Hassejtni verament kuntent il-bieraħ meta inawgurajt iċ-ċentru msejjaħ T.R.E.E (Training of Resources for Environmental Employment) Centre gewwa l-Marsa li qed jospita fih il-progett Care Creates Change. Dan il-proġett mmexxi mill-WasteServe huwa ko-finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea bl- investiment fin-nies ta’ €1.2 miljun u ghandu bhala partners l-MCAST, Mid-Dlam ghad-Dawl, Jesuit Refugee Service, Maltese Mentoring Society, Commission on Domestic Violence, SATU Rehabilitation Centre, The Oasis Foundation, Malta Red Cross u n-Nature Trust.
Dan il-programm jaghti tahrig fuq l-immaniggar ta’ skart, l-computer, literacy skills fil-Malti u Ingliz, creative thinking, selling techniques & customer care, kif ukoll kif wiehed jiddisinja u jahdem prodotti maghmulin mill-materjal riciklabli lil firxa wiesa’ ta’ persuni. Minn haddiema li diġa jaħdmu f’dan is-settur, sa nisa tad-dar u zghazagh li telqu mill-iskola ta’ eta zghira, kif ukoll zghazagh li għaddew minn ċertu problemi fil-ħajja.
Bħalissa dan iċ-ċentru, mmexxi b’entuzjazmu kbir minn Jeannette Fiott qed jilqa’ fiħ mas-60 student u l-etajiet ivarjaw minn 16-il sena sa 50 sena.. L-għan ta’ dan iċ-ċentru hu li joħloq tahrig li jaf iwassal biex persuna ssib xogħol fil-qasam ambjentali. Il-bieraħ dawn l-istudenti tellghu fl-istess centru serata kulturali b’tema ambjentali. Esprimew it-talenti taghhom anke persuni li sfortunatament minhabba l-esperjenzi iebsin li kellhom fl-imghoddi kellhom diffikulta’ jikkomunikaw f’udjenza. Bit-tahrig li nghataw irnexxielhom jibdew jghelbu dawn id-diffikultajiet u kisbu kunfidenza fihom infushom.
Il-bierah stajt nara wkoll ix-xogħlijiet li dawn l-istudenti ghamlu minn materjali riciklati. Ghamlu basktijiet, ornamenti, inkwadri, kif ukoll kostumi li ħejjew huma stess fix-xhur li għaddew, maghmulin min materjali li kienu ser jintremew. Il-ħiliet u l-kwalitajiet li qed ikunu skoperti permezz ta’ dan il-programm se jservu biex jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tagħhom u jippreparhom biex jintegraw dejjem aktar fis-soċjeta partikolarment fid-dinja tax-xogħol.
No comments:
Post a Comment