Se nikwota siltiet minn intervista ma' Mahdi Karrubi (ara ritratt) li hemm proprju fin-Newsweek din il-gimgha. Karrubi flimkien ma' Hossein Mousavi jifformaw l-oppozizzjoni li tissejjah il-Moviment Ahdar. Karrubi jghid "Attakkawli dari darbtejn u kisruli l-hgieg kollu. Ghalquli l-ufficcju tieghi, il-gurnal tieghi u l-partit tieghi. Sawtu lil wiehed minn uliedi. Tnejn mit-tfal tieghi nzammu milli johorgu minn pajjizi. Arrestaw hafna minn nies li kienu vicin tieghi. Kull Membru tal-Parlament li jigi jarani jispicca mfittex u attakkat". Karrubi jkompli jghid "Meta ghazilna erba' persuni li iharsu l-interessi tal-familji tal-persuni li sfaw feruti fil-protesti, dawn l-erba' persuni sfaw arrestati"
Fl-istess edizzjoni tan-Newsweek hemm artiklu ukoll miktub mill-gurnalist Maziar Bahari li jirrakkonta x'gara lilu wara li kien baghat email lill-editur tieghu fil-granet ta' wara l-elezzjonijiet li fiha kkritika r-regim Iranjan. Bahari jghid hekk "Dahluni b'ghajnejja mghottija go kamra mudlama. Minn kien qed jinterrogani tani daqqa ta' ponn go rasi, daqqa ta' sieq go dahri u tani daqqiet ghal hafna drabi go wicci u ghonqi....Gurnata wara gurnata dak li kien qed jittorturani geghlni nammetti li jiddispjacini li ktibt dak li ktibt". Bahari nzamm arrestat ghal 118 gurnata !
Nixxokja ruhi kif Deputat tal-Oppozizzjoni f'pajjizna jghid li jipreferi jghix, ghal liema raguni hi, "fl-Iran". Nahseb li kieku jmur s'hemm isib hafna li fil-fatt jixtiequ jkollhom imqar l-opportunita' jghixu f'pajjiz fejn id-demokrazija hija rispettata u r-religjon ma tintuzax bhala arma politika.
1 comment:
"r-religjon ma tintuzax bhala arma politika".Ir-religion tintuza fil-politica madwar id-dinja anke f'Malta. Staqsi lil Labour party tal fifties u ara xjghidulek. Tiftakar l-interdet? U ghaliex il-gvern ta Malta ma jridx idahhal id-divorce? Ghaliex wiehed mil MP's irid ifittex fil-hotels li ghandhom il-porn? Xi gralu ir-right to privacy? Dak mhux ir-religion qieghed jiddikjara igel dawn l-affarijiet?
Post a Comment