
Mixi x-xoghol gmieli ukoll fuq l-ġnien il-gdid ta’ Qui Si Sana, li kif ħabbart ftit ilu behsiebna nsemmuh għall-ex Ministru George Bonello Dupuis. Hu xieraq li f’Ta’ Sliema jibqa’ mfakkar b’mod ħaj George. Lejn Ottubru li ġej għandna naraw lest il-ġnien li qed jinbena fuq area ferm akbar minn dak li kien hemm qabel. Dan hu ġnien b’disinn innovattiv fejn qed jinħadem fuq forma ta’ benniena sabiex kull min ikun qed ikun hemm ikun kemmxejn milqugħ mill-irjieħat qawwija li jaħkmu dan il-ftuħ.
Bħalissa qed jinbnew tliet ġibjuni taħt il-ġnien biex fihom jinħażen l-ilma li permezz tiegħu se jkun jista’ jissaqqa l-istess ġnien peress li se jkun magħmul kważi kollu kemm hu mit-turf. Dan il-ġnien se jkun qed joffri lill-familji tagħna varjazzjoni ta’ play-equipment għal etajiet differenti. Se nintroducu ukoll numru ta’ water features li jaghtu aspett frisk u haj kif urew il-bosta funtani li ghamilna fl-ahhar sentejn.
Hafna jużaw il-promenade ta’ Ta’ Sliema għal skopijiet ta’ eżerċizju fiżiku, għalhekk ħsibna biex fil-ġnien ninstallaw ukoll apparat ghal ezercizzji fizici. Bla dubju ta’ xejn dan il-ġnien se jkun qed joffi esperjenza differenti għal kull min iżuru ! Ghal dawn il-proġetti qed ninvestu maż-€2 miljun li ma huma xejn għajr investiment fil-familji, fil-pajjiż u fil-prodott turistiku li aħna noffru.
No comments:
Post a Comment