L-ahbar li l-Palestinjani iddecidew li ma jibdew ebda tahdidiet ta’ paci ma’ Israel qabel dan jieqaf kull bini ta’ djar godda f’Gerusalem zgur ma tigix bhala sorpriza. Li jhassbek hu li l-Lega Gharbija, bis-sahha warajha tal-pajjizi Gharab, issa xebghat taghti cansijiet lil Israel u qed twiddeb li jekk is-sitwazzjoni tibqa’ ma tisblukkax ghal Palestinjani, tista’ terga’ tfaqqa’ gwerra ohra. Il-pajjizi Gharab weghdu ghajnuna ta’ 500 miljun dollar amerikan biex tissahhah il-prezenza Palestinjana f’Gerusalemm, fuq art li d-dinja tqis bhala territorju okkupat minn Israel. L-ahhar jiem kienu fost l-aktar mimlija tensjoni ghal xhur shah bi mwiet ta’ numru ta’ suldati Israeljani u ohrajn Palestinjani.
X’inbidel? Forsi aktar minn xejn il-pajjizi Gharab hassew li ghall-ewwel darba mhix qed jaqdfu wehedhom. Il-President Amerikan Obama beda jsarraf xi ftit mid-diskors ta’ ispirazzjoni li kien ghamel fil-Kajr meta sostna li l-Istati Uniti m’ghandha xejn kontra d-dinja Gharbija. L-Amerika, ghall-ewwel darba f’ghexieren ta’ snin uriet pubblikament l-ghadab taghha ghall-politika ta’ Israel. U tat x’tifhem li l-affarijiet ma jistghux ikomplu hekk. Naturalment, ghaliex fl-ahhar donnu hemm qbil f’Washington, li l-politika ta’ Israel qed titfa’ f’bahar ta’ nkwiet lill-Istati Uniti stess. L-Amerika qed tifhem dejjem aktar li l-estremisti juzaw ir-relazzjoni specjali bejn Israel u l-Istati Uniti biex ikabbru s-support lejhom u jimmiraw il-mibgheda kollha taghhom kontra l-Istati Uniti. Li hu nteressanti wkoll huwa li skond diversi stharrig tal-opinjoni pubblika, il-Lhud ta’ eta’ izghar ukoll iridu soluzzjoni ghal problema Palestinjana, b’Gerusalemm maqsuma, filwaqt li l-appogg ghal Israel fl-Istati Uniti, specjalment fost id-Demokratici qed dejjem jonqos.
Bil-qaghda geografika taghna, x’jigri f’dan ir-regjun, jinteressana bil-kbir. Is-sitwazzjoni hija kumplikata sew. Il-Prim Ministru Israeljan Netanjahu ghandu idejh marbutin, jekk icedi ghall-pressjoni Amerikana, ikollu l-inkwiet mal-membri tal-koalizzjoni tieghu. Imma Obama, bl-Iran ukoll f’mohhu, jidher determinat li jirrisolvi din il-kwistjoni li zammet il-bahar Mediterran rahan ta’ hafna nkwiet bla bzonn. L-Ewropa, u Malta wkoll, taw kontribut tul is-snin biex il-gustizzja tissarraf ghaz-zewg popli izda dan ta’ issa jidher cans ta’ veru. Insegwu b’attenzjoni dak li se jizviluppa – paci fil-Lvant Nofsani tfisser xenarju gdid ghal Mediterran.
No comments:
Post a Comment