħtfu l-isfidi u jbiddluhom f'opportunitajiet ta' zvilupp. Illum tieħu gost iżżur razzett modern tal-baqar li jipproduċu l-ħalib. Tara makkinarju li sa’ ftit ilu konna naħsbu li jeżisti biss barra minn xtutna, liema makkinarju qed iwassal għal kundizzjonijiet aħjar ghall-annimali, aktar effiċjenza fil-produzzjoni u kwalita’ aħjar tal-ħalib ghall-konsumatur.
Il-pass ta’ din il-ġimgħa jkompli jsaħħaħ l-industrija lokali għax ikompli jpoġġiha f’posizzjoni li tikkompeti f’suq dejjem aktar kompetittiv. Aħna rridu nkomplu nesponu dawn il-bidliet u għalhekk ukoll ser norganizzaw Festa tal-Ħalib li se ssir f’Ħal Għargħur nhar il-Ħadd, 21 ta’ Marzu 2010. Narakom hemm u flimkien niċċelebraw il-bidliet impressjonanti tal-industrija tal-produzzjoni tal-ħalib lokali.

No comments:
Post a Comment